Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988
15 MILL2014 s'issa, id- dipartiment tad-dwana kien responsabbli għal qabda ta' aktar minn 17-il tunnellata u nofs ta' droga varja. Dan ġie żvelat din il- ġimgħa mill-Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna f 'mistoqsija Parlamentari li għamillu l-Whip tal- Partit Laburista Byron Camilleri. Skont iċ-ċifri li tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra, fl-aħħar ħames snin, propju minn Jannar tal-2014 sal-aħħar ta' Jannar 2019, id-dwana qabdet mas-17,477 kilo ta' droga varja fosthom kokaina, ħaxixa tal-kannabis, khat u eroina. Il-valur totali maħsub ta' dawn il-qabdiet ilaħħaq it- €62,000,000. L-istatistika tal- valur tal-qabdiet mid-dwana bdiet tinżamm mis-sena 2016, għalhekk dan il-kalkolu totali huwa bbażat fuq it-tliet snin li għaddew. Il-ġimgħa l-oħra, id-dwana għamlet qabda kbira ta' droga kokaina b'valur ta' €11-il miljun, droga li kienet mija fil-mija pura. Din il-qabda seħħet wara li kontejner kien spezzjonat fil-Freeport, liema kontejner kien telaq mill-Amerika ta' Isfel u kien waqaf f 'Malta qabel ma jibqa' sejjer lejn il- Lvant Nofsani. B'kollox ġew eżaminati 532 kontenitur u nstab li sitta minnhom kellhom basktijiet tal-plastik mimlijin b'sustanza bajda f 'likwidu żejtni. B'kollox f 'kull kontenitur kien hemm 10kg minn din is-sustanza, biex flimkien jgħoddu għat-total ta' 60kg. Apparti minn hekk, f 'Settembru tas-sena l-oħra, id-dwana għamlet l-akbar sejba ta' droga fl-istorja ta' pajjiżna meta sabu 11,000kg kannabis moħbija f 'żewġ kontejners li waslu mis-Sirja. Tliet xhur wara, id-dwana reġgħet kienet responsabbli mit-tieni l-akbar qabda tad- droga, b'qabda ta' 5,020kg reżina tal-kannabis. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter F'ħames snin id-Dwana taqbad aktar minn 17-il tunnellata droga Mill-bidu tal-2014 sal-ġimgħa l-oħra, id-Dwana ta' Malta rnexxielha taqbad aktar minn 17,000 kilo droga Il-qabda tal-kokaina pura mid-Dwana 17,000 kilo droga f '5 snin 15 Aħbarijiet Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum