Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 20 Mediaspot Opinjoni Minn Patri Hermann Duncan F il-11 ta' Frar tal- 1858, il-Madonna dehret ġewwa Lourdes f 'Ilbiċ ta' Franza lill-Santa Bernadetta Souberu. Il-Verġni Marija dehret għal 18-il darba sa Lulju tal-istess sena. Ħafna huma n-nies minn pajjiżna li marru darba jew aktar minn darba għax ħassew ċertu serħan spiritwali f 'dan il-post. F'dan l-artiklu sejrin naraw fil-qosor kif din id-devozzjoni nxterdet malajr f 'xi postijiet ġewwa pajjiżna. M'aħniex se nsemmu kollox imma biss narawha f 'ċertu postijiet. Ġewwa l-parroċċa tal-Birgu nsibu wieħed mill-ewwel inkwadri tal-Madonna ta' Lourdes li kien sar fl-1875, 17-il sena wara d-dehra. Dan sar mill-pittur Injazju Carlo Cortis. Dan il-kwadru għandu gwarniċ tal-fidda. Imbagħad immorru ġewwa l-Qrendi fejn fl-1880 ġiet imwaqqfa l-Konfraternità tal-Madonna ta' Lourdes mill-kappillan Dun Pietru Pawl Xuereb. Dan il-kappillan kien mill-Isla u twieled fl-20 ta' April 1844 minn Pietru Xuereb u Marija mwielda Cordina. Ġie ordnat presbiteru fit-22 ta' Diċembru 1866 u ftit wara ħa l-pussess ta' Kanonku Kantur fi ħdan il-Kolleġġjata tal-Isla. Fl-1869 sar Kappillan tal-Parroċċa tal-Qrendi fejn xerred kemm felaħ id- devozzjoni lejn il-Madonna ta' Lourdes. Kien dan il- kappillan li fl-1878, waqqaf il-Fratellanza tal-Madonna ta' Lourdes f 'dan ir-raħal. Dan is-saċerdot kien dak li kiteb il-kurunella ta' Lourdes li ngħidu llum. Ma nistgħux ma ngħidux li flimkien mal-familja tiegħu, kien benefattur kbir ta' din il-fratellanza. Fost l-opri li għamel dan il-kappillan u familtu nsibu l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes maħduma minn Karlu Darmanin, inkwadru tal- Madonna ta' Lourdes li jinsab fis-sagristija u l-medalja li jilbes ir-rettur tal-Fratellanza waqt il-purċissjoni. Għamel ukoll opri oħra. Ħa nagħtu ħarsa żgħira lejn din l-Konfraternità li hi l-unika waħda f 'Malta ddedikata għall-Madonna ta' Lourdes li din is–sena għalqet 141 sena. Fost l-għanijiet ta' din il- Konfraternità ġewwa l-Qrendi huwa li xxerred il-messaġġ tal-Madonna ta' Lourdes u tagħti għajnuna lill-morda, billi l-Papa Qaddis San Ġwann Pawlu II kien iddedika l-ewwel dehra tal-Madonna f 'Lourdes lill-morda. Tgħin ukoll il-persuni bi bżonnijiet speċjali li jinsabu f 'dan ir-raħal. Fuq kollox tieħu ħsieb il-funzjonijiet Liturġiċi tal-parroċċa li jsiru f 'ġieħ il-Madonna ta' Lourdes waqt li torganizza ħafna attivitajiet biex tippromovi l-valuri reliġjużi fil-Komunità tal- Qrendi. Barra minn hekk, il- Konfraternità flimkien mal- kappillan hija responsabbli għall-organizzazzjoni tal-festa li ssir kull sena fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju. Ukoll il-Konfraternità tieħu ħsieb l-oġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Konfraternità li jinsabu fil-knisja bħall-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes u dik ta' San Filippu Neri u oġġetti ornamentali oħra. Fil-Konfraternità hemm miktubin diversi fratelli u konsorelli li jkollhom laqgħa waħda fix-xahar. Barra l-aspett spiritwali ssir it-tħejjija għall-ħidma u organizzazzjoni għal diversi attivitajiet u ċelebrazzjonijiet. Din il-Konfraternità tieħu ħsieb li tieħu sehem fil- purċissjonijiet kollha tal- parroċċa tal-Qrendi inklużi dik ta' Corpus Christi, il-festa titulari ta' Santa Marija mtellgħa s-sema patruna tal-parroċċa, il-festa tal- Madonna taċ-ċintura, il-festa tal-Madonna tar-Rużarju u festi oħra. Toħroġ ukoll rivista annwali bl-isem ta' Mariapolis li tfisser il-Belt ta' Marija li titqassam mal-Qrendi kollu qabel il- festa ta' Lourdes. Il-membri tal-Konfraternità għandhom jagħmlu xi forma ta' sagrifiċċju sabiex iħaddnu sens ta' ċaħda matul il-ħajja spiritwali tagħhom skont kif talbet il-Madonna f 'Lourdes. Il-Fratellanza għandha dmir li torganizza laqgħat ta' tagħlim u attivitajiet speċjalment mumenti ta' talb sabiex tilħaq dan l-għan. Il-membri għandhom ukoll jgħidu ta' spiss il-kurunella sabiħa miktub mill-fundatur tal-Konfraternità Dun Pietru Pawl Xuereb. Hawnhekk ħa nġibu l-aħħar biċċa ta' din il-kurunella Tkun imbierka mela dejjem, O Konċetta mingħajr ħtija, Taħt it-titlu minn ta' Lourdes Lilek nagħtu kull foħrija. Issa ħa ngħidu xi postijiet oħra f 'Malta u Għawdex li tinsab din id-devozzjoni. Nibdew billi nsemmu ż-żewġ parroċċi li huma ddedikati lilha. Dik ta' San Ġwann u dik li tinsab fir-Raħal Ġdid. F'dik ta' San Ġwann insibu l-patrijiet Franġiskani Kapuċċini li marru f 'din il-lokalità fil-1956 u bnew knisja ddedikata lill-Verġni Marija ta' Lourdes. Il-bini ta' din il-knisja kien lest fil-1959 u fl-1965 saret parroċċa. Il- festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel ġimgħa t'Awwissu. Ġewwa Raħal Ġdid, il- kappillan ta' dak iż-żmien Dun Franġisk Xuereb ħaseb biex jibni knisja, iddedikata lill-Madonna ta' Lourdes, li fil-1974 saret knisja parrokkjali. Il-festa tagħha ssir f 'nofs Awwissu. Fil-Furjana, 23 sena wara d-dehriet ġewwa Lourdes inbniet kappella f 'ġieħha li jieħdu ħsiebha l-Franġiskani Kapuċċini. Ħafna nies imorru jinvistaw il-Madonna speċjalment waqt id-dehriet. Fiha wkoll jiġu ċċelebrati diversi żwiġijiet. Ġewwa Birżebbuġa hemm ukoll għar f 'ġieħ il-Madonna ta' Lourdes. Hawnhekk in- nies fil-ġranet tad-dehriet imorru jinvistaw lill- Madonna, u jgħidu r-rużarju u l-kurunella. Nistgħu ngħidu li għal dan l-għan isir pellegrinaġġ min-nies ta' Marsaxlokk biex f 'riġlejn il-Madonna jitolbu għall- bżonnijiet tagħhom. F'Għawdex insibu wkoll devozzjoni lejn il-Madonna ta' Lourdes. Din bdiet bis- saħħa tal-Isqof Pietru Pace wara żjara lejn Lourdes. Fl- 1879 poġġa statwa fuq sit tal- Kortin fejn kellha tiġi mibnija l-kappella fuq stil tal-ewwel knisja ta' Lourdes. Fl-10 ta' Ġunju 1888 tqiegħdet l-ewwel ġebla. Ix-xogħol tal-kappella ġie mitmum fl-1893. Kull min qatt xi darba mar Għawdex, ma setax ma nnutax dik il- kappella li hemm fuq l-għolja li tiddomina l-port tal-Imġarr. Barra dan fil-Bażilika ta' San Ġorġ ġewwa Għawdex hemm l-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes li jagħmlu purċissjoni biha kull sena s-Sibt ta' wara l-11 ta' Frar. Nitolbu lill-Madonna biex tidħol għalina u tgħin lill- morda kollha fil-bżonnijiet kollha tagħhom ħalli ma jaqtgħux qalbhom fit-tbatijiet tagħhom. Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta' Lourdes f 'pajjiżna L-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes fil-Qrendi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19