Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum X i kultant tinsa kemm inbidlu l-affarijiet. Tinsa kemm l-argumenti li tagħmel ma jfissru xejn għan-nies, għax ma jiftakrux. Ma jistgħux japprezzaw id-diskorsi tiegħek għax id-diskorsi tiegħek huma mibnija fuq esperjenzi tal-ambjent li tkun għext. Ambjent li issa m'għadux magħna. Spiċċa, għax sirna differenti, kważi f 'kollox. Illum jekk iddur fuq it-tfal, u tgħidilhom li trabbejna mingħajr air conditioning, mingħajr kompjuter, mingħajr mowbajl, mingħajr internet – iħarsu lejk bħallikieku qed tgħidilhom li ġejna minn seklu ieħor. Imma ma tridx tmur 'il bogħod ħafna. Qisu n-nies insew. Jista' jkun qed nixjieħ, imma llum hemm realtà differenti f 'kollox. Niftakar żmien, mhux xi żmien ilu ħafna, meta ma kontx kapaċi titkellem u tgħajjar xi ħadd korrott, mixtri jew mażun. Kien jeħduk il-Qorti. Kien hemm waħda li biddlet dan kollu meta bdiet tfajjar bl-addoċċ u tgħajjar in-nies left, right and centre. Ma waqfitx hemm, kienet tgħid li dawn in-nies huma frodisti, jieħdu d-droga, u jorqdu mal-qħab. U dan tgħidu mingħajr ma jkollha l-iċken farka ta' evidenza. Hemm sala msemmija għaliha fi Brussel, u tifkira u l-ġurnalisti tad-dinja jpinġuha bħala ġurnalista. U meta spiċċat il-Qorti… biex tevita l-istess trattament kienet toħroġ ix-xabla u tibda tattakka l-maġistrat, li kien miskin spiċċa quddiemha, billi tikxiflu ma' min kien jorqod u ma jorqodx u affarijiet oħra. B'hekk il-każ kien jew jittawwal jew jieqaf ħesrem għax il-maġistrat kien jaqbdu l-brim. Jiena ma rridx ninstema' dejjem l-istess qisni neqred fuq dak u fuq l-ieħor imma jekk ħaqqha premju Caruana Galizia huwa premju għal dak kollu li ma għandux ikun ġurnalist: paċpaċi, tikteb mingħajr ma tivverifika, tħallat xogħol pubbliċitarju ma' dak ġurnalistiku, tattakka nies personalment dwar il-ħajja privata tagħhom u l-agħar fuq l-agħar tigdeb. Biex tirnexxi f 'xogħolha kellha armata nies, minn dawk li l-għatba tal-knisja mhux biss jikluha imma jaħsbu li hija tagħhom, jemmnu li huma biss twajba u tajba u jemmnu li ħaddieħor xitan u mgħawweġ. Issa żżejjed kollu żejjed. L-istorja ma tinkitibx minn xi ġurnalista ħelwa minn Franza jew xi wieħed oħxon mill-Italja jew xi wieħed gustuż minn New York, tinkiteb fil-kwiet minn xi ħadd li jħares lejn il-fatti u l-istorja. Kemm tkellmet fuq min jevadi t-taxxa u hi qatt ma ħallset taxxa, kemm tkellmet kontra min kiser il-liġi u meta t-tifel tagħha nqabad bid-droga, Alla jbierek minkejja t-taħrika ma sar xejn iktar, u kemm għajret in-nies li jieħdu kuntratti tal-gvern u hi ħadet kuntratti tal-gvern. Insomma kollox irid ikun. Inħallikom b'ritratt ħelu; il-Maġistrat Vella issa sar imħallef jieħu kafè ma' Jason Azzopardi. Ma fiha xejn ħażin tafx imma kieku kien xi blogger, min jaf kemm ħriġna bi spekulazzjonijiet ta' x'inhu jgħid Jason lil Anthony Vella. Inħallikom hawn illum. Opinjoni L-istorja tinkiteb tafux SAVIOUR BALZAN I d-diska ta' Liza Minelli "Money makes the world go round" donnha li hi t-tema li madwarha hu minsuġ id-diskors tal-Baġit li nqara mill-Ministru tal-Finanzi nhar it-Tnejn fil-Parlament. Il-messaġġ ċar li wasal fi djarna kien li l-flus u l-"ġid" li hawn jagħmlu possibli li tirċievi ċekk id-dar, kemm jekk għandek bżonnu kif ukoll jekk m'għandekx. F'dawn iż-żminijiet il-kelma taxxa donna saret kelma moqżieża fid-dizzjunarju politiku: għalhekk ġie suġġerit li n-nuqqas ta' taxxi ġodda, inkella ta' żieda fit-taxxi eżistenti kien element pożittiv fid-diskors tal-Onorevoli Ministru. Ċekkijiet għal kważi kulħadd. L-ewwel għal dawk li għandhom il-ħtieġa u mbagħad għall-parti l-kbira tal-bqija. Dak li kien jingħad li "jittieħed mingħand kull wieħed skont ma jiflaħ, u jingħata lil kulħadd skont il-ħtiġijiet tiegħu" donnu li ma għandu l-ebda piż illum meta nippruvaw nifhmu l-filosofija politika li fuqha hu mfassal dan il-Baġit ta' Gvern 'Laburista'. It-taxxa li tinġabar f 'Malta donnha li hi utli biss meta tinġabar mingħand kumpaniji barranin li filwaqt li joperaw barra mit-territorju Malti jkollhom uffiċċju żgħir jew sempliċi letterbox f 'Malta. Dan biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn rati ta' taxxa sostanzjalment iktar baxxi minn dawk li jkunu soġġetti għalihom fil- pajjiżi fejn joperaw. Diversi kumpaniji fis-settur tas- servizzi finanzjarji wkoll jibbenefikaw minn rati ta' taxxa li bihom jiffrankaw sostanzjalment minn dak li jħallsu band'oħra. Il-Gvern mingħalih li għamel opra. Fir-realtà qed jibgħat messaġġ li Malta tilqa' li min irid jevadi t-taxxa f 'pajjiżu, kemm-il darba jkun lest li jħalli xi ħaġa minn dak li jiffranka fil-kaxxa ta' Malta! F'dan il-kuntest l-istudju intitolat Toxic Tax Deals. When BASF's Tax Structure is more about style than substance, ippubblikat mill-Grupp tal-Ħodor fil- Parlament Ewropew madwar sentejn ilu jispjega b'mod ċar x'inhu jiġri. F'dan l-istudju ġie konkluż li l-BASF, ġgant Ġermaniz fil-qasam tal- industrija kimika bbażat f 'Ludwigshafen, jagħmel użu minn differenzi fis-sitemi nazzjonali tat-taxxa biex jevita milli jħallas it-taxxi dovuti. Huwa stmat li, tul il-ħames snin bejn l-2010 u l-2014, BASF evitaw madwar biljun ewro fi ħlas ta' taxxi. Minflok ħallsu ammonti ferm inqas, b'ħajr lill-gvernijiet Maltin (blu u ħomor) talli għinhom jevitaw dawn it-taxxi kollha. F'dan il-kuntest id- dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus jidhru dak li fil-fatt huma: eżerċizzju ta' rettorika. Inżommu f 'moħħna wkoll il- każ tal-Panama Papers, li kien stabilixxa l-fatt li membru tal-Kabinett u ċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kellhom kumpaniji fil- Panama, pajjiż rinomat għall- evażjoni tat-taxxa, u dwar dan ma ttieħdu l-ebda passi kontra tagħhom. Fid-dawl ta' dan, id-dikjarazzjoni ta' 'qdusija' dan parti tal-Onorevoli Ministru hi nieqsa minn kull kredibilità. Il-proposti tal-Baġit isaħħu x-xibka soċjali u dan billi jgħinu finanzjarjament lill-vulnerabbli. Imma l-kwalità tal-ħajja ma titkejjilx biss f 'termini ta' flus. Fil- Baġit hemm bosta miżuri ambjentali nofs leħja. Il-ħarsien tal-karozzi huwa iktar importanti mill-kwalità tal-ħajja għalina. Il-Gvern jikkunsidra li hu iktar importanti li jwessa' t-toroq biex jiffaċilita ċ-ċaqliq tal- karozzi u b'hekk jipprova jnaqqas il-konġestjoni. Loġika rasha 'l isfel. Il-mira kellha tkun it-tnaqqis tal- karozzi mit-toroq tagħna għax dik hi l-problema. It-twessiegħ tat-toroq u t-titjib tal-infrastruttura bil- kostruzzjoni ta' flyovers lil hawn u lil hemm iwassal biss għaż-żieda ta' karozzi fit- toroq tagħna u b'hekk tikber il-problema tal-konġestjoni. L-unika soluzzjoni hi li jkun inkoraġġit bis-serjetà t-trasport alternattiv. Il- Gvern qiegħed fl-istess nifs jinkoraġixxi kemm it-trasport alternattiv kif ukoll iż-żieda fenomenali ta' karozzi: dan ifisser li għadu ma tgħallem xejn. Wara kollox huwa l-pjan nazzjonali tat-trasport imfassal minn dan il-Gvern stess li jpoġġi quddiemna l-mira tat-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna. Imma jidher li l-Gvern qed iwarrab il-pjani tiegħu stess. Il-Gvern hu iktar interessat mill-ħarsien tal-karozzi milli mill-ħarsien tal-kwalità tal- ħajja tagħna lkoll. Dan hu biss eżempu wieħed. Hemm bosta oħrajn. Il-Baġit qed jitlef l-oportunità li jagħmel differenza f 'numru ta' oqsma fejn li troxx il-flus mhux biżżejjed. CARMEL CACOPARDO Il-Baġit : lil hinn mill-€s Anthony Vella meta kien Maġistrat inkwerenti fil-każ tal-qtil ta' Caruana Galizia ma' Jason Azzopardi, il-'caption' inħalliha f 'idejkom u fl-imaġinazzjoni fertili tagħkom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018