Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum Minn Yendrick Cioffi BLA dubju l-aħbar l-aktar li spikkat din il-ġimgħa kienet dik li implikat lid-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd, Andreina Fenech Farrugia, f 'negozju illegali ta' sajd tat-tonn fil-Mediterran, allegazzjonijiet li waslu lill-Ministeru għall- Ambjent biex jissospendiha immedjatament. Isem Fenech Farrugia ħareġ minn investigazzjoni li saret mill-Pulizija Spanjola, 'Operation Tarantella,' u li s-sena li għaddiet wasslet għall-arrest ta' 79 persuna, wara rejd fuq il-bejgħ ta' 80,000kg ta' tonn maqbud illegalment u li kien ġej minn Malta u l-Italja. Dak iż-żmien, l-ebda uffiċjal Malti ma kien implikat, sakemm din il- ġimgħa, is-sit tal-aħbarijiet Spanjol 'El Confidential,' ippubblika traskrizzjonijiet ta' telefonati li allegatament saru bejn Fenech Farrugia u José Fuentes García. Fuentes huwa suspettat li huwa responsabbli minn dan in-negozju illegali tat-tonn li jħallaq il-valur ta' madwar €25 miljun. Fuentes għandu kumpanija sussidjarja f 'Malta bl-isem ta' Mare Blue Fishing. Qed ikun allegat li Fenech Farrugia użat il-pożizzjoni tagħha biex tirregolarizza l-qbid illegali tat-tonn, biex imbagħad dan ikun esportat lejn il-Ġappun, Spanja u l-Istati Uniti. Qed ikun allegat li Fenech Farrugia kienet qed tixxaħħam minn dan in-negozju. Aħbarijiet Mit-tonn sal-linja tal-mowbajl Spanjola…x'nafu s'issa? Investigazzjoni Spanjola timplika lid-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd (issa sospiża) f 'negozji ille- gali tat-tonn. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak żvelat… X'intqal waqt it-telefonati? Skont it-traskrizzjonijiet, kien hemm diversi telefonati bejn Fenech Farrugia u Fuentes. 20 ta' Ġunju 2018: Fenech Farrugia tgħid lil Fuentes: "Qiegħda l-Bulgarija għalik, trid tħallasni għax hawn laqgħa u qiegħda mad-direttur ġenerali (tas-sajd) ta' Brussell." Traskrizzjonijiet oħra juru ċertu familjarità li allegatament teżisti bejn Fenech Farrugia u Fuentes. 15 ta' Ġunju 2018: Fuentes isejjaħ lil Fenech Farrugia "sabiħa" u hi, allegatament, twieġeb: "id-dinja kollha tridni." Fuentes jgħidilha li għandha bżonn "massage tajjeb" u dan wara li lmentat li qed juġgħaha daharha. Fenech Farrugia twissi wkoll lil Fuentes biex joqgħod attent kif jirrapporta l-affarijiet biex "Fish & Fish ma jgħidu xejn." Fish & Fish huwa operatur ieħor tat-tonn f 'Malta. Mhux magħruf għaliex qaltlu hekk. Tgħidlu wkoll biex ma jitkellem ma' ħadd, lanqas ma ċertu Giovanni, għax skont it-traskrizzjonijiet, ma kinitx tafdah wisq. It-traskrizzjonijiet jgħidu wkoll li t-tnejn tkellmu wkoll biex jagħmlu pressjoni fuq politiċi. 24 ta' Ġunju 2018: Fuentes jinforma lil Fenech Farrugia li kien ġej Malta biex jiltaqa' mal-Ministru. Hi tinfurmah li l-affarijiet bdew jiċċaqalqu u tistaqsih jekk hux se jqatta' l-ġurnata kollha mal-Ministru. 25 ta' Ġunju 2018: Fuentes iċemplilha biex jinfurmaha li kien se jasal Malta u jistaqsiha jekk tixtieqx tiekol miegħu. Hi allegatament tinsisti li ma jistgħux jidhru flimkien. Aktar tard, tissuġġerixxi li tiltaqa' miegħu fil- lukanda fil-11pm jew fis-6am, l-għada filgħodu. Skont l-istess traskrizzjonijiet, darba minnhom Fuentes saħansitra kien talab lil Fenech Farrugia biex iżżid il-kwota għall-kumpanija tieħu, minn 3,000 għal 4,000 tunnelleta. Kif qed twieġeb Fenech Farrugia? F'ittra pjuttost twila mibgħuta lil MaltaToday, Fenech Farrugia, ċaħdet li kienet qed tixxaħħam u qalet li b'mod leġittimu kienet qed titlob il-ħlas lil dawk il-kumpaniji li jitolbuha żżid il-kwoti. Tgħid li kien "perfettament ovvju" li pagamenti uffiċjali għal aktar kwoti, skont il-liġi, kellhom jiġu indirizzati lilha bħala d-direttur. Fl-istess ittra tiżvela wkoll li hi kienet mistoqsija minn Maġistrat Malti li qed imexxi inkjesta dwar allegat operat illegali mill-operatur Spanjol. "Għal xhur ma kelli l-ebda problema li nikkopera mal- awtoritajiet, li nipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba," saħqet Fenech Farrugia waqt li nsistiet li hekk se tkompli tagħmel. Tistaqsi għalfejn hi ma kinitx investigata f 'investigazzjoni li ilha għaddejja u li tinkludi għexieren ta' operaturi, individwi, kumpaniji u entitajiet, inkluż uħud Maltin. U dwar it-telefonati? Fenech Farrugia ma tiċħadx li kellha konverżazzjonijiet ma' Fuentes u tgħid li huwa normali li fil-pożizzjoni tagħha żżomm kuntatt kontinwu mal-operaturi kollha. Tgħid ukoll li kemm-il darba ordnat li jittieħdu passi kontra Fuentes wara li kiser regolamenti. Kif wieġbet dwar it-traskrizzjonijiet? Fenech Farrugia qalet li dawn huma "sommarji" ta' allegati telefonati. Tgħid li dawn mhux traskrizzjonijiet kelma b'kelma iżda verżjonijiet imqassra li setgħu kienu miżinterpretati u meħuda barra mill-kuntest. Saħansitra nsistiet li l-lingwa Spanjola użata f 'dawn it-traskrizzjonijiet hija "fqira" u dan seta' wassal għall-miżinterpretazzjoni. U dwar il-linja Spanjola? X'qalet? Fenech Farrugia falliet milli tispjega kif kienet tuża linja rreġistrata fuq il- kumpanija ta' Fuentes. Linja Spanjola għal Fenech Farrugia u 'mowbajl sigur' għal Fuentes L-investigaturi Spanjoli waslu għal Fenech Farrugia meta investigaw mowbajl ieħor li kellu Fuentes. Iżda l-aktar ħaġa li qajmet suspett kien il-fatt li Fenech Farrugia kienet tuża linja Spanjola rreġistrata fuq il- kumpanija ta' Fuentes, Ricardo Fuentes e Hijos. Jidher ukoll li l-uniċi telefonati li saru fuq il-linja Spanjola ta' Fenech Farrugia kienu mit- tieni mowbajl ta' Fuentes, liema mowbajl kien jużah biss għal telefonati "kunfidenzjali." Kif wieġbu l-awtoritajiet? Malli ħarġet l-aħbar, il- Ministeru għall-Ambjent qal li ilha żmien għaddejja investigazzjoni u anke inkjesta Maġisterjali dwar l-allegazzjonijiet ta' illegalità mill-kumpanija Spanjola f 'Malta. Qal ukoll li wara l-aħħar allegazzjonijiet, il- Pulizija involviet lill-Europol biex tirċievi informazzjoni minn Spanja dwar l-investigazzjonijiet. Min-naħa tiegħu, is- Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sajd, Clint Camilleri, qal li Malta se tkun qed tikkollabora bis-sħiħ f 'din l-investigazzjoni fl-aħjar interess tas-settur tas-sajd u l-akwakultura. Il-Pulizija saħqu li malli ħarġu l-allegazzjonijiet is-sena li għaddiet, mill-ewwel bdiet tinvestiga u għamlet kuntatt mal-awtoritajiet Spanjoli fejn tim investigattiv saħansitra tela' Madrid. Waħda mit-traskrizzjonijiet tat-telefonati Parti mill-ittra li fiha Fenech Farrugia tiċħad l-allegazzjonijiet Adreina Fenech Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19