Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 TV/Ċinema Alita: Battle Angel hija avventura epika, fantastika, kif ukoll straordinarja, ibbażata minn fuq serje ta' novelli Manga (Ġappuniżi) forma ta' komik ta' Yukito Kishiro. Hu ovvju li fuq dan il-film dirett minn Robert Rodriguez u prodott minn James Cameron intefaq baġit enormi (id-dicerija hija ta' madwar $200 miljun). Il-mod kif l-effetti viżwali ġġenerati bil- kompjuter ġew imħallta mal-karattri reali u azzjoni hi xi ħaġa kważi mirakoluża. Fil-futur, fit-23 Seklu, id-Dinja għaddiet minn gwerra qerrieda li waqqfet kull progress teknoloġiku u dak li fadal qed jerġa' jiġi riċiklat biex dawk potenti jkompli jgħakksu lid-dgħajfin. 300 sena wara dan il-karastrofu, in-nies kollha huma miġbura f 'Iron City fejn jgħixu kull xorta ta' bnedmin u androjdi. Ido (Waltz) hu speċi ta' kirurgu tar-robots li jħobb jagħmel il-ġid. Meta jibda jammonta tfajla cyborg, jinduna li din mhix bħall-oħrajn, iżda xi ħaġa speċjali b'passat straordinarju. Hu jkun jixtieq li lil din Alita (Salazar) jipproteġiha mill-marmalja tal-belt. Iżda, din l-intelliġenti malajr tinduna meta taqbad ma' Hugo (Johnson), li kapaċi tfendi għal rasha u toħodha ma' kull xorta ta' aggressur, bniedem jew le, talent li ilha tħaddan ġo fiha mill-ħajja ta' qabel. Minkejja l-ħafna azzjoni mħarrka li fih, speċjalment ġlidiet bl-arti marzjali, Alita: Battle Angel hu anki film romantiku bil-protagonista tassew b'wiċċ ħelu u innoċenti u għajnejn mill-isbaħ, kollu mertu tal-proċess magħruf bħala motion picture capture. Dan ix-xogħol ifakkar f 'diversi films tal-passat, fuq quddiem nett Rollerball (1975), Blade Runner (1982), The Terminator (1984). James Cameron u Robert Rodriguez flimkien permezz ta' immaġinazzjoni fertili, azzjoni li taqtagħlek nifsek u anki emozzjoni palpabbli, ipprovdew produzzjoni li rari tiggosta bħalha. Atturi Ewlenin: Rosa Salazar; Christophe Waltz; Mahershala Ali; Jennifer Connolly; Keean Johnson; Ed Skrein; Jackie Earle Haley. Direttur: Robert Rodriguez. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 122 min. Ċert. 12A Min qatt jista' jimmaġina liz-zbejha, ġentili, qisha kważi pupa tal-kina, Nicole Kidman b'wiċċ imqarras li jġiblek ħniena, għajnejn f 'ħofra, xagħar imħabbel, xufftejn melankolici, mixja ta' waħda mhix stabbli u ġisem mixrub? F' Destroyer hi taħdem il-parti ta' Erin Bell, ditektiv mara li f 'xogħolha rat ħafna fuq wiċċha, saret alkoħolika u li qed tgħix b'kuxjenza li tniggeż. Għalkemm dan hu film polizjesk b'ħafna azzjoni u diversi serqiet ta' banek, aktar hu studju ta' karattru li qed jistinka biex jipprova jsewwi l-iżbalji tal-passat. Wara avvenimenti li ġraw 17-il sena qabel u li narawhom fi flashbacks imferrxin matul il-film, meta fil-kaxxa tal-ittri tal-uffiċċju tal-LAPD tasal karta ta' dollar immarkata b'linka ħamra, il-veterana ditektiv Erin Bell terħilha fuq vjaġġ infernali perikuluż biex tfittex lill-qattiel u mexxej ta' gang, Silas (Kebbell) u biex forsi tnissel paċi ġo fiha wara dawn is-snin kollha ttorturata li ħassrulha ħajjitha u b'hekk anki njorat it-trobbija ta' bintha. Destroyer jeħodna fuq mawra mal-postijiet u rkejjen ta' għajb ta' Los Angeles, u mal-lokazzjoniet qrib id-deżert tal-viċin. Fuq kollox, Bell li infiltrat gang u anki pparteċipat magħhom f 'azzjonijiet kriminali li wħud minnhom spiċċaw b'mod dizastruż, poġġew toqol kbir fuqha kemm fiżikament, kemm psikoloġikament u kemm moralment fis-snin ta' wara. Issa wasal iż-żmien ta' vendetta u redenzjoni għaliha anki jekk dan jista' jkun l-aħħar xogħol li tagħmel. Produzzjoni ta' atmosfera tetra u oskura li anqas toħlom li hawn nies jgħixu din il-kwalità ta' ħajja miżera! Destroyer Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Nicole Kidman; Toby Kebbell; Sebastian Stan; Tatiana Maslani; Scoot McNair. Direttrici: Karyn Kusama. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 124 min. Ċert 15. The Mule Atturi Ewlenin: Clint Eastwood; Bradley Cooper; Michael Pena; Diane Wiest; Laurence Fishburne; Alison Eastwood. Direttur: Clint Eastwood. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 15 Films ġodda għal din il-ġimgħa Alita: Battle Angel Ta' 88 sena Clint Eastwood għadu għaddej ħadida, l-aktar bħala direttur. F' The Mulè sab ukoll l-okkażjoni, wara kważi 10 snin, li jaħdem ukoll il-parti prinċipali bħala Earl Stone, raġel ta' kważi 90 sena, li m'għandux flus, jinsab waħdu, bin-negozju tiegħu tal-fjuri fallut. Hawn ikun offrut xogħol isuq vann bid-drogi ta' kartell u ma jkunx jaf b'dan. Ma kull vjaġġ li jagħmel qed imur tajjeb finanzjarjament, it-tagħbija dejjem tiżdied u anki wara qed ikun mgħasses fi triqtu minn kriminali tal-istess kartell. Bil-mod qed jiġi nnotat ukoll minn aġent tad-DEA (pulizija kontra d-drogi), Colin Bates (Cooper). Għalkemm issa l-problema tal-flus mhix se tinkwetah aktar, l-iżbalji ta' qabel qed jifnuh waqt li mhux ċert jekk ikollux ċans jirranġa kollox qabel ikun arrestat mill-pulizija jew maqtul mis-sidien tiegħu, li ma jaħsbuhiex darbtejn jagħmlu hekk. Jekk kemm-il darba din l-istorja tidher esaġerata u li ma titwemminx, ngħid biss li hija ispirata minn artiklu veru tan- New York Times Magazine The Sinaloa Cartel's 90-Year Old Drug Mule ta' Sam Dolnick. F'The Mule Clint Eastwood jerġa' jimpressjona bħala raġel anzjan, xipli, dgħajjef li jkollu jagħmel bilfors dak kollu li jgħidulu. Fuq kollox, jinsab inkwetat li qatt ma ta każ ta' familtu u issa li jinsab finanzjarjament tajjeb però f 'sitwazzjoni allarmanti, irid jirranġa kemm jista' jkun malajr din il- problema. Parti adekwata għall-età ta' dan l-attur bħalma kienet dik ta'; Walt Kowalski fi Gran Torino (2009). Fil-parti tat-tifla miżżewġa tiegħu li ma tkellmux, insibu l-vera tifla tiegħu, Alison Eastwood.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19