Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988
19 Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Il-każ skandaluż ta' Andreina Fenech Farrugia NISTGĦU ngħidu u naqraw kemm irridu - imma l-fatti huma sagri, inkjesta interna li saret fl-2016 dwar allegazzjonijiet fuq il-kwoti tat-tonn ma wasslitx lill-investigaturi biex jindunaw x'kien qed jiġri. U jekk indunaw żvijaw lil xi ħadd... jew inkella infurmaw lill-politiċi u dawn ma għamlu xejn. Li żgur kien qiegħed jiġri hu li l-kumpanija li hija ta' Spanjoli kienet qed tiġi aġevolata. Ma tridx tkun għaref biex tinduna li wara dak li nafu; Andreina Fenech Farrugia żgur ma kinitx qed taħdem biex tfixkel lil dawn il-barranin. Minn investigazzjoni li saret fl-2016, jidher li Mare Blu, li hija ta' ċertu Fuentes, ħadmet fil-qrib ma' Fenech Farrugia. Tant hu hekk li apparti li taha mowbajl b'linja Spanjola, kien hemm diskors ċar dwar pagamenti. Kien hemm diskors li jikxef ukoll il-ħbieberija intima ta' bejniethom. Andreina kienet f 'pożizzjoni importanti li tiddeċiedi jew ħa ngħidu ma tfixkilx il-Fuentes. Dan kollu jidher li seħħ. Mill-investigazzjonijiet interni li saru fl-2016, jidher ċar li Mare Blu kellhom biċċa mill- kejk mhux ħażin. Ħareġ ukoll li permezz tal- kwoti tat-tonn, kellhom vantaġġ monetarju ta' €10 miljun fuq l-oħrajn, kumbinazzjoni l-oħrajn huma kumpaniji Maltin. Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq flejjes żgħar. Andreina Fenech Farrugia kellha wkoll influwenza fuq id- deċiżjonijiet marbuta ma' dgħajjes tas-sajd u f 'dan ir-rigward kienet attirat l-attenzjoni ta' investigazzjonijiet min- naħa tal-Pulizija. Il-mistoqsija tal-ILLUM hija waħda ċara. Għaliex il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari responsabbli ma ndunawx b'dan kollu? U għaliex ma ħadux deċiżjoni ċara? Għaliex wara li Andreina Fenech Farrugia kienet mitluba li ma tibqax f 'postha f 'amministrazzjoni Nazzjonalista ġiet mitluba biex tkun Direttur Ġenerali fl-2013 taħt amministrazzjoni Laburista? U jekk kienet taħt xi forma ta' sorvjelanza, għaliex il-Pulizija jew entitajiet marbuta ma' din is-sorvjelanza ma infurmawx lill-Gvern b'dawn l-episodji? Kellha tkun storja riprodotta fil-MaltaToday minn gazzetta Spanjola li wasslet biex Fenech Farrugia tiġi sospiża. Imma din is-sospensjoni ma tfisser xejn jekk ma jkunx hemm deċiżjonjiet u kjarifiki mill- awtoritajiet biex b'hekk din l-industrija tingħata xi forma ta' ġieħ kif inhu mistenni. Editur: Albert Gauci Cunningham Din is-sospensjoni ma tfisser xejn jekk ma jkunx hemm deċiżjonjiet u kjarifiki mill-awtoritajiet Il-mistoqsija tal-ILLUM hija waħda ċara. Għaliex il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari responsabbli ma ndunawx b'dan kollu?