Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum Tirbaħ 'The Grid' u ftit sigħat wara tieħu sehem -MAAA Road League minn Cristian Antony Muscat TARA Abdilla - fost l-aqwa trail runners f 'pajjiżna u rebħet l-edizzjoni ta' 'The Grid' f 'dak li għandu x'jaqsam sess femminili għat-tieni darba konsekuttiva. F'din l-intervista, Tara nnifisha, se tkun qed ittina aktar dettalji. Kemm kienet differenti din l-edizzjoni ta' 'The Grid' mill-ewwel waħda li rbaħt? Kienet isbaħ u / jew aktar diffiċli? Din l-edizzjoni isimha magħha, 'Sprint', għalhekk id-distanza hija iqsar. Dan ifisser li hija tellieqa aktar mgħaġġla u għalhekk fiha ħafna aktar intensità. Apparti dan, it- tnejn sibthom tal-istess livell. Però, nammetti li din id-darba kont aktar kalma u ħadt gost matul it-tellieqa kollha, mingħajr wisq inkwiet u biżà. X'tikkummenta fuq il-fatt li ftit sigħat wara 'The Grid' ħadt sehem f 'tellieqa oħra tal-MAAA Road League? Ir-Road League tal-MAAA hija serje ta' tlielaq prestiġjuża għalija. Il- fatt li ħabtet mal-Grid ġiegħlitni niddeċiedi li nipparteċipa fit-tnejn. Kif mort f 'din it- tellieqa tal-MAAA Road League? Ma kontx qed nippretendi wisq mit- tieni tellieqa. Però, b'xi mod ħassejtni pjuttost b'saħħti u rnexxieli nikeb ħin sodisfacenti - 30 sekonda biss 'il bogħod mill-aħjar ħin ta' dan l-istaġun. Kemm hu importanti dan il-Kampjoat tar- Road League għalik matul dan l-istaġun? Dan il-kampjonat huwa importanti għax fih jieħdu sehem l-aqwa atleti lokali. Din toħloq atmosfera tajba biex wieħed itejjeb il-ħin personali tiegħu. Il- kampjonat jaħdem b'sistema ta' punti għal kull tim u allura joffri ukoll spirtu ta' għaqda. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'The Grid u x'inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek? Bħalissa qed nipprepara għal tlielaq diversi. Għandi interess speċjali fil-'Malta International Challenge', tellieqa fuq tliet ijiem li tgħaqqad total ta' 42.2km. Eventwalment qed nistenna b'antiċipazzjoni il-Kampjonat tat-Trail. Aktar 'il quddiem għandi ppjanata wkoll OCR (obstacle course race) fl-Italja. Fir-rigward tal- Grid, nistenna b'ħerqa l-avveniment ta' Ġunju li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018