Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

FLAĦĦAR erba' snin, f 'Malta, żdiedu b'mod sostanzjali r-reati marbuta mal-pornografija tat-tfal, fejn sa ftit tax-xhur ilu, il-Pulizija qabdet ċirku ta' ħames pedofeli f 'temp ta' jumejn. Dan qalu mal-gazzetta ILLUM l-Ispettur Joseph Busuttil mill-Vice Squad, fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, li spjega kif fl-aħħar erba' snin u nofs, kemm ilu bbażat f 'din l-iskwadra, innota li kull sena qed ikun hemm żieda fir-reati marbuta mal- pornografija tal-minuri. Iżda l-Ispettur mill-ewwel ġibdilna l-attenzjoni fuq il- fatt li marbuta ma' dawn qed jiżdiedu l-każijiet ta' minuri, kważi kważi tista' ssejħilhom tfal, li jibagħtu ritratti intimi tagħhom stess lil xulxin. "Jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri marbuta ma' dawk li tressqu l-Qorti fuq reati ta' pornografija, se tara li dawn żdiedu immens, imma ħafna minnhom huma każijiet ta' minuri li jibagħtu ritratti pornografiċi tagħhom stess lil xulxin," saħaq l-Ispettur. Semma każ partikolari ta' tfajla li kien għad għandha inqas minn 14-il sena, ġibdet filmat tagħha tagħmel affarijiet sesswali u bagħtitu liż-żagħżugħ tamparha li kienet qed toħroġ miegħu. Malli dawn kellhom l-ewwel intopp, iż-żagħżugħ xerred il-filmat ma' sħabu u l-filmat baqa' dejjem jiġri sakemm żagħżugħ tellgħu fuq sit pornografiku barrani. "Allura ġejna f 'sitwazzjoni li kellek tfajla minuri Maltija li filmat pornografiku tagħha kien fuq sit barrani," saħaq l-Ispettur waqt li spjega li sakemm infurmaw lis-sit partikolari li t-tfajla kellha biss 14-il sena, kienu għaddew madwar erba' sigħat. "Dan ifisser li f 'dawk l-erba' sigħat seta' kien hemm min ra u saħansitra niżżel dak il-filmat," kompla l-Ispettur. "Diġà huwa ħażin li tfal jibagħtu filmati tagħhom infushom għarwenin, iżda hawn ilħaqna livell ieħor." Iżda jekk ritratt qiegħed jintbagħat bil-kunsens xorta waħda illegali? Għalhekk, biex nagħmluha ċara, staqsejna lill-Ispettur jekk persuna taħt l-età tkunx qed twettaq reat jekk tibgħat filmat jew ritratt intimu tagħha lil xi ħadd ieħor. L-Ispettur wieġeb fil-pożittiv u saħaq li kellhom każijiet ta' minuri li tressqu l-Qorti fuq każijiet simili. Iżda apparti minn hekk, l-Ispettur Busuttil kompla jispjega li kull min qiegħed iżomm għandu ritratt jew filmat pornografiku li fih tidher persuna taħt l-età, qiegħed iwettaq reat kriminali. "Anke jekk iżżomm għandek ritratt wieħed pornografiku ta' minuri, mingħajr ma xerridtu, dan huwa illegali," insista l-Ispettur. "Biex nagħmluha ċara. Anke jekk għandek żewġ minuri li qed jibagħtu ritratti pornografiċi tagħhom lil xulxin u qed iżommuhom, dak huwa illegali." 'Ħafna minuri ma jifhmux il-konsegwenzi li qed iġibu b'idejhom' "Dawn saru każijiet komuni u żdiedu ħafna," saħaq l-Ispettur tant li bħalissa l-Vice Squad għaddejja b'numru ta' kampanji ta' għarfien fl-iskejjel. "Ilna sentejn induru l-iskejjel u nixtiequ li sas-sena d-dieħla nkunu dorna l-iskejjel kollha." Kien hawn li wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li ħafna minuri ma jifhmux il-konsegwenzi li jġibu b'idejhom stess meta jibagħtu ritratti intimi tagħhom. "Insa li titressaq il-Qorti... immaġina tikber u ssir pulizija, tkun għalliem jew toħroġ għall-politika jew tkun sempliċiment ġenitur u jfeġġ ritratt tiegħek għarwien meta kellek 16-il sena. Qatt ma tista' tgħid x'sar minn ritratt" saħaq l-Ispettur. Fil-fatt, l-appell tiegħu lill-istudenti dejjem ikun li qatt mhu se jiggwadanjaw xejn għax jibagħtu ritratt intimu tagħhom. "Titilfu biss tistgħu," jgħidilhom Busuttil. 'Ġenituri, mingħajr ma jafu, xerrdu ritratti pornografiċi ta' wliedhom' Iżda apparti dan, din l-iskwadra qed titkellem u tqajjem kuxjenza wkoll fost il-ġenituri, għax fi kliem l-Ispettur, kien hemm każijiet ta' ġenituri li mingħajr ma jafu u mingħajr ma jridu, kienu huma stess li qed jgħaddu pornografija tal- minuri lil ħaddieħor. "Ikollok ġenituri li bla ma jridu jtellgħu xi ritratt tat-tfal tagħhom qed jieħdu banju. Dan huwa illegali anke jekk warajhom ma jkun hemm l-ebda intenzjoni ħażina. Imma tkun qed tistieden lil min għandu intenzjoni ħażina li jniżżel dawn ir-ritratti u jxerridhom," kompla jispjega l-Ispettur Bonnici. Waqt li konna qed nitkellmu fuq każijiet ta' pedofelija, staqsejna lill- Ispettur jekk jinnutax xi fattur komuni fil-każijiet ta' pornografija tat-tfal u mill- ewwel wieġeb li ħafna drabi, il-pedofeli jkunu persuni li jkunu ġew abbużati meta kienu għadhom tfal. "Ma jfissirx li dejjem ikunu persuni li ġew abbużati, imma ħafna drabi ninnutaw din it-tendenza," saħaq Bonnici u kien għalhekk li appella dwar l-importanti li tfal li jkunu ġew abbużati sesswalment jingħataw mill- ewwel l-għajnuna li jkollhom bżonn. 'Anke adulti li jibagħtu ritratti intimi tagħhom qed iwettqu reat' Diġà missejna ma' każijiet ta' revenge porn, jiġifieri każijiet fejn raġel jew mara jxerrdu filmati intimi tal-eks sieħeb jew sieħba tagħhom, biex "ipattuha" lil xulxin. Għalkemm dawn huma każijiet li ħafna drabi illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 8 Ir-reati ta' pornografi ja tat-tfal qed jiżdiedu iżda ħafna minnhom huma minuri stess li jibagħtu ritratti intimi tagħhom lil xulxin. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Ispettur Joseph Busuttil. Kemm huma komuni dawn il-każijiet? Pornografi ja meta hi illegali? X'każijiet ġodda qed jiltaqgħu magħhom? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 'Qed jiżdiedu ħafna l-każijiet ritratti pornografiċi tagħhom 'Illegali anke jekk żewġ minuri qed jibagħtu ritratti intimi lil xulxin'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19