Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Baġit huwa l-ewwel u qabel kollox biċċa xogħol ta' 'accountancy' u numri, jiġifieri huma n-numri l-ewwel u l-aktar li jgħoddu. Minflok ħarset lejn kull miżura tal-Baġit 2019, li wara kollox ħafna minnhom tafuhom diġà, l-ILLUM tat ħarsa lejn l-aktar numri importanti f 'dan il-Baġit Il-Baġit 2019 f 'numri 6.7% - Kemm kibret l-ekonomija fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena 2.2% - It-tkabbir medju fl-ekonomija tal-Unjoni Ewropea, jew 5.5% inqas minn Malta €700 miljun - Iż-żieda fil-konsum privat matul l-aħħar sena, jiġifieri kemm xtraw u nefqu n-nies 200,000 - In-numru ta' persuni impjegati f 'Malta fl-aħħar sena 90% - Huwa l-persentaġġ ta' kemm inħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat 5.3% - Kemm il-Gvern qed jipprevedi li se tkompli tikber l-ekonomija matul is-sena 2019 2.2% - Kemm mistennija tiżdied l-esportazzjoni €2.33 – Hija ż-żieda li qed jagħti l-Gvern bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja €3 - Hija ż-żieda li se tingħata, apparti l-kumpens tal-għoli tal-ħajja, lil dawk li ilhom bil-paga minima għal din l-aħħar sena €2.17 – Kemm se jieħdu l-pensjonanti apparti l-kumpens għall- għoli tal-ħajja 4,500 – In-numru ta' pensjonanti li se jerġgħu jieħdu ż-żieda ta' €200 fil-pensjoni ta' servizz €9 miljuni - Kemm se tiswa l-għotja ta' €300 lil kull min għandu 75 sena jew aktar 600 – L-ammont aktar ta' nies li se jirċievu l-allowance tad- diżabilità €300 – kemm se jiffrankaw f 'taxxi dawk il-ġenituri li jieħdu lit- tfal fi skejjel privati €2,000 – Kemm se tieħu mingħand il-Gvern jekk tiżżewweġ, €250 iktar minn qabel 78% - L-ammont ta' persuni f 'pajjiżna li huma sidien ta' darhom. Il-bqija jinsabu f 'kirja kkontrollata, f 'akkomodazzjoni soċjali jew f 'kirja privata €5,000 – Il-massimu ta' kemm tista' tieħu persuna f 'sussidju tal-kera, skont is- sistema l-ġdida li se jintroduċi l-Gvern 7 - In-numru ta' snin li sid irid ikun ilu jikri b'kirja affordabbli biex ikun jista' jgawdi minn inizjattivi fiskali €100 miljun – In-nefqa fuq it-toroq għal din is-sena li ġejja €400 – Il-massimu li tista' tieħu f 'rifużjoni meta tixtri mutur, scooter u roti assisti b'mutur elettriku 11% - L-ammont ta' art koperta f 'siti ta' Natura 2000. Ambjent Malta se tiffoka fuq it-titjib ta' dawn is-siti. 45 – It-total ta' miżuri fil-Pjan Nazzjonali kontra l-ħasil ta' flus 3 – In-numru ta' liġijiet li għaddew fil-Parlament u li jitrattaw is-settur tal-Bitcoin 250,000 – In-numru ta' turisti li se jkunu qed jiġu pajjiżna grazzi għar-rotot ġodda li nfetħu fl-aħħar sena 0 - L-ammont ta' telf li mistennija tagħmel l-Air Malta €1.50 - Kemm itik kuljum il-Gvern jekk tkun ħaddiem fis-settur pubbliku Għawdxi u tuża trasport kollettiv biex tmur ix-xogħol minflok bil-karozza privata tiegħek 30% - Kemm se tingħata rifużjoni mill-paga medja ta' persuna li tħaddem persuna fis-settur privat ta' Għawdex. Sa massimu ta' €6,000 kull sena. 2 – Kemm-il adult tifel jew tifla tal-primarja jew sekondarja, tista' tieħu f 'sit ta' Heritage Malta, mingħajr ħlas. €68 – Il-massimu li tista' tgawdi persuna mit-tnaqqis fit-taxxa mħabbar fil-Baġit

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018