Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 32 HEKK kif il-kandidat veteran tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola ħareġ kontra l-kandidata Mina Tolu dwar id-dikjarazzjoni tagħha dwar l-abort, l-AD saħqet li l-pożizzjoni tagħha fuq din il-kwistjoni għadha l-istess, jiġifieri kontra anke jekk qablet mal-kandidata li sejħet għal dibattitu rispettuż fuq l-abort. Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-kandidata tal-Alternattiva Demokratika ppubblikat filmat live fuq Facebook u li fih saħqet li f 'Malta ħafna politiċi, kandidati u l-partiti għadhom jibżgħu jsemmu l-abort, b'mod partikolari fi żmien elezzjoni. "Dan għalija huwa frustranti u mhux aċċettabbli," saħqet Tolu. Kien hawn li appellat biex jiefqu kummenti ta' theddid u ta' mibegħda fuq il-midja soċjali meta wieħed jitkellem fuq l-abort u sejħet għal dibattitu rispettuż. "Daqshekk tabù, daqshekk stigma…ejjew nippruvaw noħolqu spazju ta' dibattitu fuq l-abort," saħqet Tolu. "Wasal iż-żmien li nieqfu nagħlqu ħalq ħaddieħor," kompliet tinsisti, anke jekk fl- ebda ħin ma qalet li hi favur l-abort. Cassola jitlob assigurazzjoni mill-AD li tibqa' kontra l-abort Intant, l-eks Chairperson u l-kandidat Arnold Cassola minnufih bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-partit jisħaq li għandha tinħareġ stqarrija biex l-AD tiddisassoċja ruħha minn dawn il-kummenti. Huwa saħaq li filwaqt li jifhem il-punt ta' Tolu u ma jaqbilx ma' kummenti ta' theddid u mibegħda kontra min hu favur l-abort, insista li l-filmat qed "joħloq konfużjoni u ambigwità fost l-elettorat Malti. Fl-ittra, Cassola insista li kien ingħata assigurazzjoni li l-AD hija kontra l-abort meta aċċetta li jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. L-AD tgħid li hi kontra l-abort iżda taqbel mal- kummenti ta' Tolu Min-naħa tagħha lbieraħ, l-Alternattiva Demokratika ppubblikat l-istqarrija u filwaqt li qalet li hi tibqa' kontra l-abort, saħqet li hi temmen li hemm bżonn ta' dibattitu rispettuż li jixraq f 'soċjetà demokratika bħalma tenniet Mina Tolu fil- kummenti tagħha. Mina Tolu għaddiet dawn il-kummenti wara li fl-aħħar jiem, NGO fir-Renju Unit, Abortion Support Network, ħabbret li se testendi s-servizzi tagħha għal Malta u Ġibilita. Din l-NGO toffri informazzjoni kunfidenzjali, lil dawk in-nisa li jkunu jixtiequ jagħmlu abort, u tipprovdilhom kull għajnuna, anke finanzjarja, biex iwettqu abort bl-inqas spejjeż u skariġġ possibbli. F'Marzu tas-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa kienet ippreżentat Position Paper li fiha pproponiet li f 'ċertu każi, l-abort ikun dikriminalizzat u allura ma jibqax punibbli bil- priġunerija, anke għal dawk in-nisa li jagħmlu abort barra mill-pajjiż Il-Fondazzjoni kienet appellat biex l-abort ikun aċċessibbli u jsir b'mod sigur f 'ċerti każi fosthom, stupru, inċest, biex tkun salvata l-ħajja tal-mara, problemi serji fil-fetu, u anke meta hemm riskju ta' mard mentali u fiżiku għall-omm. Battibekk bejn kandidati tal-AD Il-kandidata tal-AD għall-Parlament Ewropew saħqet li mhux aċċettabbli li d-dibattitu dwar l-abort jibqa' tabù. Arnold Cassola jgħid li dawn il-kummenti qed iżidu l-konfużjoni u jitlob assigurazzjoni li l-AD tibqa' kontra l-introduzzjoni tal-abort Mina Tolu Arnold Cassola

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19