Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Sa minn meta kont żgħir kont naffaxxina ruħi b'dan l-isport. Missieri kien jilgħab il-futbol mat-tim nazzjonali tas-Senegal. Kont immur narah jilgħab. Stajt nara kemm kien kburi meta kien jilbes il-flokk tat-tim nazzjonali. Huwa għalhekk li jien trabbejt fl-ambjent tal-futbol. Int għamilt żmien tilgħab fis-Serie B ma' Verona. Xi tgħidli dwar din l-esperjenza? Kienet esperjenza mill-aqwa nkun ma' tim tas-Serie B Taljana. Kelli wkoll esperjenza fis-Serie C ma' Monza fejn kelli staġun tajjeb. Kelli wkoll kuntatti sabiex immur nilgħab ma' Bari, Cagliari u Chievo Verona. Iżda kont għadni żgħir u ma xtaqtx inkun 'il bogħod mill-familja. Issa Chievo riduni bis-sewwa jew bid-dnewwa. Fl-aħħar mill-aħħar spiċċajt iffirmajt magħhom kuntratt ta' erba' snin. Kif ġejt Malta? Meta kont ma' Chievo weġġajt u domt ħafna barra mil-logħob. B'kollox domt sitt xhur u ma kinitx xi ħaġa faċli li ngħaddi dawk iż-żminijiet mingħajr futbol. Ridt nerġa' nilgħab. Il-problema li Chievo ġabu xi plejers oħra anke għax riedu sostitut minfloki. Dak iż-żmien huma kellhom skwadra ta' madwar 40 plejer. Kienet problema kbira li nsib fejn nilgħab minħabba li posti ħaduhuli. Kien għalhekk li l-president ta' Floriana; Riccardo Gaucci, ikkuntattjani għax xtaqni niġi nilgħab f 'Malta. Fil-fatt ingħaqadt ma' Floriana, tim ambizzjuż li dejjem irid ikun mat-timijiet ta' quddiem. Kienet esperjenza mill-aqwa. Kif tiddeskrivi lil Giovanni Tedesco li dak iż-żmien kien fit-tmun ta' Floriana? Giovanni Tedesco huwa kowċ tajjeb ħafna li jimxi bi professjonalità liema bħalha. Mal-ewwel ħassejtni komdu. Għandu mentalità professjonali u kompetittiva. Kienu sentejn tajbin ferm li qattajt miegħu. Il-fatt li kien jitkellem it-Taljan għeni sabiex nambjenta ruħi malajr. Fiż-żmien meta kont tilgħab ma' Floriana kont narak xi ftit nervuż u spiss kont tiġi ammonit jew saħansitra titkeċċa. X'kien il-fattur għal dan kollu? Dan huwa l-karattru tiegħi. Dejjem irrid nirbaħ u din il-mentalità xi kultant iġiegħlni nesaġera daqsxejn. Madankollu meta tikber timmatura u tħoss li jekk int titkeċċa ser tkun qed tħalli lil sħabek bi plejer inqas. Din mhux xi ħaġa sabiħa u għalhekk li dan l-aħħar sirt nikkontrolla ħafna l-emozzjonijiet tiegħi. Issa min jafni bħala persuna minn barra jarani differenti. Illum il-ġurnata sirt aktar kalm u ninsab kuntent li wasalt għal dan kollu. Taħseb li l-ambjent fi ħdan Gżira United FC għenek sabiex tkun iktar kalm? Ifhem kif għedtlek issa bdejt nimmatura. L-ogħla awtoritajiet tal-klabb tawni responsabbiltà. Il- president u anke l-kowċ jixtiquni nkun kalm u li nilgħab b'rasi aktar milli b'qalbi. Din l-istess responsabbilta' qed tgħinni sabiex ma niddiżappuntax lil sħabi. Apparti minn hekk jien irrid inkun hemm għat-tim u għal sħabi u dan kollu jġegħelni nkun kburi bija nnifsi. Kemm jgħinuk il-president Sharlon Pace u l-kowċ Darren Abdilla? L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-President Sharlon Pace għax tani opportunità nilgħab ma' Gżira. Ħafna minn sħabi għenuni nambjenta ruħi malajr. Dan il-fattur għalija kien importanti. Huma ħeġġuni biex nilgħab u niddeverti mingħajr pressjoni. Naħseb li din hi s-saħħa u l-qawwa li għandna bħala tim. Jidher li qed tingwalaha sew ma' Haruna Garba fl-attakk tal-Maroons. Iva, jien u Haruna niftehmu sew. Dan tal-aħħar huwa plejer importanti ħafna li fiżikament huwa ferm b'saħħtu. Apparti minn hekk huwa plejer li kull tim jixtieq li jkollu. Semmejna l-attakk. Ftit tal-jiem ilu tliftu lil Jorginho. Kif qed tħossukom s'issa mingħajru? Ifhem jien ħassejtni xi ftit imdejjaq għax konna ħbieb sew jien u hu. Jorginho għamel l-aħjar li seta' ma' Gżira United u huwa plejer li kapaċi jagħmel id-differenza. Taħseb li Gżira jistgħu jirbħu l-kampjonat? Din hija domanda veru partikolari. Aħna qed nilagħbu logħba wara l-oħra u qed nieħdu kollox pass pass. Aħna m'għandniex pressjoni u fuq kollox fl- aħħar tal-kampjonat wieħed irid jara x'se jiġri. Hemmhekk imbagħad isiru l-kontijiet veri! X'tiftakar minn dik il-partita misħuta kontra Valletta meta int kont weġġajt? Kienet xi ħaġa vera kerha dik li ġratli kontra Valletta. Aħna bħala tim ridna npoġġu lill-avversarji tagħna f 'diffikultà u sa ċertu punt irnexxielna. Imbagħad wasal il-mument xejn sabiħ meta jien weġġajt. Dawn huma affarijiet li jiġru fil-futbol. Madankollu l-iktar ħaġa li tatni fastidju kien li ħadd mill-avversarji ma ta daqshekk kas ta' dak li ġara. B'xorti tajba bil- mod il-mod qed nirkupra. Taħseb li jirnexxielek tirritorna dax-xahar? Issa naraw! Jien bdejt nitħarreġ ftit ftit u beħsiebni nkun disponibbli għat-tim meta jiġi bżonni. Bħalissa qed nagħmel ħafna terapija fiżika u gym bit-tama li nirkupra għax-xahar id-dieħel. Kif għextu dan iż-żmien? 'Kien żmien diffiċli iżda lest li Cristian Antony Muscat Amadou Samb - fost l-aqwa plejers barranin li jimmilitaw l-Kampjonat BOV Premier li f 'Diċembru li għadda sofra minn injury kerha kontra Valletta, iżda huwa lest biex matul dan ix-xahar stess, jirritorna -azzjoni bil-kbir bil-okk ta' Gżira United. Kienet xi ħaġa vera kerha dik li ġratli kontra Valletta. Aħna bħala tim ridna npoġġu lill- avversarji tagħna f 'diffikultà u sa ċertu punt irnexxielna. Imbagħad wasal il-mument xejn sabiħ meta jien weġġajt. Dawn huma affarijiet li jiġru fil- futbol. Madankollu l-iktar ħaġa li tatni fastidju kien li ħadd mill-avversarji ma ta daqshekk kas ta' dak li ġara. B'xorti tajba bil-mod il-mod qed nirkupra. Il-partitarji ta' Gżira huma partitarji mill-aqwa. Huma ħadu ħsiebi mal-ewwel u tawni ħafna sapport. Nitkellem ħafna magħhom u huma jirrispettawni. Qed nagħmlu affarijiet kbar u ktibna l-istorja tal-Gżira. Dan kollu huwa rigal lill- partitarji tagħna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19