Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 Plumpton, Galea u Zammit... impekkabbli għal San Ġiljan Minn Cristian Antony Muscat LAĦĦAR staġun għal San Ġiljan ASC jista' jitqies bħala wieħed mimli tlugħ u nżul hekk kif fost oħrajn, huma rebħu n-Knock-Out iżda tilfu r-rebħ tal- Kampjonat għas-spejjeż ta' Neptunes. Madankollu, jekk wieħed ikollu jsemmi tliet plejers li mpressjonaw bil-kbir għalihom matul dan l- istaġun, wieħed ma jistax ma jsemmix lil Andreas Galea u Dino Zammit li rkupraw tajjeb minn injury u kienu strumentali għall- Ġiljaniżi fl-aħħar partiti, kif ukoll Ben Plumpton, li fost oħrajn skorja l-gowl drammatiku fl-aħħar sekonda fil-finali tan- Knock-out li ta rebħa ta' 10-9 lill-Ġiljaniżi kontra l-ġirien iżda rivali kbar ta' Neptunes. L-ILLUM tkellmet ma' dawn it-tliet plejers b'mod individwali fejn tawna l-fehmiet tagħhom rigward x'fisser l-aħħar staġun għalihom kemm b'mod personali kif ukoll bħala tim. ANDREAS GALEA "Dan l-istagun kien kien kollu tlugħ u nżul għalija. Kellna ħafna mumenti sbieħ u kif turi l-klassifika, iddominajna l-Kampjonat. Konna ħażin fil-play-offs u sfortunatament tlifna l-Kampjonat, imma aħna ma qtajniex qalbna u bqajna konċentrati sal-aħħar u r-riżultat ġie waħdu bir-rebħ tan-Knock-Out kontra Neptunes. Għalija ma kinitx faċli imma tajt li stajt għat-tim kif dejjem nagħmel u għall-inqas gibna n-'knock-out trophy' lura d-dar." BEN PLUMPTON "Ħassejtni emozzjonat ħafna wara li skorjajt il-gowl fl-aħħar sekonda fil-finali tan-Knock-Out kontra Neptunes! Kont ferħan ħafna. L-istaġun ġie kif ġie. Xorta jien pożittiv għax xorta waħda, ħadna xi ħaġa minnu, minkejja l-injury li kellu Dino Zammit matul l-istaġun! Kellna staġun mill-isbaħ fejn għamilna l-mirakli!" DINO ZAMMIT "Dan l-istaġun nista' nsejjaħlu ta' tlugħ u nżul. Aħna bħala San Ġiljan bdejna tajjeb ħafna. Irnexxielna nagħmlu rawnd sħiħ mingħajr ma nitilfu fejn waqqajna l-punti biss fi dro li kellna ma' Neptunes wara partita ferm akkanita. Wara li spiċċa l-ewwel rawnd, kellna l-Kampjonati Ewropej u naħseb dak kien żmien fejn inbidlu xi ftit l-affarijiet. B'xorti ħażina weġġajt b'mod serju f 'sidri u għal bidu t-tobba qaluli li kelli nagħmel staġun barra mil- logħob. Iżda grazzi għal Edward Bonello u anke għal PSMC, irnexxieli nipparteċipa fil-play-offs, proprju sitt ġimgħat wara l-injury. Ma kinitx triq faċli minħabba li wara li tmien sigħat xogħol kelli nagħmel sagħtejn ta' rijabilitazzjoni u fl-istess ħin insaħħaħ il-muskoli. Issa li l-istaġun wasal fi tmiemu, għandi bżonn rijabilitazzjoni kompluta sabiex nara li l-injury ma terġax titfaċċa'. Nasal biex ngħid li mn'Alla kien it-tim għalija fosthom nista' nsemmi l-president Daniel Aquilina, il- membri tal-kumitat, sħabi, partitarji u anke membri tal-familja li għenuni kemm mentalment kif ukoll fiżikament. B'xorti ħażina tlifna l-play-offs fejn fil-verita' ma narahiex ġusta wara li ddominajna l-ewwel żewġ rawnds. Nemmen li l-esperjenza li ġabu Neptunes fis- snin illi għaddew meta l-kampjonat kien bi play- offs, swietilhom ferm. Madankollu m'aħniex ser nieqfu ngħidu li aħna tim tajjeb minħabba li jumejn wara rnexxielna nieħdu t-tazza tan-KO. Sitt snin ilu kont nemmen li dan il-klabb ser ikompli jikber u rnexxielna nagħmlu dan kollu. Issa rridu nemmnu li kapaċi nerġgħu nkomplu fejn ħallejna u nkunu tim li jibqa' jiġġieled għall- unuri li joffri l-waterpolo Malti." Andreas Galea isellem lill-partitarji numerużi ta' San Ġiljan Ritratt - Wally Galea Dino Zammit jifraħ ma' Ben Plumpton wara li dan tal-aħħar skorja l-gowl drammatiku l-nali tan-Knock-Out kontra Neptunes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018