Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 23 ta' September 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdejt in-namra tiegħi lejn il-logħba sabiħa tal-ballun meta kont għadni tifel. Dak iż-żmien in-nannu tiegħi kien iħeġġiġni biex nilgħab il-futbol. Hu kien plejers tal-futbol imbagħad wara li rtira kien laħaq kowċ. Jien kien il-gost u pjaċir tiegħi niġri miegħu. Tista' tgħid li bdejt minn hemm iżda n-nannu nqisu bħala l-idolu tiegħi fejn għandha x'taqsam din il-logħba u kien hu li xprunani sabiex illum ninsab fejn ninsab. L-ewwel tim tal-kbar tiegħek kienu Hibernians. X'tiftakar minn dik l-avventura li kellek? Iva, bdejt ma' Hibernians fejn hemmhekk tista' tgħid li rbaħt kollox. Dan il-klabb kienu ħaduni mingħand Ħamrun Spartans fejn hemmhekk kont nattendi fin-nursery. Dak iż-żmien kelli 14-il sena u bil-mod il-mod bdejt tiela' magħhom. Għandi rispett kbir lejn Hibernians għax kienu huma li tellgħuni bħala plejer u b'xi mod għamilt il-progress mixtieq. Kien ukoll żmien fejn irbaħt il-kampjonat tal-istaġun 2008-2009 kif ukoll it-Trophy u s-SuperCup sena qabel jiġifieri fis-sena 2007. Aktar qabel semmejt li bdejt fin- nursery ta' Ħamrun Spartans. X'tiftakar fl-ewwel episodji tiegħek fil-logħba tal-futbol? M'hemmx dubju li fin-nursery ta' Ħamrun tgħallimt ħafna minħabba li kien hemm fejn ipprattikajt u saħħaħt il-ħiliet fil-logħba tal-futbol. Kien żmien kont nieħu gost immur għat- taħriġ u kont nistenna ħafna dan il-ħin fejn apparti li kont niltaqa' ma' sħabi, konna nilagħbu flimkien ukoll. Wara perjodu ta' seba' snin ma' Hibernians, int ingħaqadt ma' Valletta fis-sena 2010 fejn issa ilek għal dawn l-aħħar tmien snin. Xi tħoss meta tkun ser tilgħab kontra l-eks tim tiegħek? Kif għedtlek diġà għandi rispett kbir lejn il-klabb ta' Hibernians għax kienu huma li tawni l-ewwel unuri tiegħi apparti li kabbruni ħafna fl-istatura tiegħi bħala plejer. Jien dejjem nilgħab għall-flokk u fl-istess ħin nirrispetta lill-avversarju f 'kull ħin u kull mument. Ovvjament issa ili diġà tmien snin mal-Belt u mingħajr ma trid tidra l-ambjent, lill-plejers u ssir qisha t-tieni familja tiegħi. X'responsabbiltà tħoss meta tilbes il-faxxa ta' captain? Nista' ngħidlek li hija esperjenza sabiħa ħafna li jkollok il-faxxa ta' captain iktar u iktar meta din l-istess faxxa tkun dik ta' Valletta. Jien onorat ħafna li nilbes din il-faxxa anke minħabba l-fatt li qabli kien hemm ħafna plejers li libsuha fosthom Gilbert Agius li llum il-ġurnata huwa l-assistent kowċ tat-tim. Hu rwol fejn għandek responsabbiltà kbira lejn il-plejers u l-partitarji iżda ninsab kuntent ħafna u ta' unur li kelli ċ-ċans nilbisha. Int irbaħt żewġ kampjonati ma' Valletta u ieħor ma' Hibernians. Kien hemm xi kampjonat isbaħ minn ieħor li tiftakar? Proprjament l-isbaħ kampjonat li ser ikolli huwa meta nerġa' nibda nilgħab wara tant żmien nieqes minħabba sospensjoni. Il-kampjonat li jmissni nirbaħ ser ikun isbaħ u ser ikun fih tifsira kbira għalija. Nixtieq ħafna li jkun f 'dan l-istaġun iżda wieħed għad irid jara. Int lgħabt ukoll 40 partita mat-tim nazzjonali Malti. Liema kienet l-isbaħ esperjenza li tibqa' tiftakar kemm domt tilgħab ma' Malta? Naħseb l-isbaħ mument fl- esperjenza tiegħi mat-tim nazzjonali kien meta rbaħna lill-Armenja lura għal Ġunju tas-sena 2013. Kienet partita ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014. Dakinhar kien skorja Michael Mifsud u niftakar li kienet waħda mill-isbaħ partiti li qatt ħadt pjaċir nilgħab għal pajjiżi. Kemm tgħallimt mill-eks kowċ tat- tim nazzjonali Malti Pietro Ghedin? Tgħallimt ħafna mingħand Pietro Ghedin speċjalment fid-dipartiment difensiv. Meta kien għadu jilgħab bħala plejer ma' diversi klabbs Taljani hu kien difensur u għalhekk kien jaf sew ċertu tattika li għandu juża. U jien li nilgħab bħala difensur tgħallimt ħafna mingħandu. Kelli x-xorti li wkoll kellna lil John Buttigieg bħala kowċ qabel Ghedin li inċidentalment ukoll kien difensur. B'hekk nista' ngħid li ħadt ħafna esperjenza ma' Malta meta ġejt imsejjaħ biex nilgħab. Ġejt avviċinat mill-kowċ il-ġdid tat- tim nazzjonali Malti Ray Farrugia? Le s'issa ma ġejtxavviċinat mingħandu. Kif għexthom l-aħħar xhur nieqes mill-futbol minħabba sospensjoni? Kien żmien diffiċli ħafna minħabba li l-futbol huwa ħajti. Minkejja kollox bqajt motivat u bl-għajnuna ta' ċerti nies bqajt nitrenja kuljum għax kont ċert li l-ġurnata li nerġa' nibda nilgħab ma' Valletta kienet ser tasal. Wara kollox kont naf li jien innoċenti iżda m'hemmx x'tagħmel iċ-ċirkostanzi ġew hekk. Għalhekk nimmaġina li issa lest biex tirritorna bil-kbir? Jalla! Nisperaw li kollox imur b'wiċċ il-ġid. Jekk insemmilek lil Karl Sciortino naf li dan għenek ħafna fit-taħriġ u sabiex il-forma fiżika tiegħek tibqa' konsistenti. Iva, nixtieq nirringrazzjah minn hawn għax verament ħa paċenzja bija. B'kollox kelli 16-il xahar ta' taħriġ kuljum u hu kien jgħinni ħafna. Allaħares ma kienx hu għax irnexxielu jżommni motivat. Sadanittant meta kienu jilagħbu l-Belt int kont tiġi tarahom jilagħbu. Iva mela! Valletta huma t-tieni familja tiegħi. Sħabi li qegħdin fit-tim huma magħquda u għandi mħabba kbira lejn it-tim. Jien inqis ruħi mhux biss plejer tal-Belt iżda anke partitarju kbir tat-tim kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin. X'ħassejt meta fl-aħħar tal- istaġun l-ieħor Valletta kienu ħadu l-kampjonat u Ryan Camilleri kien għolla t-tazza? Xtaqt li kont int minfloku? Ifhem m'hemmx dubju li xtaqt kont magħhom iżda fl-aħħar mill-aħħar jien nirraġuna li l-importanti li nirbħu bħala tim. Taħseb li tista' terġa' tkun il-captain ta' Valletta matul dan l-istaġun? Ma nafx. Ifhem jien wara kollox l-iktar ħaġa importanti hi li nerġa' nibda nilgħab. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim? Ma naqbilx. Meta konna inqas timijiet kien hemm livell aktar għoli milli hawn bħalissa. Taħseb li hemm ċertu diskrepanza fil-livell bejn dawn it-timijiet? Iva m'hemmx dubju li hemm ftit diskrepanza minħabba li għandek dawk it-timijiet li qed jissieltu għall- kampjonat jew għal post fl-Ewropa kif ukoll oħrajn li jiġġieldu biex ma jiġux relegati. Il-livell ta' logħob ma tantx qed ikun daqshekk għoli. U x'taħseb dwar il-fatt li jista' jkollna 11-il barrani f 'tim tal-futbol Malti? Jekk il-livell tal-futbol jogħla b'dawn il-barranin iva mhux problema. Importanti imma li l-kampjonat iżid fil-kwalità tal-logħob għax inkella mhux ser tagħmel daqshekk differenza. Bosta sostnew li din ir-regola tista' tkun ta' dannu għall-plejers Maltin. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan? Ifhem jien nemmen li jekk plejer Malti jkun tajjeb ser jilgħab żgur irrispettivament tan-numru ta' barranin fit-tim. 'Kien żmien diffiċli, ħolma kerha, iżda Cristian Antony Muscat Jonathan Caruana - Captain ta' Valletta FC u li -aħħar 16-il xahar kien nieqes mill-azzjoni minħabba li kien qed jiskonta sospensjoni ta' erba' snin minn NADO, liema sospensjoni ġiet revokata l-jiem li għaddew. "Hija esperjenza sabiħa ħafna li jkollok il-faxxa ta' captain iktar u iktar meta din l-istess faxxa tkun dik ta' Valletta. Jien onorat ħafna li nilbes din il-faxxa anke minħabba l-fatt li qabli kien hemm ħafna plejers li libsuha fosthom Gilbert Agius li llum il- ġurnata huwa l-assistent kowċ tat-tim. Hu rwol fejn għandek responsabbiltà kbira lejn il-plejers u l-partitarji iżda ninsab kuntent ħafna u ta' unur li kelli ċ-ċans nilbisha."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018