Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 | illum Lydan Debono - l-uniku plejer amateur u l-ewwel Malti li wasal mal-aqwa 16 tad-dinja l-pool minn Cristian Antony Muscat Fil-jiem li għaddew, il-plejer ewlieni tal-pool f 'pajjiżna, Lydan Debono, ħa sehem fl-IPA World Championships li saru fi Bradford, l-Ingilterra. Huwa nnifsu tana iktar dettalji. "Bdejt l-ewwel rawnd kontra Ingliż u rbaħtlu tliet settijiet għal xejn bi skor ta' 4-0,4,1,4-2. Għall-aħħar 128 lgħabt ma' Ingliż ieħor Colin Cooper u rbaħtlu tliet settijiet għal xejn bl-iskor ta' 4-1,4-1,4-1. Għall-aħħar 64, titla' polza biex taffronta plejer professjonali li jkun seeded. Jien tlajt biex nilgħab kontra n-numru 19 tad- dinja Drew Hughes minn Wales fejn kont żewġ settijit minn taħt meta tlifthom bl-iskor ta' 4-0,4-2 iżda rnexxieli nirkupra u rbaħt it-tliet settijiet ta' wara bl-iskor ta' 4-1,4-3,4-3 biex għaddejt għal mal-aħħar 32, fejn din id-darba affrontajt lin-numru 15 tad-dinja Dan Davy fejn irbaħtlu bl-iskor ta' 3 settijiet għal xejn bl- iskor ta' 4-3,4-2,4-2. Għal-logħba tal-aħħar 16 ġejt kontra n-numru 3 fid-dinja u s-seed numru 2 biex jirbaħ it-trofew. Din il-logħba kienet murija fuq Sky Sports u rawha madwar 300,000 spettatur. Tlift din il-logħba bi tliet settijiet għal wieħed bl- iskor ta' 0-4,4-2,3-4,0-4. Tajjeb nirrimarka li jien u Clint Azzopardi f 'Novembru li għadda għadna kemm ġejjin mir- rebħ tal-Kampjonat tad- Dinja tad-doubles. Ta' min wieħed iseemi wkoll li t-'top 64' huma plejers professjonali u jien 'amateur' u tlajt l-ewwel darba għal dawn il- kampjonati. Dan filwaqt li jien kont l-uniku plejer amateur li wasalt mal-aqwa 16 tad-dinja u l-ewwel Malti wkoll!" 'Minn ta' età żgħira l-ħolma tiegħi dejjem kienet li nilgħab barra minn Malta u issa din saret realtà' - Godwin McKay minn Cristian Antony Muscat GODWIN McKay - fost l-aqwa talenti żgħażagħ li pproduċa l-futbol f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li bħalissa qed iġorr il-bandiera Maltija b'unur fid-Danimarka. Huwa nnifsu tana iktar dettalji. "Sa minn ta' età żgħira, il-ħolma tiegħi kienet li nilgħab barra minn Malta u li nkun nista' niffoka iżjed fuq il-futbol. Madankollu biex taqbad u titlaq kollox li jkollok f 'Malta u tkun 'il bogħod mill-familja, fejn trid taħseb għal kollox għal rasek u titlaq ġo post fejn ma tkun taf lil ħadd u b'lingwa differenti mhux daqshekk faċli. Però, illum meta nħares lura bla dubju hija l-akbar sodissfazjon u timlieni b' aktar motivazzjoni. Wara prova mal-klabb fl-ewwel diviżjoni, Fremad Amanger, dawn minnufih urew interess għalija. Għamilt prova mal-klabb B93 Kobenhavn, li wkoll kienu interessati fija biex iżommuni magħhom fejn għal raġunijiet tekniċi ffirmajt kuntratt magħhom sal-aħħar tal- istaġun 2018/2019. Bħala esperjenza hija totalment differenti minn dik li kont imdorri fiha f 'Malta. Għall-ewwel darba qed nesperjenza livell għoli ħafna ta' taħriġ, ma' nies professjonali ħafna. Nies professjonali bħad- direttur tekniku tal-klabb tagħna Patrick Mtiliga fejn dan lagħab futbol man- nazzjonal tad-Danimarka kif ukoll mal-Malaga fil- Liga Spanjola. Esperjenzi ġodda oħra huma dawk tal-'Home' u 'Away' meta nkunu se nilagħbu. Pereżempju meta tkun 'Away' tkun trid tipprepara minn ħafna aktar qabel mat-tim kollu biex taqbad tivjaġġa għal logħba, avolja grazzi għall-esperjenzi li kelli man-Nazzjonal, kont digà naqra familjari fuq dan l-aspett. Bħala taħrig u logħob, trid tkun ħafna aktar preparat fizżkament kif ukoll mentalment, fejn f 'dan il- klabb jien il-plejer barrani tagħhom, allura jkun hemm iżjed pressjoni. Bħalissa l-istaġun jinsab wieqaf minħabba l-Winter break u qegħdin naghmlu l-'pre-season' fejn f 'Jannar li għadda kellna tliet logħbiet ta' ħbiberija u matul dan ix-xahar, Frar, għandna 'Training Camp' fit-Turkija." Il-plejer tal-Pool Lydan Debono Il-plejer internazzjonali Malti Godwin Mckay

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19