Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat JUSTIN Grioli - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin u li riċentament laħaq it- tragward tat-300 logħba fil-Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Missieri Frans Grioli u l-kuġin Stefan Giglio u z-ziju Toninu Giglio u n-nannu Walter Bone kienu kollha jilagħbu l-futbol u kont nitla' l-grawnd narahom jilagħbu ma' Valletta. Il-ħajra minn dejjem hemm kienet li xi darba nkun bħalhom nilgħab il-futbol. M'ilux ilħaqt it-tragward tat-300 partita fil-Kampjonat Premier. X'tikkummenta dwar dan? Għalija kien tragward kbir. Dejjem stinkajt u tħarriġt bis- serjetà u fl-aħħar mill-aħħar meta xi darba tieqaf mill- futbol, huma dawn l-affarijiet li tibqa' ġġorr miegħek! X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Valletta u Tarien Rainows? Ma' Valletta minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab mal-kbar u fl-ewwel sena li bdejt nilgħab regolari rbaħna l-kampjonat li għalija kienet l-ikbar ħolma. Ma' Tarxien Rainbows kelli tliet snin u nofs sbieħ u minnhemm ġejt mgħajjat man-nazzjonal. Kemm tgħallimt minn dawn l-esperjenzi? Titgħallem dejjem. L-isbaħ ħaġa minn dawn l-esperjenzi li dejjem tagħmel ħbieb ġodda u minn kull plejer u kowċ tista' titgħallem ħafna affarijiet kemm futbol kif ukoll affarijiet tal-ħajja. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tieghek ma' Balzan? Bħalissa għaddej minn żmien tajjeb fejn qed nerġa' nilgħab b'mod regolari wara li kelli injury fit-tul u ninsab kuntent ħafna. U fuq il-president Anton Tagliaferro? Anton Tagliaferro huwa president determinat u dedikat li lili personali għeni ħafna meta kont għaddej minn żmien ta' injury u għax-xogħol li qed jagħmel ma' Balzan ħaqqu ħafna iktar. X'responsabbiltà tħoss meta ġġorr il-faxxa ta' captain ta' dan it-tim? Il-captain tat-tim huwa Steve Bezzina. Jien niġi l-viċi-captain imma meta nkun libes il-faxxa nħossni onorat u kburi li mmexxi lil sħabi u ntihom il-kuraġġ. X'emozzjoni tħoss kull darba li tilgħab kontra l-eks timijiet tiegħek, Valletta u Tarxien Rainbows? Kull logħba fiha l-emozzjonijiet tagħha però kontra Valletta l-iktar dejjem tkun speċjali għalija għax jien Belti u għall-bidu kont insihba ftit diffiċli emozzjonalment però issa drajt. Nitkellmu dwar l-istaġun s'issa ta' Balzan. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun s'issa? Jien naħseb li huwa vera li l-aspettattivi għolew wara l-istaġun li għadda kien hemm logħbiet li stajna rbaħna u l-punti ma ġewx. Però nisperaw li fil-logħbiet li ġejjin, inkunu iktar konċentrati biex nagħmlu aħjar mill-ewwel rawnd u naslu għat-tragwardi tagħna. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jien ma naqbilx mal-11-il barrani għax hawn Malta, il-Malti ma jiġix trattat bħall- barranin. Jien għalija jekk il-Malti għandu potenzjal, il-klabb għandu jinvesti fih u mhux iġib barrani u jrid jilgħab għax barrani. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Hawn ċerti timijiet li għandhom barranin ta' kwalità u hawn timijiet li le - dik problema għax jekk qed tifrex baġit ta' klabb fejn qabel kienu jiġu ħames barranin ta' kwalità u issa hemm l-istess baġit ovvja li l-barranin mhux ħa jkunu ta' kwalità. Hemm bżonn li jagħtu ċans iktar lill-Maltin għax hawn plejers Maltin ta' kwalità. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Ifhem, ma tantx hawn grawnds ta' kwalità hawn Malta jekk irridu ngħollu l-livell ta' futbol li qed jintlagħab, irridu jkollna grawnds ta' kwalità. Tal-inqas il-Premier ikun fuq ħaxix u ħaxix ta' kwalità mhux biss grawnd tal-ħaxix. Tmur barra minn Malta anke timijiet inqas minnha jkollhom grawnds aħjar minn tagħna. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? U kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Hija sfida kbira imma jek il-futbol ikun il-ħolma tiegħek tagħmel minn kollox u tegħleb kull għejja u kull ostaklu biex tilgħab il-logħba li tant tħobb. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat- tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Ma nafx imma ma naranix nilgħab man-nazzjonal. Hemm iż-żgħażagħ telgħin tajbin u aħjar jagħtu ċans liż-żgħar għax huma l-futur tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Sakemm il-Bambin jagħtini s-saħħa nixtieq nibqa' nilgħab fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Il-futur ħadd ma jafu - nimxu ġurnata b'ġurnata u naraw x'joffri l-futur. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Jien meta kont żgħir ħlomt u forsi xi ħolmiet għamilthom realtà. Bix-xogħol, id- dedikazzjoni u r-rispett lejn ħaddiehor żgur li timxu 'l quddiem! Taqtgħu qalbkom qatt għax fil-futbol jew f 'xi sport ieħor, jekk taħdem bis-serjetà, il-ħolm jista' jsir realtà! 'Għalija kien tragward kbir li lħaqt l-ammont ta' 300 partita l-Kampjonat Premier' - Justin Grioli Justin Grioli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19