Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat MANUEL Bartolo - fost l-aqwa goalkeepers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kien missieri li ġiegħlni nibda l-futbol. U għaliex għażilt proprju l-irwol ta' goalkeeper? Niftakar konna jien u ħija, missieri saqsiena min ħa jilgħab player u min ħa jkun goalkeeper, u jien kont għażilt goalkeeper. Xi tgħidli dwar l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Hamrun Spartans? S'issa hija waħda pożittiva ħafna anke bil-pożizzjoni li qegħdin fil-klassifika. U fuq il-kowċ Giovanni Tedesco u l-president Nunzio Antignani? Il-kowċ bla dubju huwa professjonali ħafna u naħseb li huwa l-aqwa kowċ li qatt kelli fil-karriera tiegħi. Il-president huwa umli ħafna u qed jaħdem bil-għaqal ħafna. Nitkellmu dwar l-istaġun s'issa ta' Ħamrun Spartans. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu matul dan l-istaġun s'issa? S'issa kulħadd jinsab kuntent bir-riżultati li ksibna, anki meta tara li hemm skwadra ġdida, però għad baqa' ħafna xogħol xi jsir. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naqbel għax b'seba' barranin kieku ż-żgħażagħ li telgħin ikollhom ħafna inqas ċans li jsibu posthom. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naħseb li d-differenza naqset fejn li kienet, però d-distakk bejn it-timijiet ta' fuq u ta' isfel qiegħed fid- dinja kollha. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma tantx naqbel għax it-tfal ħa tkun ħafna iktar diffiċli għalihom li jsibu posthom. In-nurseries tagħna huma limitati biex itellgħu tfal li jistgħu jlaħħqu ma' ċerti barranin li jkunu lagħbu f 'ċerti kampjonati barranin. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, ikun hawn barranin li ma jkunux tajbin anki daqs il-plejers Maltin, imma jkun hawn tajbin ukoll. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Irranġajna ħafna fejn li konna, speċjalment l-Istadium Nazzjonali, però nemmen li għandu jkun hawn iktar grawnds speċjalment għad- diviżjonijiet inferjuri. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ifhem, hawn referis tajbin, però din is-sena speċjalment qed isiru ħafna żbalji li jistgħu jiġu evitati. Mhux qed nitkellem fuq il-logħob tagħna biss, imma rajna ħafna deċiżjonijiet ħżiena li swew punti lil ħafna timijiet. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Hemm ħafna sagrifiċċji u jien nemmen li aħna l-Maltin nagħmlu ħafna iktar minn plejers barranin. L-ewwel ħaġa li ħafna minna rridu nqumu kmieni u nagħmlu tmien sigħat xogħol u nibqgħu sejrin għat-taħriġ. Trid tiekol kemm jista' jkun tajjeb u tkun dedikat ħafna fil- ħin tat-taħriġ. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- istudju / xogħol tiegħek u mal- futbol? Ifhem, mhix faċli xejn. Ix-xogħol dejjem trid iddawru mal-futbol tista' tgħid, jiġifieri ssib xogħol li tlaħħaq tmur għat-taħriġ, li mhux għal kulħadd ikun faċli. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Il-futbol huwa xi ħaġa li dejjem ħabbejt u għamiltu b'ċertu passjoni. Sakemm nara li nkun qed nilgħab tajjeb, naħseb li nibqa' nilgħab. M'hemmx dubju li l-pass li jmiss tiegħek huwa li tilgħab mat-tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia. X'taħseb? Naħseb li issa kbirt biżżejjed biex niġi mgħajjat man-nazzjonal, iktar u iktar meta tara li qatt ma kont hemm, lanqas fl-aqwa żmien tal-karriera tiegħi! Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- futbol. Lit-tfal tal-lum, waħda ngħidilhom - ħudu l-futbol bis-serjetà għax is-sodisfazzjon li jtikhom il-futbol huwa wieħed inspjegabbli u dejjem irrispettaw lill-kowċis tagħkom li jixtiequlkom kull ġid fil-karriera tagħkom! illum Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 'Kulħadd jinsab kuntent bir-riżultati li ksibna, però għad baqa' ħafna xogħol xi jsir' - Manuel Bartolo saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Hemm ħafna sagrifiċċji u jien ħabbejt u għamiltu b'ċertu biżżejjed biex niġi mgħajjat karriera ta' suċċess fil- Il-Gowler Manuel Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19