Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 "Kienet esperjenza tal-ġenn u li ma jien ħa ninsa qatt" - Diane Schembri minn Cristian Antony Muscat ILKICKBOXER Diane Schembri, li rrappreżentat lil Malta fir-Repubblika Ċeka, ħarġet rebbieħa fi ġlieda K1 kontra atleta mill-Polonja. Schembri ġġieledet f 'tournament prestiġjuż għan-nisa ssanzjonat mill-World Kickboxing Network (WKN), li għalih attendew il- President Stephan Cabrera u champions ta' fama mondjali bħal Ernesto Hoost. F'dan it-tournament Diane kienet fost tmien parteċipanti li kienu ġejjin mill-Ġermanja, il-Bożnija, Franza, il-Polonja, l-Italja, u naturalment mir- Repubblika Ċeka stess. Fl-ewwel ġlieda tagħha Schembri ffaċċjat atleta mill-Polonja b'iktar esperjenza. Filwaqt li l-atleta Maltija s'issa kkompetiet f '10 ġlidiet, l-atleta barranija kellha rekord ta' 25 ġlieda. Schembri iżda ma qatgħetx qalbha, u baqgħet tattakka tul il- bout biex ġiet iddikjarata rebbieħa. Wara li rebħet din il-ġlieda, Schembri mbagħad kellha tiffaċċja atleta Professjonali mir-Repubblika Ċeka. Minkejja li l-avversarju tagħha kellha rekord ta' 50 ġlieda, Schembri tat prestazzjoni tajba sal- aħħar, u fil-fatt għaddiet biex tilfet biss bil-punti. Fir-Repubblika Ċeka Schembri kienet akkumpanjata mill- kowċ tagħha, Master Noel Mercieca, li qal jinsab kburi ħafna bil-prestazzjoni ta' Schembri, li kompliet tagħmel unur lil Malta f 'dan l-isport. Min jixtieq iktar informazzjoni dwar it-taħriġ offrut mill- klabb Team Noel – Ying Yang jista' jagħmel kuntatt mal-Master Noel Mercieca fuq 79208283, iżur is-sit elettroniku http://www.kickboxing. com.mt/ jew inkella l-paġna ta' Facebook Team Noel – Kickboxing Malta. Propju fir-ritorn tagħha f 'Malta, l-ILLUM, tkellmet ma' Diane Schembri nnifisha fejn tatna iktar dettalji rigward din l-esperjenza unika u indimentikabbli għaliha fir-Repubblika Ċeka. Hija qalet li: "Kienet esperjenza tal- ġenn u li ma jien ħa ninsa qatt. Kien Show professjonali u kollox kien organizzat b'mod impekkabli. Ħassejtni onorata u kburija li rrapreżentajt li Malta u lil Team Noel, u li kont parti minn dan it-tournament tant prestiġjuż fost atleti semi-professjonali u professjonali minn madwar id-dinja fosthom Polonja, Italja, Franza, Slovakkja, Repubblika Ċeka u l-Bożnija. Qabel l-ewwel ġlieda, kelli eċitament kbir però kont kunfidenti li fir- ring kont ħa nitla' b'ruħi u ġismi biex nagħti dak kollu li ħdimt għalih. L-ewwel rebha kontra fighter mill-Polonja fissret ħafna għalija, sodisfazzjon kbir u ferħ indeskrivibbli li għamilt pass ieħor u li tellajna isem Malta aktar 'il fuq! Għalkemm wara l-ewwel ġlieda kelli injuries fix-shins, dawn ma żammewnix lura biex nerġa' nitla' fuq ir-ring u nagħti qalbi biex naffaċċja avversarja oħra - Tereza Dvorakova mir-Republika Ċeka (rebbieħa tal-edizzjoni ta' qabel tal-Girl Power Tournament), ta' livell professjonali b'aktar minn 50 ġlieda fosthom 30 ġlieda professjonali. Inħoss li f 'din il- ġlieda mort tajjeb ħafna għalkemm tlift bil- punti u fl-ebda mument ma ċedejt, anzi bqajt nattakka sal-aħħar. Ninsab kuntenta xorta, għax l-importanti li naf li għamilt ħilti kollha. Ovvjament dejjem hemm fejn nirranġaw biex għal li jmiss inkunu aħjar! Wara ftit jiem ta' mistrieħ, issa nerġgħu nkomplu nippreparaw għal li jmiss - il- Gladiators Fight Night li se tkun qed issir fl-10 ta' Novembru fil-Padiljun ta' Kordin, kontra l-Ingilterra. Bħas-soltu nirringrazzja lill-familja, ħbieb u sapporters kollha, lill-Master Noel Mercieca u lill-president tad-WKN ta' Malta, Kancho Adrian Axisa tal-ħidma kbira tagħhom għal dan l-isport u ta' din l-opportunità li tawni." minn Cristian Antony Muscat kkompetiet f '10 ġlidiet, klabb Team Noel – Ying professjonali minn 30 ġlieda professjonali.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018