Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 'Kienet dejjem xewqa tiegħi li ninħatar captain ta' Marsaskala u nħossni ferm onorat b'dan' - Liam Grixti LIAM Grixti - fost l-aqwa plejers li jimmilitaw fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Waterpolo f 'pajjiżna u li matul l-istaġun li ġej se jkun qed jassumi r-responsabbiltà ta' captain tat-tim ta' Marsaskala. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il waterpolo? Minn età żgħira, jien kont minn dejjem inħobb il- baħar. Bħal ħafna tfal ohra, kont għamilt xi ftit żmien nilgħab futbol ukoll, però minn dejjem kienet l-għażla tiegħi li nilgħab il-waterpolo. Fil-fatt minn età ta' 8-9 snin, bdejt nattendi xi taħriġ tal- għawm. Kelli ħbieb tiegħi wkoll li diġà kienu jattendu għat-taħriġ tal-għawm u tal-waterpolo. Dak iż-żmien - 1998-1999, kien hemm kowċ Salvu Debono, li nsellimlu, għat-taħriġ li kien jagħtina, taħriġ intensiv minn età żgħira. Konna nkunu xi 40-50 tifel nitħarrġu l-Pitch u kien jorganizzalna 'l-Inter League' fejn konna nkunu ħerqana li nieħdu sehem. Minn hemm beda l-interess u l-imħabba għall-waterpolo u li llum ngħid għalaqt 22 sena nilgħab f 'dan l-isport. Meta kelli 16-il sena, Anthony Farrugia (Panelli) beda jsejjaħli biex nilghab mat-tim nazzjonali tal- Juniors, u f 'dik is-sena konna morna training camp l-Ungerija u meta ġejna lura konna ppreparati għall-European Junior Championships li kienu saru f 'Malta, li f 'dak it- tournament rnexxielna nirbħu lill-Polonja u s-Slovenja. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom tittħarġu u tilagħbu f 'Malta? Ir-riżorsi huma li huma. Jiddispjaċini ngħid li għalkemm bħala Maltin inġibu riżultati tajbin ħafna kemm fil-kamp tal-għawm u anki fil-waterpolo, il-klabbs u t-training sessions kollha jsiru fil-pixxina tal-Qroqq. Minħabba f 'hekk it-training sessions jsiru bir-roster, u ġieli jkollok slots li jkunu fit- 8.30pm u jispiċċaw fl-10pm, apparti li l-kundizzjonijiet tat-temp huma dawk li huma speċjalment fix-xhur tax- xitwa. Sar progress kbir matul dawn l-aħħar snin, però hemm bżonn kbir ta' pixxina jew tnejn, li jkunu heated tul is-sena kollha biex il-klabbs jinqasmu. Speċjalment pixxina fin-Nofsinhar ta' Malta. Nixtieq nieħu spunt u nara li l-pixxina ta' Marsaskala ssir kif ippjanat. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Kull sport fih is-sagrifiċċju tiegħu, speċjalment li ma tkunx professjonali, tkun trid tlaħħaq max-xogħol, mal- familja, u mat-taħriġ intensiv ta' kuljum fejn tipprova tilħaq bilanċ f 'kollox. Il-Waterpolo huwa sport li trid tagħmel sagrifiċċji kbar, speċjalment trid tagħmel sessjonijiet tal-għawm ta' kuljum, kif ukoll trid issib ħin biex titħarreġ il-gym biex tnaqqas ir-riskji ta' xi injuries. Kif jirnexxielek tlaħħaq mat-taħriġ, familja, xogħol u mal-waterpolo? Mhux faċli li ssib bilanċ bejn xogħol, dar, u taħriġ, però trid tippjana kollox minn qabel biex tipprova toħloq bilanċ ta' kollox, speċjalment mal-mara u t-tifel li għandu seba' xhur. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Marsaskala kemm għalik personali u anki bħala tim? L-aħħar staġun kien wiehed li fl-aħħar irnexxielna nirbħu n-K.O. Final kontra B'Bugia, u li kienet logħba li nibqa' niftakar fil-karriera tiegħi, għax kulħadd ta sehmu biex jirnexxielna nirbħu dan l-unur, u vera lgħabna logħba tajba. Fuq livell personali, dejjem nista' nkompli nitgħallem u nitjieb biex insir plejer aħjar. Fl-aħħar staġun kont nitħarreġ fil-gym kważi kuljum apparti taħriġ tal- waterpolo, u kont maħtur bħala viċi-captain tat-tim u li issa f 'dan l-istaġun ġejt maħtur bħala l-captain tat- tim li kienet dejjem ix-xewqa tiegħi li nkun wara li rtira l-ħabib tiegħi Duncan Cassar li minn hawn insellimlu għall-ġid li kien jagħmel għat-tim tagħna u l-paċenzja li kien jieħu bina. Grazzi Duncan! Kemm għenek Pierre Borg fil-karriera tiegħek u x'ifisser għalik il-kowċ il- gdid Dorian Pisani? Ma' Pierre Borg kelli u għad għandi relazzjoni tajba ħafna. Pierre huwa kowċ li vera kien ta' sapport kemm għalija kif ukoll għal sħabi l-oħra fit- tim. L-esperjenza li għandu fil-waterpolo, dejjem kien lest li jgħaddiha lilna biex jarana ntejbu l-kwalitajiet tagħna biex jirnexxielna niksbu iktar unuri. Din is-sena, wara t-tluq ta' Pierre Borg, il-klabb ħatar lil Dorian Pisani bħala head coach, u ovvjament kull kowċ ikollu l-mod tiegħu ta' taħriġ. Ftit kelli ħin biex insir naf lil Dorian, però matul dawn il-ġimagħtejn li ilna nitħarrġu, mill-ewwel juri li determinat li jarana ntejbu l-kwalitajiet taghna. Qbilt mas-sistema tal-play- offs? Jiena ma tantx qbilt ma' din is-sistema, minħabba li Malta ma tantx hawn timijiet jipparteċipaw u allura tispiċċa tilgħab mal-istess timijiet ħafna drabi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo ma' Marsaskala? Fl-opinjoni tiegħi għandna tim żagħżugħ ħafna, u bl- għajnuna tal-kowċ Dorian Pisani u d-dedikazzjoni tal-plejers sħabi fil-futur, ikollna tim kompetittiv. Kif għidt qabel, din is-sena ġejt maħtur bħala l-captain tat-tim li nħossni vera onorat li l-kowċ ħatar lilli, u determinat li ngħin liż-żgħażagħ kollha li telgħin min-nursery tat-tim li qed jiġu jieħdu t-taħriġ bħalissa mat-tim tal-kbar, biex dak kollu li tgħallimt ngħaddih lilhom. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil- waterpolo. Fl-opinjoni tiegħi, il- waterpolo huwa wieħed mill- aktar sports sbieħ u li jgħinek kemm bħala livell sportiv kif ukoll biex tkun dixxiplinat. l-aħħar snin, però hemm u li kienet logħba li nibqa' Ritratt - Bank of Valletta taħriġ. Ftit kelli ħin biex insir naf lil Dorian, però matul tal-plejers sħabi fil-futur, ikollna tim Ritratt - Bank of Valletta Ritratt - Marsaskala Waterpolo Club Liam Grixti captain ta' Marsaskala

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19