Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988
12 Intervista illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter T wieled Bormla, daħal it-Tarzna ta' 16-il sena u spiċċa mid- dmirijiet tiegħu 45 sena wara. Ispirat mill-kitbiet ta' Marx, ħaddiem bis-sħiħ għad- drittijiet tal-ħaddiema u kien strumentali f 'diversi azzjonijiet industrijali diretti bla preċedent. Sal-aħħar ġurnata t-Tarzna ta' Malta baqa' spalla ma' spalla ma' sħabu l-ħaddiema anke meta kien t-tmun ta' dik li kienet waħda mill-akbar industriji f 'Malta. Din il-ġimgħa l-ILLUM iltaqgħet ma' Sammy Meilaq, issa fi żmien aktar paċifiku tal-irtirar. Miegħu ddiskutejna diversi suġġetti fosthom, id-drittijiet tal-ħaddiem, l-istat tas- soċjaliżmu dinji, ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista u l-paragun bejn Duminku Mintoff u Joseph Muscat. L-inkwiet tiegħi huwa fuq il-partiti soċjalisti kollha fl-Ewropa Dan il-Gvern Laburista sikwit ikun ikkritikat għaliex skont bosta m'għadux jimxi wara t-twemmin soċjalista u minflok ittrasforma ruħu f 'wieħed kapitalist. Bħala persuna li dejjem ħaddan it-twemmin soċjalist u dak Marxist, veru tilef ruħu l-Partit tal-Ħaddiem? Huwa jibda billi jgħid, "għalkemm hawn nuqqasijiet kbar fil-politika soċjali u industrijali tal-Gvern, li kieku tilef ruħu ma kienx jirbaħ żewġ elezzjonijiet b'maġġoranza elettorali." "L-inkwiet tiegħi huwa mhux biss fuq il-Partit Laburista ta' Malta iżda fuq il-Partiti Laburisti kollha fl-Ewropa. M'hawnx Partit Laburista wieħed fl- Unjoni Ewropea li għandu maġġoranza ħlief dak f 'Malta, dan għaliex kollha telqu l-politika soċjalista u ħawdu fl-istess borma tal- politika neo-liberali," sostna Meilaq. Hu jgħid li, din it-taħlita kienet, "id-dnub tan-nisel', għaliex skontu, "illum il- ħaddiema qegħdin jimxu 'l bogħod mill-Partiti Soċjalisti fl-Ewropa u minflok il-partiti tal-lemin qegħdin jonsbu dawn l-istess ħaddiema li jinsabu bla ragħaj u joffrulhom biċċa misruqa mill-idea soċjalista." Meilaq ikompli jispjega, "kuntrarju għall-partiti l-oħra, il-PL taħt Joseph Muscat la waqa' fuq naħa u lanqas fuq oħra, irnexxielu jmur tajjeb maż-żewġ klassijiet soċjali. Dan billi stimula l-ekonomija u inċentiva l-privat u mill- banda l-oħra ħoloq inċentivi għall-ħaddiem." 'Li hawn nies foqra u m'għandhomx fejn jgħixu huwa falliment' Minkejja dan kollu, hu tal-opinjoni li din is-sistema xorta qed twassal għal 'fallimenti' soċjali u oħrajn industrijali. "Li hawn nies bla dar huwa falliment, li hawn nies jgħixu fil-faqar huwa falliment ieħor. Mira ta' Gvern Laburista għandha tkun li ma jkunx hawn nies fil-faqar jew bla saqaf fuq rashom," saħaq Meilaq. Hu jkompli jgħid li llum hawn il-problema tal- 'working poor', jiġifieri ħaddiema li għandhom xogħol però xorta waħda ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja. "Il-Gvern irid jagħmel ħafna aktar, il-problema tal-akkomodazzjoni soċjali kienet kbira ħafna qabel Mintoff, imma xorta rnexxielu jsolviha. Tant hu hekk li fi żmienu kien hawn provvista li teċċedi d-domanda." Skont Meilaq, il-Gvern jista' jsolvi din il-problema billi jieħu paġna mill-ktieb ta' Mintoff u jimponi kontrolli fuq il-kera filwaqt li jieħu fi ħdanu postijiet battala u jinkrew lil dawk fil-bżonn. "Kieku jagħmel bħal Mintoff, dan il-Gvern ma jkollux bżonn jibni aktar," saħaq Meilaq. 'Qatt ma kien hawn xogħol prekarju daqs illum' Tul ħajtu Meilaq kien strumentali fil-ġlieda nazzjonali għal aktar drittijiet tal-ħaddiema. Flimkien ma' kollegi tiegħu kien responsabbli għal azzjonijiet industrijali bla preċedent fosthom strajks ġewwa t-Tarzna u azzjonijiet oħra diretti 'l bogħod mit-Tarzna. Madankollu, riċentement ġie rrapportat li 33% tal- ħaddiema huma membri f 'Unions. X'jaħseb li qed iwassal għal din ir-rata baxxa? Meilaq kien pront biex jisħaq, "dan huwa riżultat tal-kontradizzjoni storika li dan il-pajjiż għaddej minnu. Malta għaddejja minn tkabbir ekonomiku bla preċedent, hawn kważi kulħadd jaħdem u fl-istess waqt il-ħaddiem qiegħed igawdi minn miżuri varji li Gvern attwali wettaq. Minkejja dan, qatt ma kien hawn xogħol prekarju daqs illum," sostna Meilaq. Skontu, "il-prevalanza tax- xogħol prekarju hi waħda mir-raġunijiet prinċipali wara din ir-rata baxxa. Minħabba f 'hekk, il-militanza tal- ħaddiema naqset sew għaliex fejn il-ħaddiem m'għandux stabbiltà, jibża' jingħaqad u dak li jħaddem jinnegozja ras imb ras miegħu." Iżda mhux hekk biss, hekk kif hu saħansitra jgħid li, "illum il-ġurnata, il-militanza tal-ħaddiem naqset u dik ta' min iħaddem żdiedet." Meilaq jirrakkonta każ partikolari fejn skontu dan intwera b'mod ċar. "Xi żmien ilu, ħareġ avviż legali li ppropona tliet affarijiet raġenovli: li l-ħaddiem jingħata 'breakdown sheet' mill- impjegatur, li l-ġranet frank akkumulati matul is-sena jibqgħu jgħoddu wkoll is- sena ta' wara u li l-massimu ta' frank sfurzat jkun ta' 12-il ġurnata biss. Fid-dawn ta' dan l-avviż legali, Malta Employers Association ipprotestaw u kulħadd baxxa rasu." Skont Meilaq, "trid issir ġlieda f 'livell politiku fil-konfront tal-gvern tal- ġurnata. Għaliex il-Gvern qiegħed jagħtihom li jridu lil min iħaddem bl-iskop li l-ekonomija tkompli tikber. Għalhekk għandu obbligu li jorbothom aktar wara kollox il-Gvern mhuwiex jirrestrinġi l-privat anzi huwa wieħed business friendly." 'Mhux veru li l-Maltin ma jridux jagħmlu ċertu xogħol' Hawn min hu tal-fehma li l-Maltin ma jridux jagħmlu ċertu xogħol li jidher qed issir biss mill-barranin, fosthom xogħol fil-qasam tal- kostruzzjoni u tat-turiżmu. Imma dan minnu? Skontu,"għalkemm illum il-Maltin mhumiex qed ifittxu ċertu xogħol għaliex is-suq qed jipprovdi xogħol aħjar, huwa fatt li l-ħaddiema barranin qed jintużaw bħala 'cheap labour' u dan imbagħad qed jaffettwa l-livell tal-pagi." Meilaq jisħaq li, "kieku hemm kundizzjonijiet tajbin, dawn ix-xogħlijiet jagħmluhom il-Maltin. It- Tarzna kien hemm xogħol iebes ta' strapazz u periklu imma fejn kien ikun hemm is-sahra konna mmorru, u niġġieldu biex nagħmlu siegħa żejda. Mhux veru li l-Maltin ma jridux jagħmlu ċertu xogħol, il-Maltin jiġġieldu biex jaħdmu diment li hemm kundizzjonijiet tajbin," sostna Meilaq. 'Nemmen li l-paga minima għandha tiżdied' Skont statistika tal-Eurostat il-paga minima f 'pajjiżna hija inqas mill-medja tal- 45 sena t-Tarzna ta' Malta. Kien viċin il-Perit Mintoff, ħassieb xellugi u persuna li ħadem bla heda għad-drittijiet tal-ħaddiema Maltin. L-ILLUM tintervista lil Sammy Meilaq Illum l-ħaddiema qegħdin jimxu 'l bogħod mill-Partiti Soċjalisti -Ewropa u minok il-partiti tal-lemin qegħdin jonsbu dawn l-istess ħaddiema li jinsabu bla ragħaj u jorulhom biċċa misruqa mill-idea soċjalista. " " Kieku jagħmel bħal Minto, dan il-Gvern ma jkollux għalfejn jibni aktar " " 'Huwa falliment li taħt Gvern Laburista