Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 Minn Yendrick Cioffi ISSAJJIED Xlukkajr Martin Caruana rċieva t-tieni kontro-protest għall-protest ġudizzjarju li ressaq kontra Transport Malta, il-Pulizija u d-Dipartiment tas-Sajd wara li fi kliemu ħadulu l-luzzu minn fuq skal f 'Marsaxlokk. Il-gazzetta ILLUM ilha ssegwi l-istorja ta' Martin Caruana minn Ottubru tas- sena li għaddiet. Is-sajjied anzjan kien tella' l-luzzu, bl-għajnuna tal-persuna responsabbli mid-Dipartiment tas-Sajd biex topera l-winċ, fuq wieħed mill-iskalin (rampa li tagħti għall-baħar minn fejn jittellgħu u jitniżżlu d-dgħajjes) biex ikun jista' jagħmel fuqu xi xogħlijiet ta' manutenzjoni. Fuq dan l-iskal ma kien hemm l-ebda avviż li juri li fi ftit tal-jiem wara kellhom jibdew ix-xogħlijiet fuqu. Meta Caruana kien laħaq qaxxar il-luzzu, twil 30 pied u ma kellu mkien fejn jieħdu, avżawh biex ineħħih. Meta naqas milli jagħmel dan, ikkonfiskawlu l-luzzu. Is-sajjied, b'qalbu maqsuma, irrakkonta ma' din il-gazzetta kif waqt it-traġitt saret ħafna ħsara lil-luzzu u anke minħabba l-mod kif qed jinżamm. Dan kien ikkonfermat ukoll minn kumpanija indipendenti li qabbad l-istess Caruana. Fil-fatt, fil-protest ġudizzjarju huwa qed jakkuża lit-tliet awtoritajiet li aġġixxew b'mod abbużiv u qed jitlobhom iħallsu għad- danni. Kif wieġbu l-Pulizija u d-Dipartiment tas-Sajd? Madanakollu, f 'kontro- protest, kemm il-Pulizija u anke d-Dipartiment tas- Sajd u l-Akwakultura ħaslu jdejhom minn dan il-każ. Il- Kummissarju tal-Pulizija qed jisħaq li l-preżenza tal-Pulizija waqt l-ikkonfiskar kienet rikjesta minn Transport Malta għaż-żamma tal-ordni. Id-Dipartiment tas-Sajd saħaq li hu ma ħareġ l-ebda ordni għat-tneħħija tal- imsemmi luzzu u insista li t-tiswijiet u x-xogħlijiet fuq l-iskalin ma jaqgħux taħt ir- responsabbilità tiegħu. Dawn iż-żewġ awtoritajiet qed jisħqu li s-sajjied ma għandux fuq xiex jieħu passi ulterjuri kontrihom. Is-sajjied qed jisħaq li l-Ispettur tal-Pulizija li kien għamel kuntatt miegħu fl- ebda ħin ma qallu meta kienu se jirmonkawlu l-luzzu, anke jekk sa ftit sigħat qabel kien tkellem mal-istess spettur. Caruana għalfejn ma kienx neħħa l-luzzu? Caruana kien spjega lill- awtoritajiet li ġaladarba kien laħaq qaxxar il-luzzu ma setax iniżżel il-luzzu l-baħar u li ż-żewġ krejns tal-Hard Standing Facility ma kinux qed jaħdmu għax kien qed isir xi xogħol fuqhom. Minkejja dan, il-luzzu ġie kkonfiskat u minn dakinhar qed jinżamm fi Flagstone Wharf fil-Marsa. Din il-gazzetta kienet rat ukoll emails li kien bagħat l-istess Caruana lil Transport Malta biex sakemm ilesti, fi żmien tliet ġimgħat, jilħqu jibdew jaħdmu fuq skalin oħra li kellhom bżonn ħafna aktar xogħol, anke għax dan l-iskal kienu għadhom kemm saru xogħlijiet fuqu. Madanakollu, perit, filwaqt li kkonfermat li l-intervent kien se jkun minimu, qaltlu li l-kuntrattur għandu bżonn jibda jaħdem fuq dan l-iskal biex meta jasal jaħdem fuq l-iskalin fejn ix-xogħol huwa aktar kumpless, ikollu s-sistema ta' kif se jaħdem diġà stabbilita. Is-sajjied jista' jispiċċa bla luzzu Min-naħa tagħha, l-Awtorità Maltija għat-Trasport, fil- kontro-protest li ressqet ftit tal-ġimgħat ilu qed tisħaq li l-allegazzjonijiet ta' Caruana huma kompletament infondati u li l-Awtorità Maltija għat-Trasport assolutament mhijiex responsabbli għad-danni u li l-aġir tagħha kien wieħed korrett u skont il-liġi. Qed titlob ukoll lill-Qorti biex tordna lis-sajjied iħallas dak kollu dovut lilha kif intalab jagħmel diversi drabi. Din il-gazzetta kienet irrapportat kif Caruana, fil-21 ta' Novembru, irċieva ittra mingħand l-istess Awtorità biex iħallas is-somma ta' €2,035 biex ikopri l-ispejjeż għall-irmonk u t-trasport tal-luzzu. Caruana kien imwissi li jekk ma jħallasx, Transport Malta kienet se tgħaddi biex tinforza dan il-ħlas, kif ukoll il-ħlas ta' €15 għal kull jum li l-luzzu jdum miżmum. Wissietu wkoll li jekk ma jħallasx, il-luzzu se jinbiegħ bl-irkant biex jinġabar il-ħlas. Il-Pulizija u d-Dipartiment tas-Sajd jaħslu jdejhom mill-każ tas-sajjied li spiċċa bla luzzu STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – Mejju 2019 Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u Persuni għall-Għadd tal-Voti Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa' applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li se jsiru s-Sibt, 25 ta' Mejju, 2019. Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta' struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar Minn nhar: it-Tnejn 18 sal-Ġimgħa 22 ta' Frar Bejn: it-3.00 pm u t-8.00 pm U nhar: is-Sibt 23 ta' Frar Bejn: it-8.00 am u s-1.00 pm L-applikanti għandhom jippreżentaw il-karta tal-identita'. Residenti Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita', 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fl-istess ġranet u ħinijiet jew mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali: https://electoral.gov.mt/Elections/ApplicationForms www.electoral.gov.mt Il-gazzetta ILLUM tkompli ssegwi l-każ tas-sajjied Xlukkajr li ilu erba' xhur ma jistax jipprattika d-delizzju tiegħu għax ikkonfi skawlu l-luzzu. Il-luzzu ta' Martin Caruana ftit qabel ma ġie kkonfiskat Martin Caruana

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19