Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat MATTHEW Guillaumier - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin u li f 'Awwissu li għadda rritorna fl-azzjoni wara xejn inqas minn disa' xhur nieqes minħabba injury. Propju fir-rebħa prestiġjuża u storika li riċentament it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena kiseb kontra l-Ungerija, kien Guillaumier innifsu li fetaħ l-iskor għall- Maltin u li witta t-triq għal din ir-rebħa Maltija. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa aktar dettaljata lejn il-karriera fl-isport li tant iħobb - il- futbol. "Id-debutt tiegħi mal-kbar tal-Luxol ġie fl-istaġun 2012/2013 kontra l-Gudja ta' 15-il sena fi draw ta' 1-1. Wara d-debutt tiegħi, mort barra minn Malta għal erba' xhur mal-Empoli fl-istaġun 2013/2014. F'Jannar 2014 ġejt lura u erġajt mal- Luxol, fejn bdejt nilgħab b'mod regolari mal-kbar fl-Ewwel Diviżjoni. F'dak l-istaġun lgħabt 11-il logħba fejn skorjajt żewġ gowls u spiċċajna fit-tielet post. F'dik is-sena, lgħabt fil- logħbiet kollha mat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena fil-Kampjonati Ewropej li ntlagħbu hawn Malta. L-istaġun 2014/2015 kien wieħed mill-isbaħ ta' ħajti għax minbarra li ġejna fit- tieni post u tlajna Premier, fejn skurjajt gowl f '21 logħba. Kelli ħafna kisbiet personali man-Nazzjonal f 'dik is-sena. Kont Captain tal-U17 ta' Malta fejn lgħabt il-logħbiet kollha, kif ukoll kont magħżul mal-u19 u mal-u21 ta' Malta fejn ukoll lgħabt il-logħbiet kollha. Mal-U19 skurjajt żewġ gowls kontra l-Isvizzera u Ġibiltà fit-tliet logħbiet li kellna. B'hekk sirt l-uniku plejer Malti li lagħab mal-U17, U19 u U21 ta' Malta fl- istess staġun. Id-debutt tiegħi mal-U21 kien kontra l-Moldova fi draw ta' 0-0 fil- 11 ta' Ġunju 2015, fejn kelli 17-il sena. Minbarra hekk, kellna tim żagħżugħ li kollha telgħu mill-akkademja tal-Luxol u l-atmosfera fid-dressing room kienet waħda sabiħa. Fl-istaġun 2015/2016 għamilt id-debutt tiegħi fil-Premier ta' 17-il sena kontra Valletta f 'telfa ta' 3-0. F'Novembru 2015 kont viċi-Captain tal-U19 ta' Malta fejn lgħabt il-logħbiet kollha. F'Jannar 2016, tintemm l-avventura tiegħi mal-Luxol u niffirma għal Birkirkara FC. Għamilt id- debutt tiegħi ma' Birkirkara kontra Valletta f 'rebħa tal- FA Trophy ta' 1-0, meta dħalt bħala sostitut, ta' 17-il sena. F'dak l-istaġun lgħabt 33 logħba u spiċċajna fit-tielet post kif ukoll ikkwalifikajna għall-Ewropa, kif ukoll kont għadni qed nilgħab regolari mal-U21 ta' Malta. Fis- sajf tal-2016 kelli l-ewwel esperjenza tiegħi fl-Ewropa fejn għamilt id- debutt tiegħi kontra Siroki Brijeg meta dħalt bħala sostitut fi draw ta' 1-1 ta' 18-il sena. L-iktar logħba speċjali għalija kienet dik kontra Hearts tal-Iskozja meta lgħabna hawn Malta għax kienet l-unika logħba li bdejt u lgħabt id-90 minuta, fejn ġejna draw ta' 0-0. Kontra l-istess Hearts 'away' irbaħna 2-1 fit-Tynecastle Stadium, fejn dħalt bħala sostitut, u sirna l-ewwel tim Malti li għadda għat-tielet rawnd tal- UEFA Europa League. Ġejna ma' Krasnodar tar-Russja, li huma tim li spiċċaw fil- kwarti tal-finali tal-istess kompetizzjoni matul dik is- sena. F'Ottubru ksirt rekord ieħor flimkien ma' sħabi tal-U21 hekk kif ġbarna 11-il punt, fejn bdejt tmienja minn għaxar logħbiet f 'dik l-edizzjoni. Xahar wara kont Captain tal-U19 ta' Malta fejn ukoll lgħabt il-logħbiet kollha. Fl-istaġun 2016/2017 skurjajt l-ewwel gowl tiegħi fil-Premier kontra Gżira United, f '21 partita u spiċċajna fit-tielet post iżda minħabba xi raġuni ma kkwalifikajniex għall-Ewropa. L-istaġun 2017/2018 kien wieħed diffiċli għax wara bidu tal- kampjonat pożittiv għalija fejn lgħabt disa' logħbiet u skurjajt żewġ gowls kif ukoll bdejna edizzjoni ġdida tal-U21 fejn bdejt il-logħob kollu, ksirt il-metatarsal tiegħi f 'injury li ħallietni barra għal disa' xhur. Weġġajt kontra Balzan, f 'logħba li għalija kienet waħda mill-aħjar logħbiet li qatt lgħabt, fejn ukoll skurjajt il-gowl tal-1- 0. Kien hemm ħafna kumplikazzjonijiet u għalhekk spiċċajt ma nilgħabx għal disa' xhur sħaħ, minbarra żewġ logħbiet li fihom erġajt weġġajt l-istess post, minflok ftit xhur kif suppost. Kelli operazzjoni f 'April li għadda u erġajt bdejt nilgħab f 'Awwissu meta beda l-istaġun 2018/2019. L-ewwel logħba kompetittiva tiegħi wara l-injury kienet kontra l-Belġju mal-U21s ta' Malta. L-ewwel logħba kompetittiva ma' Birkirkara kienet kontra Gżira United fejn dħalt bħala sostitut. Kontra l-Ungerija skurjajt l-ewwel gowl tiegħi mal-U21 u kien speċjali għalija għax fisser li reġgħet ġiet il-forma li kelli qabel l-injury. Minn hawn, nixtieq nirringrazzja ħafna lill- Kowċis li għenuni ħafna fil-karriera tiegħi, fosthom Wayne Attard, Danilo Doncic, Silvio Vella, Sergio Soldano u Paul Zammit fost oħrajn, għax mingħajrhom ma stajtx nagħmel dak li għamilt s'issa. Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi, sħabi u kull min għeni fil-karriera tiegħi. Irrid insemmi wkolll liz- ziju tiegħi Joseph Farrugia li huwa eżempju għal kull futboler u kien 'role model' għalija speċjalment meta kont għadni tiela' mal-kbar tal-Luxol fejn imbagħad spiċċajt nilgħab miegħu għal sentejn. L-għan tiegħi huwa li nkun mgħajjat u nilgħab mal-kbar tan-nazzjonal fil-futur kif ukoll li nkun regolari mat-tim tiegħi fil-Premier u niġġieldu għall-unuri u forsi fil-futur, nilgħab ukoll barra minn Malta." Jirritorna bil-kbir wara disa' xhur nieqes minħabba injury Ritratt - Donald Caruana Matthew Guillaumier jiskorja l-ewwel gowl kontra l-Ungerija Matthew Guillaumier f'Numri Dehriet: Premier League - 62(3 gowls) First Division - 32(2 gowls) UEFA Europa League - 5 FA Trophy - 5(2 gowls) Logħbiet Internazz- jonali: U21 - 16 U19 - 10 U17 - 12

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018