Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet F'AWWISSU li għadda, beda x-xogħol fuq proġett mifrux fit-toroq ewlenin ta' Malta, fejn il-bozoz fit-toroq se jkunu qed jinbidlu għal bozoz LEDs, u dan bl-għan li jitnaqqas il-konsum tal- enerġija b'madwar 50% u 60%. Il-bozoz se jkunu qed jagħtu dehra ġdida lit-toroq fl-ibliet u fl-irħula Maltin, waqt li f 'postijiet storiċi bħall-Imdina u s-swar mal-madwar, se jkunu qegħdin jitwaħħlu bozoz adattati biex ikomplu jikkumplimetaw is-sbuħija tal- istess postijiet. Dan il-proġett qed isir permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea u se jkun qed jiswa mal-€1,200,000. Il-bdil tal-bozoz beda f 'Awwissu li għadda, u sa issa, diġà nbidlu madwar 3,000 bozza. Il-proġett mistenni jitlesta sa nofs din is-sena. L-Inġinier Charles Buttigieg mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma spjega li d-dwal il-ġodda jirriżultaw mhux biss fi tnaqqis konsiderevoli fl-enerġija iżda se jfisser 640 tunnellata ta' dijossidu tal-karbonju inqas fl-arja. Apparti minn hekk, kompla jispjega l-inġinier, il-bozoz b'dawl abjad joffru aktar sigurtà fit-toroq għaliex jagħtu viżibilità aħjar lis-sewwieqa. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Joe Mizzi, f 'kummenti mal- Gazzetta ILLUM, qal li l-bozoz huma ferm aktar effiċjenti minn dawk eżistenti u huma wkoll aħjar għall-ambjent. "Dan ifisser li se jkun hemm tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. Il-bozoz LED ser joffru servizz aħjar lill-pubbliku għax iservu għal diversi snin. Barra minn hekk, il-bozoz LED mhux biss ser ikunu qed jgħinu fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija iżda se jaħdmu b'sistema awtomatika fejn il- bozza ddawwal skont il-ħinijiet tal-ġurnata, anke ma' nżul u tlugħ ix-xemx," kompla jispjega l-Ministru. Fil-fatt, is-sistema se tkun qed taħdem billi fil-bidu tal-lejl, il-bozoz jinxtegħlu bil-qawwa kollha tagħhom u jitbaxxew mal-ħin sa tlugħ ix-xemx. illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Qormi Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech (previously "St Helen Pharmacy"), Birkirkara Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Principessa Margerita, Ta' Xbiex Krypton Pharmacy, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi Stella Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Balzan Santa Margherita Pharmacy, Vjal il- Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Mosta Brown's Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier (previously "Karizia Drugstore"), Mellieħa Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien Brown's Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi (previously "Kalkara Pharmacy"), Kalkara Fgura Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura Green Cross Pharmacy, 31, Misraħ Gregorio Bonnici, Żejtun Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi Spiżerija Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Batu Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imgarr, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 7˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR Ħafif L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 7˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li gradwalment idur mill- Punent Majjistru u jonqos għal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir ħafif agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-bozoz fit-toroq ewlenin se jinbidlu kollha f 'LEDs SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Madwar 40,000 bozza se jkunu qed jinqalbu għal dawk LEDs, liema proġett se jfi sser konsum inqas ta' elettriku u arja aktar nadifa Ħaddiema jbiddlu l-bozoz fit-toroq ewlenin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19