Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 23 ta' September 2018 | illum X'tikkumenta dwar il-grawnd tal- futbol fejn jintlagħbu l-logħob tal- kampjonat Malti? Nista' ngħid li l-Istadium Nazzjonali għandu turf verament sabiħ u nfaħħar lill-MFA tal-biċċa xogħol kbira li għamlu. Anke fic-Centenary Stadium sar investiment tajjeb fl-art u b'dan kollu tieħu pjaċir tilgħab il-futbol f 'dawn il-grawnds. Il-problema tagħna hi fil-post fejn nitrenjaw. Peress li Valletta m'għandhomx il-grawnd proprja tagħhom, ikollna mmorru nitħarrġu f 'postijiet oħrajn u mhux dejjem issib grawnd tajjeb. Nixtieq ħafna li jitjiebu dawn il-faċilitajiet sabiex tkun tista' titrenja bl-aħjar mod. Tixtieq tara xi titjib fl-MFA? Dejjem hemm lok ta' titjib. Minkejja kollox iridu jkollna qafas professjonali għax b'hekk biss nistgħu nimxu 'l quddiem. X'sagrifiċċji trid tagħmel biex tkun plejer tal-futbol tajjeb? Jien nagħmel ħafna sagrifiċċji. Ħajti hija ferm impenjata minħabba li jien naħdem u kif nispiċċa mix- xogħol immur dritt għat-trejning. Is-Sibt jew il-Ħadd ikollna l-logħob. Għalhekk tista' taħseb kemm trid tagħmel sagrifiċċji. M'hemmx ħruġ u divertiment żejjed għax inkella ma jirnexxilekx tilgħab tajjeb. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qegħdin jaqraw din l-intervista fuq kemm din il-karriera tinvolvi sagrifiċċji. Għidtha inti stess! Lil dawn it-tfal u ż-żgħażagħ ngħidilhom li jridu jkunu lesti jagħmlu s-sagrifiċċju. Iridu jieħdu l-affarijiet bis-serjetà u fl-istess ħin dan l-isport jgħinek u jbiegħdek mill-vizzji ħżiena li jeżistu hemm barra. iżda ninsab lest li nirritorna bil-kbir' "Minkejja kollox bqajt motivat u bl-għajnuna ta' ċerti nies bqajt nitrenja kuljum għax kont ċert li l-ġurnata li nerġa' nibda nilgħab ma' Valletta kienet ser tasal." Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018