Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 LELEZZJONI tal- Parlament Ewropew bil-mod bdiet riesqa. Elezzjoni li għalkemm hija riflessjoni tal-istat ta' saħħa taż-żewġ partiti, l-effett primarju tagħha se tkun l-għażla tal-persuni li rridu illi jirrapreżentawna fil- Parlament Ewropew. Għat-tieni darba din il-gazzetta għamlet eżerċizzju ta' mistoqsija u tweġiba illi permezz tiegħu qed naraw kandidati li qed jaspiraw illi jirrapreżentawkom, x'jaħsbu. Staqsejna lil Josef Caruana u Dione Borg, kandidati għall-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista rispettivament u żewġ persuni tal-midja l-mistoqsijiet li qed tistaqsi int. Dak li se jgħidulkom l-eks ġurnalisti Wieħed kien editur tal-Oriz- zont u l-ieħor ilu jaħdem l-midja tal- PN għal żmien twil. Imma lill- ambjentalisti, lil-liberali, lill- konservattivi, lis-sidien, lill-ink- wilini jew inkella lil dawk li jgħixu f'postijiet b'aktar immigranti jgħixu hom, x'se jgħidulhom? X'se jwegħduhom? 1. Sondaġġi juru lill-Gvern Laburista minn fuq b'aktar minn 50,000. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr oppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna? Kif taf, kull stħarriġ tal- opinjoni pubblika hu indikatur ta' waqt partikolari li jkun inżamm fih. Nemmen ukoll li l-Partit Laburista, li qed jirrivoluzzjona pajjiż, kif wiegħed li jagħmel, ħaqqu kull qatra appoġġ. Bil-maqlub ma jidher l-ebda dawl fit-tarf tal-mina għall-PN, meqjusa l-mentalità li baqa' miexi biha. Naqbel perfettament li ma jistax ikun hemm demokrazija sana mingħajr Oppożizzjoni li taħdem u taġixxi kif inhu mistenni. Li jħasseb hu li l-Oppożizzjoni attwali u s-sitwazzjoni dekadenti tagħha ilha f 'din l-istess triq sa mill- 2003 u ħadd fid-Dar Ċentrali ma jidher entużjast li jagħmel xi ħaġa biex jibdilha fil-veru sens tal-kelma, minkejja l-ħafna slowgans ta' "modi ġodda". 2. Bħala kandidat tal-PL kif tindirizza lil dawk li ma tantx jinsabu kuntenti bis-sitwazzjoni tal-ambjent f 'pajjiżna. Inti x'se tgħidilhom biex tikkonvinċihom li l-PL verament għandu għal qalbu l-wirt naturali ta' pajjiżna? Jien għad irrid insib min jikkonvinċini li n-nuqqas ta' spazju ambjentali f 'pajjiżna jaħti għalih il-Gvern Laburista u/jew li fl-aħħar ħames snin baqa' qatt m'għamel xejn biex itejjeb is-sitwazzjoni. Taqta' lil dawk il-ftit preġudikati kontra l-PL li, sfortunatament, xorta se jibqgħu jaraw stampa mdallma dejjem u kullimkien, għalija l-ambjent ma jitkejjilx biss bil- fjuri u r-raba' li jidhru, avolja l-ħażin jagħmel dejjem l-iżjed ħoss. L-użu tal-agħar fjuwil fil-produzzjoni tal-elettriku spiċċa fl-aħħar snin, waqt li l-konġestjonijiet bla tmiem tat-traffiku diġà bdew jiġu indirizzati b'livell bla preċedent. Meta ma' dawn iżżid it- titjib li qed isir f 'Manoel Island, il-Park Nazzjonali Ta' Nwadar f 'Marsaskala u anke l-afforestazzjoni ta' Kemmuna, pereżempju, allura l-miżien aktar milli jxaqleb lejn it-titjib ambjentali. Ma ninsewx ukoll li llum ħadd ma joħlom li nerġgħu ngħaddu mill-istupru ambjentali tal-2006 meta artijiet iddaħħlu fiż-Żona ta' Żvilupp bl-aktar mod dilettantesk, jew aħjar ngħid abbużiv. L-effetti devastanti ta' dik id-deċiżjoni Nazzjonalista għadhom jinħassu sal-lum. 3. Tmur San Pawl il-Baħar u tidħol għand familja. Jgħidulek 'hawn ma nistgħux norqdu. Kuljum ġlied, kuljum storbju bejn il-barranin. M'għadux sigur hawn.' Inti x'se tgħidilhom u x'soljev toffrilhom lil dawn in-nies? Jien adamanti favur preżenza akbar ta' forzi tal-ordni fit- toroq u nemmen li għandna nitfgħu ħarsitna wkoll fuq din il-lokalità, li għandha konċentrazzjoni kbira ta' barranin, bħalma għadu kif seħħ fil-Marsa u l-Ħamrun f 'dawn il-jiem. U mal-inforzar tal-Liġi, tiġi wkoll l-azzjoni li kulmin jinqabad iwettaq reat, iħallas ta' għemilu, irrelevanti hux barrani jew Malti. 4. Numru ta' Laburisti għal darb'oħra qed jgħidu illi mhux se jivvutaw fl-2019 għax inqabżu jew 'ġew injorati' mill-partit. Kemm qed tiltaqa' ma' dawn it-tip ta' votanti? Imma dawn għandhom raġun? Ma tistax titfa' lil kulħadd fl-istess keffa. Minkejja dan, ilmenti komuni jittrattaw in-namra għall-insib, inġustizzji bħal tal-korpi u dawk li fermament jemmnu li għandna problema b'reati minn ċerti barranin. Fil-każ tal-aħħar, li nemmen li hu l-aktar wieħed preġudikat, hawn min fostna li jieħu pjaċir jitfa' l-ħatab fuq in-nar, għax hekk jaqbillu – ibda mill-Oppożizzjoni u spiċċa f 'estremisti razzisti. Iż-żieda ta' barranin fostna li huma attirati mill- opportunitajiet ta' xogħol fl- aktar ekonomija tipprometti li teżisti, awtomatikament iżidu l-possibbiltajiet ta' reati. L-istess kien jiġri li kieku, għas-saħħa tal-argument, in- numri żdiedu anke b'Maltin oħrajn. Minkejja dan, kif diġà għedt, il-Liġi Maltija qiegħda hemm għal kull persuna li tinsab f 'din il-ġurisdizzjoni, trid u ma tridx. Ikser il-Liġi u ffaċċja l-konsegwenzi! Fil-kwistjoni tal-insib, hemm deċiżjoni tal-Qorti Ewropea li qiegħda tiġi studjata mill- awtoritajiet konċernati biex jaraw x'jista' jkun il-pass li jmiss. Minkejja dan, kull nassab ukoll jaf liema Partit qallu mod qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea u qabbiżlu l-ħmara eżattament billi ċaħħdu minn dak li jħobb. L-istess jaf, bil-maqlub, li hu l-Gvern ta' Joseph Muscat li reġa' fetħu, għax jekk hemm xi ħadd li jiddefendi l-kaċċa u l-insib hu proprju l-Partit Laburista fil-Gvern. Dwar l-inġustizzji ma' persuni li kienu membri tal- korpi rajna kif wara għexieren ta' snin u nuqqas ta' azzjoni minn Gvernijiet preċedenti bdiet titwettaq ukoll il-wegħda li dawn jissewwew. Il-ġustizzja ma' persuni li kienu membri tal-korpi jasal ukoll. 5. Tidħol għand familja Laburista illi tħoss li l-bidliet fil-liġi tal-IVF b'aktar bajd iffriżati qed jiftaħ il-bibien għall-abbuż mill-ħajja umana. Kif se tikkonvinċihom li l-Gvern għamel dak li hu sew f 'din il-kwistjoni? Il-mara u jien kellna x-xorti li jkollna tlett itfal tagħna u ma nistax nimmaġina kif kienet tkun ħajjitna mingħajrhom. Ma nista' nlum lil ħadd li jixtieq igawdi wkoll minn dan il-ferħ. Għalxiex għandi nċaħħad lil ħaddieħor milli jkun bħali, ladarba tali opportunità meraviljuża teżisti grazzi għax-xjenza?! U min jien biex immeri wkoll lill-esperti li jisħqu li l-mod kif iddaħħlet il-Liġi Maltija, tajba kemm hi tajba, xorta hi meqjusa konservattiva ħdejn pajjiżi oħrajn, sempliċiment għax toffri inqas ċansijiet ta' fertilizzazzjoni?! 6. Tidħol għand familja b'paga minima li qed tħallas madwar 50% mill-paga f 'kirja. Jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja u msallbin. X'tgħidilhom? Hu fatt rikonoxxut saħansitra mill-Prim Ministru li ż-żidiet fil-kirjiet fil-privat tefgħu numru ta' familji f 'diffikultajiet, anke jekk jeżistu biss 20% tal-Maltin li jgħixu f 'residenzi mikrijin, l-opportunitajiet ta' xogħol irdoppjaw f 'dan l-istess perjodu u saħansitra kellna qabża sinjifikanti fil-livell tal- għajxien. Kien hemm ukoll il- miżuri speċifiċi ta' self soċjali li jgħin lill-familji jsiru sid djarhom u l-iffrankar tat-taxxa lil dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Għaldaqstant nemmen li għandna nużaw iżjed il-fond nazzjonali għall-iżvilupp soċjali (NSDF) u l-Bank tal- Iżvilupp, it-tnejn imweldin dan l-aħħar, biex ninċentivaw lil dawk, anke jekk ftit, li min ma jikkwalifikawx għal skemi t'għajnuna soċjali simili u/jew lanqas biss jiġu kkunsidrati mill-banek għal xi tip t'għajnuna. 7. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?' X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? Ma' dak li diġà rreferejt għalih fejn jidħol l-insib, irridu nassiguraw irwieħna li l-Unjoni Ewropea ma tittrattax il-kaċċa f 'Malta differenti minn kif tħares lejn il-kaċċa f 'pajjiż ieħor tagħha, sempliċiment għax Malta hi li hi, l-iżgħar stat membru. 8. Tidħol għand koppja pensjonanti u jgħidulek 'inti trid tkun elett MEP biex issir sinjurun u tgawdi minn benefiċċji kbar u lussu'. X'tgħidilhom? Nemmen li kulmin jiddedika ħinu fil-politika jagħmel dan għall-ġid tal-komunità li jgħix fiha, hix dik Maltija jew Ewropea. Bi tlett itfal żgur ma kinitx deċiżjoni faċli li nagħmel dan il-pass kbir u importanti fil-ħajja tiegħi. Minkejja dan, l-attakki insensati fuq pajjiżna u l-imminar tal-ġid li qed jinħoloq kompla jkattar aktar ħeġġa fija biex nagħmel l-almu tiegħi ħalli niddefendi u nnaddaf isem pajjiżna, kemm-il darba nkun fdat bħala rappreżentant tal-poplu fil-Parlament Ewropew. Josef Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018