Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum 'Mhux ser naqta' qalbi u nixtieq nasal sabiex nilħaq diversi objettivi n-netball lokali' - Ċettina Gauci minn Cristian Antony Muscat Ċettina Gauci - president tal-Malta Netball Association u li tant taħdem għall-akbar ġid ta' dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna. Kellimni dwar is-sehem li tajt f 'dawn l-aħħar snin fil-qasam tan-netball lokali. Ili nagħti sehmi fin- netball għal ħafna u ħafna snin. Sa minn meta kont żgħira kont nilgħab diversi sport fosthom l-atletika, it-tennis, taħriġ fil-gym u ħafna iktar. Iżda fuq kollox in-netball laqatni ħafna bħala sport u b'hekk ħadtu bis-serjeta'. Irnexxieli nirbaħ diversi unuri mat-tim nazzjonali fejn bdejt nilgħab mill-eta' ta' 17-il sena u bqajt sejra sa ma kelli 36 sena. B'hekk qattajt kważi għoxrin sena nirrapreżenta lil pajjiżi. Kien imiss lili mbagħad li nikkowċja lil Malta. Okkupajt dan ir-rwol għal xi żmien sakemm il-kunsill ivvotali sabiex inkun il-president tal- Malta Netball Assocation. Issa ninsab fit-tielet sena nokkupa din il-kariga. Xi tgħidli dwar il- kampjonat tan-netball f 'pajjiżna? Kemm hemm timijiet u diviżjonijiet? B'kollox hemm żewġ diviżjonijiet u kull diviżjoni fiha seba' timijiet. B'kollox fil- kunsill qegħdin mal-200 membru u dan huwa kkunsidrat bħala l-iktar sport femminili li għandu membri f 'Malta. Issa barra minn xtutna hemm ukoll il-mixed netball fejn mhux biss tfajliet iżda anke ġuvintur jilagħbu dan l-isport. Aħna f 'pajjiżna ntroduċejna l-kampjonat ta' taħt is- 17-il sena u l-għan kien li nħeġġu aktar skejjel jipprattikawh. S'issa għandna tliet timijiet għal dan l-istaġun u l-objettiv hu li nżidu aktar fin-numru. Fil-fatt nixtiequ ħafna li nidħlu fl-iskejjel bħalma konna fl-antik. Dan l-isport kien ferm importanti għal pajjiżna u ġie ntrodott mill-Ingliżi. Kien isir il-logħob bejn l-iskejjel u kellu popolarita' enormi. Jien kont għadni żgħira u niftakarni nipparteċipa f 'dan it-tip ta' logħob. U l-għan tagħna hu li nerġgħu nirritornaw għal dak iż-żmien iġifieri li nħeġġu aktar tfajliet żgħar jipprattikawh fl-iskejjel. Semmejt it-tim nazzjonali. Kif inhu sejjer fil-logħob tiegħu? B'xorti ħażinat-tim nazzjonali kellu jieqaf għal xi żmien minħabba li nuqqas ta' finanzi. Għalhekk ħsibt li ridna nagħmlu xi ħaġa biex nerġgħu nistabilixxu dan it-tim. L-introjtu li nieħdu bħala assoċjazzjoni jiġi minn timijiet barranin li jiġu jagħmlu training camp hawnhekk. Indaħħlu xi ħaġa wkoll mill-miżati tal-membri tagħna li kif għedtlek ilaħħqu l-mitejn persuna. Kif għedtlek, it-tim nazzjonali kellu jitwaqqaf għal sena. Iżda grazzi għall-Kumitat Olimpiku Malti u Sport Malta rġajna ħadna ċans u sifirna bit-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena u tal-kategorija tal-21 sena. Għandi l-pjaċir ngħid li dawn tal-aħħar rebħu lil Wales. Apparti minn hekk iż-żgħażagħ ta' taħt is-17- il sena rebħu lill-Ġibilta' u l-Irlanda. M'hemmx dubju li fadlilna x'naqdfu. L-iskejjel ma tantx qed jgħinu f 'dan ir- rigward minħabba li n-netball mhux qiegħed bħala għażla tas-suġġetti. Għalhekk aħna ġieli nieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet barra minn xtutna. F'Ottubru li għadda ħadna sehem f 'turnament barra u għalkemm ir-riżultati ma kinux dawk mixtieqa minħabba li ma rbaħna l-ebda logħba. L-eta' medja tal-plejers tagħna kienet ta' 14-il sena u dawn ikkompetew kontra dawk li kellhom madwar 17-il sena. Barra minn Malta għandhom minn fejn jagħżlu u apparti minn hekk ċerti plejers għandhom statura twila. Aħna konna kollha ċkejknin u dan il-fattur għamel ċertu differenza. Issa ser nerġgħu nsiefru f 'Marzu li ġej u ser inkunu aktar preparati. Qed nittamaw li nġibu riżultati aħjar. Meta int tieqaf u mbagħad terġa' tibda mhux faċli. Mhux ser nikkompetu ma' timijiet nazzjonali bħall- Awstralja u New Zealand imma mal-Irlanda, Ġibilta' u Wales kapaċi. minn Cristian Antony Muscat minn Cristian Antony Muscat Okkupajt dan ir-rwol għal xi żmien sakemm l-objettiv hu li nżidu timijiet barranin li jiġu minn xtutna. F'Ottubru Ċettina Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19