Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Minn Yendrick Cioffi ILPARKEĠĠ huwa wieħed mill-akbar uġigħ ta' ras għal diversi residenti f 'għadd ta' lokalitajiet f 'Malta u Għawdex. Ma għandniex xi ngħidu, il- Belt Valletta hija waħda minn dawn il-lokalitajiet, anke jekk diversi parkeġġi huma riservati għar- residenti. Minn ċifri li kisbet din il- gazzetta, jirriżulta li fil-Belt Valletta hemm 424 parkeġġ aħdar, jiġifieri riservati esklussivament għar- residenti, 394 parkeġġ blu, riservati għar-resident bejn is-7:00pm u 7:00am u 873 parkeġġ abjad, li fihom jista' jipparkja kulħadd, il-ħin kollu. Dawn in-numri nbidlu ftit mhux ħażin fl-aħħar snin. Fl-2013, kien hemm 274 parkeġġ aħdar, 532 parkeġġ blu, u 982 parkeġġ abjad. Anke jekk f 'ħames snin, żdiedu 150 parkeġġi rriservati esklussivament għar-residenti, wieħed ma jistax ma jsemmix li dawk blu, riservati għar-residenti fil-ħinijiet li l-aktar ikollhom bżonnhom, naqsu b'138 parkeġġ. Dan ifisser, li f 'ħames snin żdiedu biss 12-il parkeġġ riservati għar-residenti. Mill-banda l-oħra, naqsu wkoll 109 parkeġġ bojod. Kieku wieħed kellu jgħodd it-totali tal-parkeġġi, kif ikkalkulati fl-2013 u dawk li hemm bħalissa, jirriżulta li l-parkeġġ naqas b'97 post, għax jekk ħames snin ilu kien hemm 1,788 parkeġġ, dan naqas għal 1,691. 'Ir-residenti għadhom qed jilmentaw fuq il-parkeġġ' Din il-gazzetta tkellmet mas-Sindku tal-Belt Valletta, il-Professur, Alexiei Dingli li bla tlaqliq saħaq li mhu kuntent b'xejn bis- sitwazzjoni u li s-sistema tas-CVA għandha tiġi riveduta. Fil-fatt qal li s-sena li għaddiet il-Kunsill Lokali kien ippropona li jsir studju biex tinstab l-aħjar sistema biex titħaddem is-CVA (Controlled Vehicular Access). Minkejja li l-Gvern u anke l-Kamra tal- Kummerċ kienu favuriha, sal-lum baqa' ma sar xejn dwarha. Fi kliemu, ir-residenti għadhom qed jilmentaw ħafna mal-Kunsill Lokali dwar il-problema tal- parkeġġ aktar u aktar meta fil-Belt ikun hemm attività kbira, għax il-pressjoni tiżdied ħafna. Residenti li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li l-parkeġġ kulma jmur qiegħed isir dejjem iżjed diffiċli, b'mod partikolari fi tmiem il- ġimgħa. Fi kliemhom, il- Maltin ma għadhomx jidħlu l-Belt biss għal xi attività, bħalma kienu jagħmlu għaxar snin ilu, iżda matul is-sena kollha. "Il-Belt miżgħuda barijiet u ristoranti. Strada Stretta dejjem qed issir aktar popolari. Min irid iqatta' lejla kwieta, qed jagħżel il- Belt. Sinjal tajjeb, iżda jfisser ukoll inqas parkeġġ għar- residenti," qalilna wieħed mill-qarrejja Beltin. Is-sistema tas-CVA għal Belt daħlet fis-sħħ fl-1 ta' Mejju 2007 bl-għan li tnaqqas it-traffiku fil-Belt Valletta, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti billi fost oħrajn ittejjeb l-ambjent li jgħixu fih. L-għan kien li dan jagħmel il-Belt Valletta isbaħ f 'għajnejn il-viżitatur u għalhekk tmur minn fuq ukoll l-attività kummerċjali. Kemm hu d-dħul minn din is-sistema? Qabel din is-sistema, biex wieħed jidħol u jipparkja l-Belt kien iħallas liċenzja apposta (V licence). Madanakollu issa kulħadd jista' jidħol il-Belt Valletta u jipparkja (fuq il-parkeġġi l-bojod jew il-blu skont il- ħin). Jekk persuna tidħol il-Belt u tipparkja għal aktar minn nofs siegħa qabel is-2pm ta' waranofsinhar tħallas tariffa. Is-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-Festi Pubbliċi s-sewwieqa jistgħu jidħlu u jipparkjaw tul il-ġurnata kollha mingħajr ma jħallsu xejn. Min jidħol u jipparkja l-Belt (sakemm mhux resident), qabel is-2pm u għal inqas minn nofs siegħa ma jħallasx it-tariffa. Min jipparkja bejn nofs siegħa u siegħa jħallas €0.82. Jekk idum ipparkjat aktar minn siegħa, iħallas €0.82 għal kull siegħa sal-massimu ta' €6.52 kuljum. Anke jekk din it-tariffa żgħira, id-dħul minnha mhux baxx. Minn informazzjoni li kisbet din il-gazzetta, fl-2016, Transport Malta daħlet €969,691, is-sena li għaddiet daħlet €886,662 u sa Settembru ta' din is-sena din is-sistema kienet iġġenerat €704,706. Dan id-dħul imur kollu għand Transport Malta iżda kull sena tħallas ukoll somma ta' amministrazzjoni lill-kumpanija CVA Technology. Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum Is-Sindku tal-Belt irid reviżjoni tas-sistema tas-CVA PRELIMINARY MARKET CONSULTATION Identity Malta Agency would like to notify the general public that it is receiving offers for the leasing of office premises. The said premises must be either readily available to move in or in the final stages of comple�on. Submissions for the Preliminary Market Consultation will be received through the ePPS system on www.etenders.gov.mt and the deadline for submissions is Wednesday 7 th November 2018 at 09:30AM. The document containing all necessary informa�on can be downloaded for free from www.etenders.gov.mt and any clarifications or addenda to the said document will be uploaded and made available on the same website within the stipulated period. Adv. No. IMA-2018/PMC004: Preliminary Market Consultation for Rental of Office Premises for the Identity Malta Agency Identity Malta Agency, Onda Building Triq Aldo Moro Marsa MRS 9065, Malta Late submissions will not be considered. 1638 B'digriet mogħti mill-Qorti Ċivili, Prim'Awla fil-21 ta' Mejju, 2018, fuq rikors ta' APS Bank Limited (C 2192) ġie ffissat il-jum tal-Ħamis, 8 ta' Novembru, 2018, fl-għaxra u nofs ta' filgħodu (10.30 a.m.) għall-Bejgħ bl-Irkant li għandu jsir fl-Ewwel Sular, Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubbika, Il-Belt Valletta, tal-fond hawn taħt deskritt: Proprjetà internament immarkata bl-ittra E numru sitta (6) li tinsab fi Blokk bl-isem ta' 'Blue Haven' fi Triq il-Barrieri, iż-Żurrieq, bil-bejt u l-arja tagħha sovrastanti proprjetà ta' terzi. Il-proprjetà tinkludi t-terazzini tagħha, l-arja relattiva u s-sehem indiviż tal-partijiet komuni tal-blokk u tal-pjazza tal-kumpless, tal-entratura, sala tad-dħul, il-kamra tal-meter, il-lift u x-xaft tal-lift, stmata li tiswa €230,000. L-imsemmi fond huwa proprjetà ta' Scott James Johnson (KI 76734A) et. N.B. L-imsemmi fond jinbiegħ bħalma ġie deskritt fl-atti tas-subbasta 17/2018. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum il-Ħamis, 18 ta' Ottubru, 2018 Rudolph Marmarà Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Kemm hemm parkeġġi riservati għar-residenti Beltin? Żdiedu jew naqsu fl-aħħar snin? Transport Malta kemm iddaħħal min din is-sistema? Qed taħdem? L-ILLUM tistaqsi…

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018