Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum Laburista hawn nies bla dar u fil-faqar' Unjoni Ewropea. Ix-xahar li għadda wkoll, l-MEP Laburista Alfred Sant ippropona żieda ġenerali ta' 5% fil-paga minima fl-Ewropa kollha. Il-paga minima f 'pajjiżna għandha tiżdied? X'jaħseb Meilaq? "Il-Gvern għamel xi ħaġa però nemmen li għandu lok fejn jagħmel aktar. Din għandha togħla għal tliet raġunijiet; l-ewwel nett l-ekonomija tiflaħ, it-tieni għaliex din iż-żieda se terġa' tistimula aktar tkabbir hekk kif tiżdied in-nefqa u fl-aħħar nett għaliex b'din iż-żieda tkun qed issir il-ġustizzja soċjali." Hu jkompli jispjega kif skontu, "it-tkabbir ekonomiku ġie rreġistrat bil-ħidma kollettiva tal- ħaddiema u mhux bix- xogħol ta' persuna waħda. Għalhekk il-ħaddiema jridu jieħdu l-biċċa tagħhom." Apparti minn hekk, Meilaq hu tal-opinjoni li l-paga minima għandha ssir daqs il-living wage, propju kif kien għamel l-eks Mexxej Laburista Duminku Mintoff. Joseph Muscat u Duminku Mintoff huma politiċi identiċi? Ovvjament b'żewġ rebħiet elettorali storiċi, fost affarijiet oħra, Joseph Muscat laħaq stima politika li ftit mexxejja tal-Partit Laburista rnexxielhom igawdu minnha u għalhekk sikwit jiġi mxebbah bħala t-'Tieni Salvatur ta' Malta' però dan il-paragun bejn Mintoff u Muscat hu validu? Meilaq jgħid li, "il-linja politika tagħhom mhux l-istess, żgur ma kinux jaqblu fuq il-pożizzjoni ta' Malta eżempju fir-rigward tal-Libja u b'mod aktar reċenti tal-Veneżwela, ma tistax tpoġġihom bħala żewġ mexxejja identiċi. Apparti minn hekk ir- rebħiet elettorali li għamel Muscat qabżu fid-daqs ta' Mintoff, imma naħseb Muscat għadu ma laħaqx il-livell ta' politika soċjali ta' Mintoff." 'Jidher biċ-ċar li t-Tarzna ngħalqet bi skop politiku' It-Tarzna kif kien jafha Meilaq inbidlet għalkollox meta tlesta l-proċess ta' privatizzazzjoni. Dak iż-żmien ma kinux saru xi dimostrazzjonijiet minn ħaddiema oħra għalihom. Kien qiegħed jistenna azzjoni kotrana tal-ħaddiema fir-rigward tagħhom, ġaladarba issa kienu huma li fil-bżonn? Meilaq jgħid li, "aħna qbiżna għal ħaddiema oħra għaliex konna akbar minnhom u kellna s-saħħa biex nagħmlu dan, ma tistax tiddependi fuq iż-żgħir biex isalva lill-kbir." Minkejja dan hu jisħaq li, "dan ma kienx l-akbar fattur però fl-għeluq tal- istorja tat-Tarzna għaliex illum jidher biċ-ċar li t-Tarzna ngħalqet bi skop politiku. Kien hemm telf ikkaġunat bis-sitwazzjoni tas-suq però, bil-miżuri li ttieħdu mill-ħaddiema it-tiswija kienet saret profitabbli iżda minflok it-Tarzna b'pożizzjoni strateġika eċċellenti għaddiet għand Palumbo, Tarzna tat-tielet diviżjoni." Sammy Meilaq Duminku Mintoff u Sammy Meilaq: Kull dritt miżmum - BDL Books

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19