Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter U kif laqathom l-Baġit lil dawn in-nies? Hekk kif nhar it-Tnejn li għadda ssejjaħ il-Baġit, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn seba' każijiet ta' familji diff erenti u kif dawn se jgawdu mill-miżuri li ħabbar il- Gvern.... Kevin u Graziella - Koppja fejn jaħdem biss ir- raġel u jaqla' madwar €13,000 fis-sena, u għandhom żewġt itfal taħt is-16-il sena. Kevin ser jieħu żieda ta' €121.16 fis-sena biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja kif ukoll ser ikollu f 'idejh kważi €340 aktar fis-sena biż-żieda fl-Allowance tat-tfal u permezz tat-titjib fir- rati mnedija fil-Baġit fl-iskema tal-In-Work Benefit għal familja fejn wieħed jew waħda mill-ġenituri jaħdmu. B'kollox id-dħul ta' Kevin u l-familja tiegħu se jiżdied b'madwar €460 fis- sena, u dan barra li Kevin ser jerġa' jirċievi tax refund ta' €68. Id-dħul tagħhom jista' jiżdied ferm aktar jekk Graziella tidħol fid-dinja tax-xogħol għaliex, minbarra l-paga, ikollha wkoll żieda fl-In-Work Benefit peress li, fejn koppja jaħdmu t-tnejn, ir-rati skont id-dħul jistgħu jkunu ogħla minn dawk li għandhom illum. F'dan il-każ il-familja tista' tmur tajjeb ukoll għaliex jonqsulha l-ispejjeż tat-trasport għall-iskola tat-tfal. Bħal Kevin u Graziella hemm aktar minn 18,000 familja bi dħul ta' anqas minn €20,000 fis-sena li se jgawdu minn żieda fiċ- Children's Allowance li tvarja skont id-dħul tagħhom. jaħdem Karl u Sarah - Koppja b'żewġt itfal taħt is-16-il sena, ir-raġel jaħdem b'paga gross ta' madwar €14,800, iżda l-mara toqgħod id-dar biex tieħu ħsieb binthom b'diżabiltà. Karl ser jieħu ż-żieda tal-għoli tal-ħajja u ser jibbenifika mit-titjib fl-Allowance tat-tfal, fl-In-Work Benefit, u fl-Allowance għal Tfal b'Diżabilità li ser tiżdied ukoll. Barra paga aħjar, minn dawn il-benefiċċji, fl-2019 il-familja ta' Karl ser iddaħħal b'kollox aktar minn €530 iżjed fis-sena. Barra minn hekk, Karl ser jirċievi tax refund ta' €68. Katia - Omm ta' tifla b'diżabilità severa u tirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabiltà Severa. Bis-saħħa tat-twettiq tar-riforma li nbdiet fl-2017, f 'dik li qabel kienet il-pensjoni għal diżabilità, Katia issa se tara l-assistenza mħallsa lil bintha titla' għal €158.26 fil-ġimgħa biex se tiġi daqs il-Paga Minima Nazzjonali netta kif kien imwiegħed. Din tfisser żieda ta' kważi €950 oħra fis-sena. B'kollox, il-benefiċċju ta' bint Maria se jkun żdied bi kważi €3,000 fis-sena fi 3 snin. Andrew - Jaħdem għal rasu u jħallas il-bolla imma jixtieq li jwaqqaf l-attività tiegħu biex isib xogħol ma' kumpanija. Biex jagħmel dan se jkollu jagħmel xi żmien jirreġistra. Bis-saħħa ta' miżura mħabbra fil-Baġit, persuni self-employed issa se jingħataw għall-ewwel darba d-dritt għall- Benefiċċju tal-Qgħad. B'hekk Andrew issa meta jieqaf mix- xogħol għal rasu u jirreġistra għax- xogħol, sakemm isib impjieg alternattiv, se jkollu dritt li jirċievi l-Benefiċċju tal- Qgħad. Charles - Pensjonant li llum jgħodd it-73 sena. Kien jaħdem mal-Gvern u kien irtira bil-pensjoni tas-servizz. Huwa llum jieħu pensjoni tas- sigurtà soċjali mnaqqsa. Is-sena d-dieħla Charles se jgawdi minn tlett miżuri mħabbra fil-Baġit. Minbarra li se jieħu żieda ta' €4.50 fil-ġimgħa fil-pensjoni bħall-pensjonanti kollha, huwa se jgawdi ukoll mill- miżura tal-€200 għall-pensjonanti tas-servizz kif ukoll mill-miżura l-ġdida li biha mal-età ta' 72 sena se jkunu injorati 75% mill-ammont li Charles kien ikkomuta mill- pensjoni tas- servizz. B'dawn il-miżuri Charles jista' jgawdi minn żidiet fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali li jaqbżu il-€500 fis-sena. Bħal Charles hemm eluf ta' pensjonanti oħra tas-servizz li jistgħu jibbenefikaw minn żidiet addizzjonali fil-pensjoni tagħhom skont meta rtiraw u fuq liema skala ta' salarju kienu meta rtiraw. Mario u Mary - Koppja b'żewgt itfal jaħdmu. Il-mara ma taħdimx, u Mario sofra invalidità parzjali u kontra qalbu kellu jieqaf mix-xogħol. Huwa applika u ngħata l-Pensjoni għall-Invalidità, iżda l-mara ma kkwalifikatx għall- Allowance tal-Carers għax m'għaddietx mit-test tal-mezzi. Mary ser tkun tista' tapplika mill-ġdid u tikkwalifika għaliex, permezz ta' reviżjoni tal- kundizzjonijiet, fl-2019 applikanti għall-Allowance tal- Carers ser jinħelsu milli jgħaddu mit-test tal-mezzi. Minħabba li Mario huwa ċċertifikat li għandu dipendenza medja, Mary issa ser tingħata din l-Allowance li fl-2019 se tlaħħaq €92.72 fil-ġimgħa. Għaldaqstant, wara li l-għixien tal-familja ntlaqat bit-telf tal-paga ta' Mario, il-Gvern qed jirrikonoxxi li l-mara ser tkun qiegħda tieħu ħsiebu f 'darhom billi jagħtiha l-Allowance filwaqt li r-raġel ikompli jirċievi il-Pensjoni għall-Invalidità li se tiżdied ukoll b'€4.50 fil-ġimgħa. Pawlu - Pensjonant li kien impjegat ma' kumpanija fil- Libja bejn l-1987 u l-1995. Huwa baqa' jħallas il- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fil-Libja għaliex ma kienx jaf li bi ftehim milħuq fl-1988 bejn Malta u l-Libja dawn il-kontribuzzjonijiet kellhom jibdew jitħallsu f 'Malta, minflok fil-Libja. Meta ġie biex jirtira sab li kien intitolat għal pensjoni aktar baxxa milli kien jistenna għaliex ma kienx ħallas il- kontribuzzjonijiet tiegħu kollha f 'Malta kif suppost. Bis-saħħa ta' miżura ġdida fil- Baġit, nies bħal Pawlu se jingħataw l-opportunità li jirregolarizzaw irwieħhom mad- Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali u b'hekk ikollhom reviżjoni fil- pensjoni tagħhom. Dan ser isir billi jintalbu jipproduċu provi tal- kontribuzzjonijiet li ħallsu fil-Libja u, jekk dawn ikunu vverifikati, jiġu kkonvertiti f 'kontribuzzjonijiet Maltin skont is-sistema l-antika. Jekk ma jkollhomx provi, l-eks ħaddiema ser jingħataw il-possibilità li jħallsu skont ir- rati kurrenti sa massimu ta' 10 snin kontribuzzjonijiet nieqsa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018