Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 'Tiftaħ biss fil-festa'; 12-il għassa Minn Yendrick Cioffi u Liam Car ter LGĦASES fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin qegħdin hemm għal raġuni, biex iħarsu s-sigurtà u jinfurzaw il-liġi. Anke jekk ħafna drabi l-attenzjoni taqa' biss fuq dawk il-lokalitajiet fejn qed tinħass il-preżenza tal- barranin, kull resident, f 'kull lokalità jixtieq iħossu sigur. L-Għawdxin mhux b'inqas, tant li diversi residenti wrew it-tħassib tagħhom ma' din il- gazzetta għall-fatt li l-għassa fir-raħal tagħhom qiegħda hemm għall- isem u tmur meta tmur se ssibha magħluqa u dan fi żmien meta, fi kliem resident, "ma għadux sigur tħalli ċ-ċavetta fil-bieb." Nhar l-Erbgħa li għadda, din il-gazzetta telgħet nofstanhar Għawdex biex tara b'għajnejha jekk dak li qed jingħad hux minnu. F'temp ta' sitt sigħat, l-ILLUM daret is-16–il għassa mifruxa fil-lokalitajiet Għawdxin u minnhom sabet 12-il għassa magħluqa (ara t-tabelli). Wieħed jista' jargumenta u jgħid li Għawdex, minħabba ċ-ċokon tiegħu ma għandux bżonn li jkollu għassa f 'kull lokalità iżda jibqa' l-fatt li sa ftit snin ilu dawn l-għases kienu jkunu miftuħa u la f 'kull lokalità hemm għassa, qiegħda hemm għal raġuni u mhux għall-isem. Il-gazzetta ILLUM qabdet il-vapur tad- 9:00am u daret dawn l-għases bejn id-9:30am u t-3:00pm. Anke jekk għassa ma tkunx miftuħa 24 siegħa kuljum, wieħed jistenna li almenu f 'dawn il-ħinijiet se tkun miftuħa. Erba' għases biss miftuħa L-erba' għases li kienu miftuħa kienu dawk tar-Rabat (allaħares le), dik tal-Imġarr li kważi kważi hija l-ewwel binja li tiltaqa' magħha malli tinżel minn fuq il-vapur, l-għassa tax-Xewkija u dik tax-Xlendi, anke jekk tinsab imrekkna fi triq imwarrba. Ħlief għall-għassa tar- Rabat, fl-għases li sibna miftuħa kien hemm biss pulizija wieħed, jiġifieri jekk jidħol xi rapport jew inkella jmur fuq ronda madwar ir-raħal, se jkollu jagħlaq l-għassa. Uħud mill-għases li sibna magħluqa, bħal dawk tas-Sannat, tal-Għarb jew ta' San Lawrenz jidher li ilhom ma jaraw pulizija ftit taż-żmien mhux ħażin. Interessanti li għases oħra m'ilhomx ħafna li nbnew, tant li jinsabu fiċ-ċentru ċiviku ġdid u modern tal-lokalità. Anke jekk il-bieb huwa sabiħ u ġdid, l-għases ta' Kerċem u Għajnsielem kienu msakkra sewwa. L-għassa tal-Munxar tinsab fl-ewwel sular, fl-istess binja fejn hemm il-Kunsill. Tista' tidħol u saħansitra tittawwal fiż-żewġ ċelel li spiċċaw iservu ta' maħżen. Tista' tikkunsidra dan bħala sinjal pożittiv li f 'Għawdex ma hemmx kriminali u ma hemmx għalfejn jintużaw, jew inkella tieħu dan il-fatt bħala prova li din l-għassa ntesiet. 'Tiftaħ biss fil-festa… qed tħabbat għalxejn' Anke jekk huwa l-iżgħar raħal f 'Għawdex, b'popolazzjoni ta' ftit mijiet, żorna wkoll l-Għasri u ħabbatna fuq il-bieb tal-għassa li jidher li ilu ma jinfetaħ għal xhur sħaħ. Fil-fatt lemħitna anzjana li qaltilna biex immorru r-Rabat jekk irridu Pulizija, għax l-għassa "tinfetaħ biss fil- festa," u "nieżla biċċiet." Anke meta konna qed infittxu l-għassa tal-Għarb u staqsejna lir-residenti għad-direzzjoni, flok jgħidulek fejn tinsab, l-ewwel tweġiba tagħhom tkun li se mmorru għalxejn għax l-għassa magħluqa. Biex inkunu qed ngħidu kollox, waħda mill-għases li sibna magħluqa, jiġifieri dik tax-Xagħra, kellha Residenti Għawdxin jilmentaw li l-għases Għawdxin qed ikunu kważi kollha magħluqa. L-ILLUM tmur Għawdex biex tara b'għajnejha…