Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 628 • 28 ta' Ottubru 2018 Ara paġni 14 u 15 • Nirċievu lmenti ta' nuqqas ta' pulizija u għases magħluqin f 'Għawdex • Titla' Għawdex: issib 12-il għassa magħluqa u erbgħa biss miftuħin • Il-kirjiet baxxi u d-droga jissemmew minn residenti • Il-POU u l-MPA jgħidu li m'hemmx biżżejjed pulizija • Il-Ministeru ta' Għawdex ifakkar li l-pulizija ma jaqgħux taħtu Il-Gvern ħabbar li se jsiru cameras CCTV li jagħrfu min int u jkollhom id- dettalji kollha dwarek. Imma dawn aċettabbli? X'jaħsbu l-Kummissarjat dwar id-Data, sid ta' stabbiliment u avukat? U inti komdu biha? Qlibna siegħa lura • Il-Baġit miġbur fl-aktar numri importanti • Dak li se jgawdu minnu numru ta' familji • Il-Ministru Edward Scicluna jgħid li saret ħsara kbira lir- reputazzjoni ta' Malta Ara paġni 10-11 Ara paġni 4,5, 12 u 13 Għases f 'Għawdex Kważi Kollha Magħluqin Tliet esperti swew €136,654 DIN il-gazzetta tista' tiżvela illi t-tliet esperti fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li tqabbdu mill- Maġistrat Anthony Vella swew b'kollox €136,654 bejniethom. Dawn it-tliet esperti huma John Gera, espert tas-Saħħa u Sigurtà li rrizenja mill-investigazzjoni meta nħatar il- Maġistrat Neville Camilleri minflok Vella, John Muscat li huwa konsulent u ħu l-eks 'Campaign Manager' tal-Partit Nazzjonalista Caroline Muscat kif ukoll Roberto Critien, eks uffiċjal tas-Servizzi tas-Sigurtà. Ta' min jgħid illi fuq dawn it- tliet esperti kien hemm dubji serji ta' 'leaks' lill-politiċi u ċertu sezzjoni tal-midja. Tant hu hekk li l-Pulizija ma kienu kuntenti xejn b'din is-sitwazzjoni, għalkemm kien biss wara li l-Maġistrat Anthony Vella ma baqax fuq il-każ li kien identifikat il- 'leak'. Dan seta' jseħħ biss wara li l-esperti tal-Qorti ngħataw informazzjoni ħażina, biex b'hekk ikun identifikat min mit-tliet esperti kien qed jgħaddi informazzjoni sensittiva li mhix suppost toħroġ, għajr mal-pubblikazzjoni tal-inkjesta. Artiklu nhar il-Ħadd li għadda fuq il- gazzetta oħt Maltatoday ikkwota sorsi mill- Korp tal-Pulizija jgħidu illi m'għandhomx fiduċja f 'uħud minn dawn l-esperti. Fil-fatt l-istess artiklu ta' nhar il-Ħadd li għadda jispjega kif il-Pulizija tħallew fl-għama dwar il-ġbir tal-'call logs', fosthom tal- Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan apparti li l-inkjesta, waqt li ġabret il- 'call logs' tal-pulizija li kienu fuq il-post fejn seħħet il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia, falliet milli tiġbor il-laptop li kienet tuża Daphne Caruana Galizia.