Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 LISTORJA ta' Liam Debono, iż-żagħżugħ ta' 17-il sena akkużat b'attentat ta' qtil tal-kuntistabbli Simon Schembri, tkompli tikkomplika ruħha hekk kif din il-gazzetta tista' tiżvela illi omm Liam Debono f 'numru ta' okkażjonijiet talbitu biex iwassalha d-Detox ħalli tkun tista' tieħu l-methadone, minħabba li kienet tagħmel użu mill-eroina. Dan anke jekk Debono kien u għadu taħt l-età u allura ma jistax isuq. Dak li qed niżvelaw illum mhux l-ewwel u probabilment lanqas se jkun l-aħħar fatt li jorbot lil Debono u lil ommu mad- droga, b'ommu Charlotte Zammit, saħansitra tinstab ħatja mill-Qorti illi kellha fuqha d-droga eroina, nhar it-2 ta' Diċembru 2016. Nhar il-11 ta' Settembru li għadda, fil-Qorti, irriżulta li Liam Debono kien qal lill-Pulizija li ommu kienet bdiet tagħtih id-droga minn meta kellu disa' snin "biex iżżommu kwiet." "Hu kien ipejjep bejn 3 u 4 grammi ħaxixa tal- kannabis kuljum minn meta kellu 9 snin u ommu kienet tagħtihielu biex joqgħod kwiet," xehed l-Ispettur Malcolm Bondin. Imma fl-uniċi kummenti li qatt tat omm Liam Debono lill-midja tal-Partit Laburista hija ċaħdet illi qatt tat drogi lil binha. Minkejja l-kummenti tagħha fuq il-midja kemm hi, kif ukoll it-tifla m'aċċettawx li jixhdu fil- każ kontra Liam u b'hekk għamlu użu mill-privilieġġ li tagħtihom il-liġi bħala ġenituri jew aħwa ta' akkużat. Mal-one.com.mt hi qalet illi Liam kien qallha li meta akkużaha li kienet tagħtih id-droga fl-età ta' disa' snin ma qalx il-verità imma kien biss qed jirreaġixxi għar-rabja li kellu għaliha għax, skont Zammit, ħaditlu l-kelb. S'issa din l-istqarrija għadha qatt ma kienet sostanzjata. Hija kienet qalet ukoll kif binha għandu l-ADHD u huwa għalhekk li kien qed iġib ruħu b'dan il-mod. Kif diġà msemmi nhar it-2 ta' Diċembru Zammit aċċettat il-ħtija illi kellha fil-pussess tagħha d-droga eroina, f 'każ li kien ippresedut mill-maġistrat Natasha Galea Sciberras, bil-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Malcolm Bondin, l-istess Spettur li interroga lil Liam Debono meta dan qal li kienet ommu li tagħtih id-drogi. Din il-ġimgħa l-midja tal-Partit Nazzjonalista rrappurtat ukoll illi Zammit għaddejja minn proċeduri kriminali quddiem il-Qorti bħalissa dwar pussess ieħor tad- droga. Apparti dan, fl-2015 ukoll hija kienet akkużata b'gideb u rapport falz. Fil-fatt dan il-każ deher quddiem il-Maġistrat Anthony Micallef Trigona u s-sentenza nqatgħet nhar il-11 ta' Settembru 2016. Hija weħlet sentenza sospiża ta' tliet snin bil- patt li tobdi kull ordni tal-uffiċjal innominat għaliha u li tissottometti lilha nnifisha għat-testijiet meħtieġa. L-istorja tar-rabta bejn Debono u d-droga ma bdietx issa, tant li fil-Qorti ħareġ kif is-sena l-oħra Debono nqabad jarmi xi ħaġa 'l barra mill-karozza f 'Santa Luċija li wara ammetta għall-akkuża illi kienu 12-il gramma ta' kannabis u żewġ oġġetti li jintużaw biex titkisser id-droga. Għal darb'oħra dakinhar huwa kien sostna illi kienet ommu li tagħtih id-droga biex iġġiegħlu jħossu għajjien. Debono qed jiffaċċja possibilità ta' 40 sena priġunerija jekk jinstab ħati fuq is-46 akkuża u dan wara li saq fuq il- Kuntistabbli Schembri u ħallieh għall-mewt. Dan il-każ qajjem furur kbir fil- pajjiż u saħansitra wassal biex saret mixja favur il- Pulizija li għaliha attendiet ukoll il-President tar- Repubblika Marie Louise Coleiro Preca. L-avukati ta' Debono, immexxijin minn Franco Debono, fetħu protest ġudizzjarju illi fih qed jinsistu li l-preżenza tal-President tar- Repubblika ppreġudikat il- każ tant li qed timpedixxi fuq id-dritt tal-akkużat għal smigħ xieraq. Ir-rakkont fil-Qorti tal-Kuntistabbli Simon Schembri, kien wieħed iwaħħax. Rakkont ta' kif ħass ġismu jdub hekk kif kien qiegħed jitkaxkar taħt il-karozza. F'seduta pjuttost movimentata l-Avukat Debono kien staqsa għalfejn ma resaqx Schembri meta ra l-karozza ġejja lejh, bi Schembri jgħid illi ma basarx li Debono mhux se jobdi l-ordnijiet u se jsuq fuqu. Kien qal ukoll li kollox seħħ f 'temp ta' ftit sekondi. S'issa t-talba ta' Debono għal ħelsien mill-arrest dejjem kien irrifjutata. Kienet titolbu jeħodha d-Detox biex tieħu l-methadone ...f'okkażjonijiet kien jieħu lil ommu d-Detox, anke jekk ma kellux liċenzja tas-sewqan. Ommu kienet instabet ħatja mill-Qorti darbtejn -2015, darba b'pussess ta' eroina agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Liam Debono dakinhar li tressaq għall-ewwel darba akkużat bl-attentat ta' qtil ta' pulizija