Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988
Sports 31 Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum Kien żmien xi ftit negattiv. Veru li kelli l-istess tip ta' injury fil-passat. Anzi l-ewwel darba kien żmien ikreh minn dan. Issa li kelli ngħaddi mill-istess esperjenza naf x'inhuma l-affarijiet li rrid ngħaddi minnhom. B'xorti tajba jien bniedem li nemmen f 'Alla u Hu jagħtini s-saħħa biex nemmen u naħseb fil-pożittiv. Ma' Gżira int qed tilgħab fi rwol differenti minn dak li kont tilgħab ma' Floriana. Għaliex? Kien il-kowċ Darren Abdilla li tani dan ir-rwol tant importanti li nilgħab b'mod liberu fin-naħat kollha tal-attakk. Naħseb li qed niddeverti fil-logħob tiegħi u dan jistgħu jixhduh il-wirjiet li qed nagħti. Taħseb li kapaċi tkun l-aqwa skorer tal-kampjonat? Kif għedtlek jien iktar nixtieq li nirbaħ b'mod kollettiv bħala tim milli b'mod individwali. Jien m'għandi xejn x'nuri hawn Malta għax magħruf biżżejjed. Minkejja kollox waħdi ma nista' nagħmel xejn. Għandi bżonn l-għajnuna ta' sħabi. B'hekk ngħidlek li ma tantx inħares lejn dawn l-unuri personali. X'taħseb dwar il-livell tal-futbol Malti jekk nikkumparawh mal- futbol Taljan? Il-livell huwa ferm differenti. L-Italja tgħix il-professjonalità mija fil-mija. Huwa normali li jkun hawn differenza bejn iż-żewġ kampjonati tal-pajjiż. Madankollu l-futbol Malti għamel pass 'il quddiem. Għad fadal xi jsir m'hemmx dubju iżda mixjin bil-mod il-mod. B'kuntrast ta' dan fl-Italja int taħseb u tgħix il-futbol minn filgħodu sa filgħaxija. Kif plejer tal-livell tiegħek ma jerġax ikollu l-opportunità li jilgħab fis-Serie B Taljana? Ħa ngħidlek, ninsab għal qalbi Malta. Kelli xi offerti mill-Italja iżda bqajt f 'Malta. Nixtieq inkompli għaddej b'dan l-istil ta' ħajja. Inħossni li qed ngħix il-futbol u qed noqgħod lura mid-divertiment. B'hekk inħossni wkoll li qed ngħix il-ħajja professjonali. X'inhu l-livell tal-istadiums f 'Malta? Qed nadatta sew għal dawn il- grawnds. Il-klima ta' Malta hi ferm differenti minn dik tal-Italja. Fis- sintetiku drajt nilgħab. Minkejja kollox fl-Italja ġieli tħarriġt fi grawnds mimlija silġ. Il-grawnd sintetiku ftit jgħin lill-plejers iżda trid titgħallem tadatta. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim? Ma tagħmillix differenza kbira. Naħseb li tajjeb. Iżda ma taħsibx li fil-kampjonat Premier hemm timijiet li huma xi ftit inferjuri għall-oħrajn? Ma tantx nista' ngħidlek ħafna dwar dan is-suġġett. F'Malta jien lgħabt ma' Floriana u Gżira jiġifieri ma nafx ħafna fuq it-timijiet oħra. Li nista' ngħidlek madankollu hu li Gżira huma rispettati mit-timijiet il-kbar tal-Premier. X'taħseb li jista' jkun il-futur ta' Amadou Samb? Bħalissa jien marbut ma' Gżira United. Ma tantx noqgħod naħseb wisq fuq il-futur. Li nixtieq biss hu li nerġa' nilgħab fil-livelli kompetittivi li mdorri bihom u fuq kollox li jgħaddili għalkollox. Taqbel mar-regola ta' 11-il barrani fil-Premier? Jien għalija ma naqbel xejn. Inkella għalfejn qed jitħarrġu ż-żgħażagħ Maltin? Issa terġa' u tgħid hemm diversi plejers żgħażagħ Maltin li qed jispikkaw. Jekk int tpoġġi ħafna barranin ikun ifisser li m'għandekx fiduċja fiż-żgħażagħ. X'messaġġ tixtieq tgħaddi lill- partitarji ta' Gżira? Il-partitarji ta' Gżira huma partitarji mill-aqwa. Huma ħadu ħsiebi mal-ewwel u tawni ħafna sapport. Nitkellem ħafna magħhom u huma jirrispettawni. Qed nagħmlu affarijiet kbar u ktibna l-istorja tal-Gżira. Dan kollu huwa rigal lill-partitarji tagħna. li nirritorna fl-azzjoni bil-kbir' Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw l-Kampjonat BOV Premier. F'Diċembru li għadda sofra minn injury kerha kontra Valletta, iżda huwa lest biex matul dan ix-xahar stess, jirritorna -azzjoni bil-kbir bil-okk ta' Gżira United. Jista' jitqies bħala magna tal-gowls għall-Maroons. Fil-passat riċenti, lagħab ukoll ma' Floriana FC. AMADOU SAMB