Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

N af li ntqalet kemm-il darba imma se nerġa' ngħidha: waħda mill-iktar affarijiet li jolqtuk dwar il-Baġits ta' żmien Joseph Muscat hi li waqt li qabel konna nħarsu lejn il-Baġit b'apprensjoni, issa nħarsu lejn I-Baġit bi stennija ta' affarijiet sbieħ. Kif qalli ħabib tiegħi – qabel il-Baġit kien qisu film tal-biża', issa sar qisu film li ma tixtiequ jispiċċa qatt! Lil hinn mill-esagerazzjonijiet li jnisslulek tbissima - il–verità hi li waqt li l-Baġits ta' żmien Gvernijiet Nazzjonalisti kienu ħafna drabi jwasslu għal żidiet fit-taxxi u l-piżijiet, il-Baġits ta' żmien Joseph Muscat huma Baġits pożittivi fejn hemm ippakkjati fihom ħafna aħbarijiet sbieħ. Naturalment kull Ministru jiffoka fuq il-pożittivi tal- Baġits rispettivi tiegħu u jien naturalment kburi li ħafna mill-ideat li ressaqna 'l quddiem sabu s-sostenn tal-Ministeru tal-Finanzi. Ħa nsemmi ftit eżempji. Fil-każ tiegħi sibna għajnuna għal iktar fondi biex ngħinu lill-kommunitajiet tagħna jkunu kreattivi, biex jitkomplew proġetti kapitali bħalma hu l-Muża u biex nattiraw iktar nies lejn il- mużewijiet tagħna bi skema fantastika li biha żewġ adulti jkunu jistgħu jidħlu ma' kull tifel jew tifla. Fil-każ ta' sieħbi Deo Debattista, pereżempju, ngħata għajnuna sabiex ikompli x-xogħol brillanti fil-Belt Valletta kemm mil-lat ta' kultura u kemm mil-lat ta' ndafa pubblika. L-istess sieħbi Silvio Parnis ngħata s-support finanzjarju li talab għar-riforma fil-Kunsilli Lokali u speċjalment – imma mhux biss – sabiex ir-Reġjuni jissaħħu b'mod bla preċedent. M'għandix dubju li sħabi se jagħmlu l-istess ħaġa u kull Ministru u Segretarju Parlamentari se jiffoka fuq il-ħafna ġid li se jitqassam lill-poplu bis-saħħa tad- diversi miżuri li ġew maħsuba għalihom fil-Baġit. Biss hemm imbagħad il- kwadru ġenerali: Il-Baġit tas-sena d-dieħla Se jkun l-ewwel Baġit għal ħafna miżuri ġodda li huma bla preċedent, Huwa wkoll it-tieni Baġit bla taxxi, Huwa t-tielet Baġit b'surplus fil-finanzi pubbliċi, Huwa r-raba' Baġit b'żieda għall-pensjonanti tagħna, Huwa l-ħames Baġit li qed joffri l-in-work benefit, Huwa s-sitt Baġit li se jkompli joffri childcare b'xejn, Huwa fl-aħħar nett, is-seba' Baġit bi tnaqqis fit-taxxi. Huwa għalhekk li nistgħu ngħidu li Malta – Ngħixu s-suċċess. Iktar riformi fuq ix-xefaq Bla tlaqliq ngħid li dan hu l-iktar Gvern riformista fl- istorja riċenti ta' pajjiżna. U fil-mument li ngħidu li rridu nieqfu nirriformaw, hemmhekk ikun wasal iż-żmien li nwarrbu. U aħna mhux talli għandna rieda tal-azzar li nkomplu nirriformaw talli rridu nkomplu nirriformaw iktar minn qatt qabel. Għalhekk qed nara opportunità sabiħa ta' iktar bidliet fiż-żjara li se tagħmel il-Kummissjoni ta' Venezja f 'pajjiżna. Qed nara opportunità sabiħa mhux għax Malta m'għandniex esperti tal-aqwa livell, iżda għaliex il- Kummissjoni ta' Venezja tiġbor fiha l-aqwa mħuħ fil-kamp Kostituzzjonali u istituzzjonali u għandhom esperjenza kbira. U naf li huma oġġettivi. Din il-ġimgħa żort il-President tal-Kummissjoni ta' Venezja Gianni Buquicchio fejn għidtlu dan kollu li għadni kemm ktibt hawnhekk. Buquicchio diġà jaf ħafna fuq Malta anke għaliex is-Sinjura tiegħu, Maud, kienet ftit tax-xhur ilu ħadmet mal- President Coleiro Preco u ma' Dr Ruth Farrugia dwar il-kamp tal-ħarsien tat-tfal. Għandi rispett kbir kemm lejn Gianni u kemm lejn Maud Buquicchio għax naf kemm huma nies integri u serji f 'xogħolhom. Freddie Mercury Meta qaluli li ħareġ film dwar Freddie Mercury u l-Queen bl- isem ta' Bohemian Rhapsody bħal qisu nxtegħel swiċċ ġo fija u ħsibijieti marru għal żmien it-tfulija meta Freddie Mercury kien isem tant b'saħħtu li meta eventwalment miet f 'Novembru tal-1991 kien qisu miet ħabib ta' kulħadd. Id-diski li pproduċa kienu formidabbli u naturalment sħabu tal-Queen ma kinux b'inqas. Il-vuċi ta' Mercury kienet però unika u għadni sal-lum ma nistax nifhem kif il-vuċi baqgħet intatta meta tqis l-ammont kbir ta' sigaretti li Mercury kien ipejjep. Il- lifestyle ta' Mercury wkoll kien wieħed li jiddistingwih dak iż-żmien u meta Mercury kanta "nothing really matters for me" kien qed jgħid xi ħaġa li kien jemmen u ħajtu għexha hekk. Ma tistax titkellem dwar Freddie Mercury u ma titkellimx dwar il-wirja stupenda li kien ta f 'nofs is-snin tmenin fil-Live Aid Concert. Kont għadni tifel imwaħħal mat-televixin meta għall-ħabta tas-sitta ta' filgħaxija kien ħareġ Freddie Mercury b'flokk abjad qisu flokk ta' taħt ikanta biċċa mill- Bohemian Rhapsody fuq pjanu mimli tazzi tal-birra u l-coca cola jew pepsi. Ta' tifel li kont bqajt imwaħħal mat-televixin. Illum kbirt u naħseb ma nbdilt xejn f 'dan l-aspett! Freddie Mercury hu verament immortali! illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 16 Opinjoni OWEN BONNICI Ngħixu s-suċċess H ekk kif dħalna f 'xahar ieħor iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf aħjar bħala 'Pink October', qed nerġgħu nsibu lilna nfusna fi stat ta' riflessjoni u ħsieb dwar din il-marda. Aktar u aktar meta 1.7 miljun persuna kull sena issib li għandha kanċer - u l-iktar tip ta' kanċer prevalenti fost in-nisa huwa propju l-kanċer tas-sider, li inċidentalment huwa wkoll it-tieni l-aktar tip ta' kanċer komuni b'mod ġenerali. Il-kanċer tas-sider jolqot l-aktar lin-nisa, għalkemm il-kanċer tas-sider fl-irġiel mhuwiex rarità. Ninsab ċert li fostkom li qed taqraw dan l-artiklu, hemm minnkom li xi darba jew oħra ħabat ma' xi każ jew ieħor ta' persuna li ntlaqtet mill-kanċer tas-sider. Id-diffikultà hi li b'kuntrarju għall-kanċer tal-pulmun fejn hu magħruf li dan hu kkawżat primarjament mit-tipjip, u b'kuntlarju għall-kanċer tal- fwied li normalment huwa kkawżat minn infezzjonijiet partikolari, sal-lum għad m'hemm l-ebda informazzjoni li turi b'konklussività xi ħaġa ewlenija wara l-kanċer tas-sider. Madanakollu, ta' min jinnota li n-nisa li jgħixu fit-Tramuntana tal-Ewropa, huma f 'riskju akbar għall-kanċer tas-sider minn nisa li jgħixu f 'reġjuni oħra. U dan iqanqal il-mistoqsija jekk id-dieta u l-istil ta' ħajja humiex kontributuri ewlenin għal din il-marda. Studju li sar fl-2016 wera kif Malta u Ċipru kellhom l-ogħla rata ta' mwiet ikkawżati mill- kanċer tas-sider meta wieħed iqabbel mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. L-istudju wera li fl-2013 f 'pajjiżna mietu 81 mara minħabba din il-marda - u dan jammonta għal 21% tal-imwiet kollha f 'dik is-sena kkaġunati mill-kanċer - l-ogħla rata fl-Unjoni Ewropea. Quddiem dawn l-istatistiċi inkwetanti, wieħed ma jistax jibqa' ċass mingħajr ma jieħu xi tip ta' azzjoni. Ħassejt li kienet responsabbiltà ewlenija tiegħi li nkabbar l-għarfien f 'dan is- suġġett, u kien dan li ħeġġiġni ningħaqad fl-isforzi ma' NGOs Maltin sabiex inżidu l-għarfien. Fuq livell Ewropew, il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew - li tiegħu nifforma parti - determinat li jagħmel il-kanċer wieħed mill-prijoritajiet tiegħu. Il-kanċer tas-sider nistgħu niġġildulu, partikolarment jekk nindunaw bih minn kmieni. Meta l-marda tinqabad kmieni, jikbru l-possibilitajiet ta' fejqan sħiħ. Il-progamm ta' screening għall-kanċer tas-sider, liema programm kien beda jopera fl-2008, kien strumentali biex fl-aħħar snin ġew eżaminati mal-14,000 persuna kull sena. M'hemmx dubju li fl-aħħar 10 snin, ġew salvati ħafna ħajjiet grazzi għal dan. Daqstant ieħor huwa importanti l-impenn tagħna li ninvestu fir-riċerka. Meta xi xhur ilu kelli l-pjaċir li niltaqa' ma riċerkaturi mill-Università ta' Malta li qed jagħmlu riċerka dwar il-kanċer, intbaħt kemm għandna nies li qed jaħdmu fis-skiet biex jiġġieldu dan l-għadu komuni. Minkejja d-diversi sfidi li jiffaċċjaw - bħal pereżempju n-nuqqas ta' fondi - dawn ix-xjentisti mhuma xejn għajr eroj li ċertament jistħoqqilhom aktar tifħir. Ma jista' jkollna ebda tama li nsibu xi soluzzjoni għal din il- marda qerrieda jekk qabelxejn ma ninvestux fir-riċerka. U għal din ir-raġuni, nappella lill-Gvern biex jinvesti b'mod aktar qawwi fir-riċerka ħalli niskopru aktar soluzzjonijiet. B'aktar investiment nistgħu nittrasformaw lill-komunità xjentifika f 'pilastru ewlieni tal- ekonomija, li aktar minn qatt qabel irriduha tkun ibbażata fuq l-għarfien u l-professjonaliżmu. Hawnhekk ma nistax ma nagħmilx referenza għax- xogħol eċċezzjonali li qed jagħmlu diversi għaqdiet Maltin fil-qasam tal-kanċer tas-sider - fosthom il-fondazzjoni 'Action for Breast Cancer' u 'Europa Donna'. Hemm għaqdiet non- governattivi oħra, bħall-Karl Vella Foundation u l-Hospice Malta li kelli l-opportunità li niltaqa' u nitkellem magħhom waqt attività li organizzajt għal dan l-għan jew favur familjari tal-pazjenti. Fil-Parlament Ewropew qed naħdem biex dawn l-għaqdiet Maltin ikunu f 'pożizzjoni aħjar li jiltaqgħu ma' għaqdiet oħrajn bħalhom ibbażati f 'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex bejniethom jaqsmu l-għarfien u l-informazzjoni. Dan qed nagħmlu billi nintroduċi lill- NGOs Maltin ma' għaqdiet barranin fi ħdan l-'Association of European Cancer Leagues'. Stedint ukoll lil ħafna għaqdiet Maltin, fosthom lill-Europa Donna, biex jingħaqdu miegħi f 'diskussjonijiet dwar il-policies Ewropej, liema policies se jkunu qed jagħtu forma lill- viżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkun qed nassigura li aktar NGOs Maltin jipparteċipaw f 'dawn id-diskussjonijiet. Minkejja d-diffikultajiet kollha, b'sodisfazzjon ninnota li hemm aħbarijiet sbieħ ukoll. Fuq livell globali, qed tonqos ir-rata ta' persuni li jmutu minħabba l-kanċer tas-sider. Dan hu riżultat tal-fatt li qed ikun hemm sforz akbar biex il-marda tinkixef minn kmieni. Aktar u aktar nisa qed jgħixu iktar, u grazzi għar-riċerka, qed ikun hemm terapiji ġodda, aktar effettivi u aktar aċċessibbli. Mhijiex tama fierħa li nittamaw li nsibu kura għall- kanċer tas-sider aktar kmieni milli tard. Fuq livell politiku, jeħtieġ li nqiegħdu l-kura għall-marda tal-kanċer fuq quddiem nett tal-impenn tagħna lejn is- soċjetà. Wara kollox, dak hu preċiżament li rridu nfissru meta ngħidu 'Soċjetà li Jimpurtaha'. FRANCIS ZAMMIT DIMECH Il-ġlieda kontra l-kanċer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018