Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum l-ewwel sistema ta' metro f 'Malta biex isir it-tħaffir għall-metro. Aktar minn hekk, il-perit Xuereb spjega li peress li l-mina li qed jipproponi se tkun qed titħaffer madwar 25 metru taħt l-art, ma hemmx periklu li jkunu minsusa xi fdalijiet arkeoloġiċi li forsi għadhom ma nstabux. "Xorta waħda għandhom isiru l-istudji kollha neċċessarji, qabel ir-rotta tkun finalizzata" insista Xuereb. Iżda jekk din il-proposta ssir, se jkun hemm bidliet għall- mina proposta bejn il-gżejjer? Il-Perit Xuereb qal li apparti bidliet żgħar, jekk din il- proposta tintlaqa', il-mina bejn Malta u Għawdex xorta waħda ma hemmx għalfejn tkun ħafna aktar wiesgħa minn żewġ karreġġjati. "Ġeneralment ikollok jew mina kbira waħda li tmur f 'żewġ direzzjonijiet, jew żewġ mini biswit xulxin," spjega l-inġinier. "Bħala daqs, id- differenza bejn li jkollok żewġ mini għal metro jew żewġ mini għall-karozzi, mhux se tkun daqshekk differenti." Fil-fatt, il-perit insista li kieku jkollha ssir din is-sistema, l-istudji li saru sa issa għall- mina bejn Malta u Għawdex, jibqgħu rilevanti. Kemm jiswa proġett bħal dan? Malta tiflaħ għalih? Anke jekk il-proposta ta' KonceptX għadha fl-ewwel stadji tagħha, Xuereb qal li bejn wieħed u ieħor dan il-proġett jiġi jiswa lill-pajjiż madwar €3 u €4 biljun. "Hija somma kbira, iżda meta wieħed jagħmel investimenti kapitali f 'sistema ta' trasport tal-massa, tipikament, għal kull €1 miljun li jonfoq, il- Gvern idaħħal €2 miljun jekk mhux aktar," spjega Xuereb. Apparti minn hekk hemm dħul ieħor marbut mhux biss mas-sistema tal-biljetti, iżda anke mar-reklamar abbord dawn il-metros biex ma nsemmux in-negozju li jista' jkun hemm fl-istazzjonijiet. Apparti l-flus, x'benefiċċji jista' jkollha din is-sistema ta' trasport? Beda billi spjega li jekk se jintużaw inqas karozzi, l-arja se tkun aktar nadifa u dan ifisser mhux biss inqas mard, iżda jfisser ukoll li l-ispiża tal-Gvern biex jindirizza dawn il-kundizzjonijiet ta' saħħa se tonqos. "Ma ninsewx lanqas l-effiċjenza," saħaq Konrad Xuereb. "Jekk illum iddum siegħa fit-traffiku, bil-metro f 'nofs siegħa se tasal. Dan inaqqas il-ħela ta' ħin. Flok tagħmel nofsiegħa fit-traffiku, se tagħmel nofs siegħa taqra ktieb jew taħdem. Hemm benefiċċji marbuta mas-saħħa, mal-flus, mal-ħin, mal- ambjent u ħafna aktar." Kien hawn li l-perit insista li Malta għandha bżonn soluzzjonijiet li jħarsu fit- tul. Innota li f 'Mata digà bdiet tinbidel il-mentalità, speċjalment fost iż-żgħażagħ, li qed jagħrfu li l-importanza li nibżgħu għall-ambjent. "Jekk ma nibdewx issa, meta se nibdew?" staqsa Xuereb. "Malli jkun hemm sistema li taħdem, il-bidla fil-mentalità se ssir." Kemm tikkalkulaw li jonqsu karozzi jekk tkun introdotta din is-sistema? Il-perit jikkalkula li fuq perjodu ta' snin, anke jekk wieħed iħares lejn x'ġara f 'pajjiżi oħra, l-ammont ta' vjaġġi bil-karozzi jista' jonqos kważi bin-nofs. "Jiena nkun ħafna Londra. Lanqas tgħaddili minn rasi li fost il-ġimgħa nuża l-karozza. Tiġini ħafna aktar għolja," saħaq Xuereb. "Vera li se jkollok timxi xi ftit sal- istazzjon, imma jaqbillek aktar, mhux biss għall-but imma anke għal saħħtek u tasal malajr." Kieku jkollha ssir din is- sistema, kemm iddum biex tkun kompluta? L-inġiniera qed jipproponu li din is-sistema tkun implimentata fi tliet fażijiet. Konrad Xuereb qal li huma tal-opinjoni li l-ewwel fażi għandha tkun ir-rotta li tgħaqqad il-Mellieħa mal- ajruport, anke għax din hija l-akbar u l-aktar waħda li se tilħaq nies. Anke jekk huma qed jipproponu li wara l-ewwel rotta, issir dik li tgħaqqad lill-ajruport ma' San Pawl il-Baħar/Buġibba u wara ssir it-tielet rotta lejn Għawdex, Xuereb qal li fil-verità, wara l-ewwel linja, tkun tista' ssir mill-ewwel il-mina li tgħaqqad il-gżejjer. "Kieku, biex nagħtu eżempju biss, ix-xogħol kellu jibda din is-sena, l-ewwel linja tkun lesta fi żmien ħames snin u t-tieni fażi fi żmien sentejn oħra, jiġifieri seba' snin. It-tielet fażi, li tiffoka fuq Għawdex, tkun lesta fi żmien tliet snin, "spjega Xuereb. Mill-ġdid semma l-eżempju ta' Crossrail, li r-rotta tagħha hija twila 118-il kilometru u tinkludi d-doppju tal- istazzjonijiet proposti għal Malta. Dan il-proġett beda fl- 2009 u din is-sena se jkun lest. "F'għaxar snin u f 'kundizzjonijiet ta' tħaffir ferm aktar diffiċli minn dawk ta' Malta u minkejja li sabu diversi ostakli, dan il-proġett tlesta fi żmien pjuttost qasir," saħaq il-perit. Kemm jiġġenera terrapien proġett bħal dan? Xuereb qal li jekk wieħed jieħu r-rotta kollha proposta u magħhom l-istazzjonijiet, ikun qed jitkellem madwar 4 miljun metru kwadru ta' art. Lura għal Crossrail, il-perit qal li tliet miljun tunnellata ta' terrapien intużaw għar- reklamazzjoni ta' art li fuqha saret riserva naturali protetta u jemmen li l-istess jista' jsir f 'Malta. "Ovvjament iridu jsiru l-istudji ambjentali u marittimi kollha," saħaq Xuereb. "Dan it-terrapien jista' jintuża wkoll biex jinħoloq wind jew solar farm fuq il-baħar u jkun proġett li jagħmel lil Malta aktar sostenibbli," kompla Xuereb. Hawn semma proġetti simili, bħal London Array, li jinkludi 175 turbina li jiġġeneraw biżżejjed enerġija għal 750,000 dar u jnaqqas l-emissjonijiet tal-CO2 b'900,000 tunnellata. "Dan huwa ekwivalenti għal 300,000 karozza," spjega l-Inġinier. U din il-proposta ressquha quddiem il-Gvern u l-awtoritajiet ikkonċernati? Xuereb qal li f 'dan l-istadju, l-objettiv tal-artiklu kien li jqanqal diskussjoni mal- pubbliku qabel ma tiġi ppreżentata lill-Gvern. Filwaqt li qal li huwa sodisfatt ħafna bir-reazzjoni tan-nies, spjega li s-sabiħ ta' din il-proposta huwa li mhux qed tarmi dak li sar sa issa, anzi qed tkompli tibni fuqu. "Il-mina bejn il-gżejjer trid tindirizza l-problema tal- Għawdxin. Aħna ħriġna din il-proposta għax nemmnu li flok insolvu problema waħda f 'iżolament, is-soluzzjoni għandha tindirizza l-problema aktar wiesgħa tat-trasport f 'Malta. Hija proposta studjata, li qed tħares fit- tul u li magħha se ġġib biss benefiċċji," temm jgħid il-Perit Xuereb. It-tliet rotot proposti u l-fażijiet tal-proġett Żewġ mini mill-proġett Crossrail f 'Londra