Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988
10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar2019 ISSEGRETARJU Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li ma jistax jispekula dwar jekk il-partit hux se jkun qed jitlef it- tielet siġġu fil-Parlament Ewropew wara l-elezzjoni ta' Mejju li ġej. Mistoqsi mill-ġurnalisti, waqt konferenza dwar il- Kunsill Ġenerali li se jibda jitlaqqa' mil-lum, Puli qal li jista' jieħu biss indikazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika iżda insista li ma jafx x'se jkun ir-riżultat tal-elezzjoni. Madanakollu huwa rrefera għall-aħħar elezzjoni tal- Parlament Ewropew u qal li l-Partit Nazzjonalista tella' t-tielet siġġu bi żbrixx. "Hemm bżonn nagħmlu pass lura u naraw għalfejn il-partit li kkampanja għal sħubija fl-UE qatt ma rebaħ elezzjoni tal-MEPs," kompla Puli waqt li kompla jgħid li jekk wieħed iħares aktar lura jista' jkollu indikazzjoni dwar x'qiegħed jaffettwa r-riżultati elettorali tiegħu. Intant, dwar il-Kunsill Ġenerali bit-tema 'Flimkien għal Pajjiżna,' Puli qal li l-PN se jkun qed jiddiskuti l-ħidma li se twassal lill-partit għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali tal-25 ta' Mejju li ġej. Insista li din kienet l-ewwel sena sħiħa tat- tmexxija l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista, u li fi kliemu kienet waħda ta' tisħiħ fl- organizzazzjoni, fil-finanzi tal-partit u fl-inizjattivi Parlamentari. Fost oħrajn irrimarka li l-Partit żied 1,700 tesserat ġdid u li skontu dan ifisser l-ogħla ammont ta' tesserati fi 13-il sena u fakkar fil- programm ta' taħriġ għaż- żgħażagħ 'Future Leaders' u t-twaqqif tal-fergħa l-ġdida għaż-żgħażagħ 'Team Start PN'. 'Irridu nħarsu lura u naraw għaliex qatt ma rbaħna l-elezzjoni tal-MEPs' Aħbarijiet Il-Proġett tal-Mina bejn Pembroke u Ta' Qali €44 miljun f'titjib fil-kwalita u l-provvista tal-ilma li jasal għand il-konsumatur Mina taħt l-art b'tul ta' 9.5 kilometri u wisa' ta' 3 metri €420,000 irankati fis-sena b'immodernizzar bl-aħħar teknoloġija 3,000 tunellata ta' pajpijiet l-ewwel tat-tip tagħhom f'pajjiżna ...sal-ġibjuni f'Ta' Qali Mir-Reverse Osmosis ta' Pembroke... DBRS jikkonfermaw il-grad ta' Malta fil- livell ta' A High LAĠENZIJA internazzjonali tal-kreditu DBRS, ikkonfermat ir-rating 'A High' għal Malta u dan wara li fl-aħħar ġimgħat l-aġenziji Moody's u Fitch ukoll ikkonfermaw il-qagħda finanzjarja tajba tal-pajjiż. Fir-rapport tagħha, id- DBRS innutat li l-andament ekonomiku tal-pajjiż baqa' b'saħħtu, bit-tkabbir tal-prodott domestiku gross ikun dak ta' 7.5%. Iżda tkompli tgħid ukoll li dan it-tkabbir, b'mod partikolari meta wieħed iqabblu ma' dak ta' pajjiżi oħra Ewropej, mistenni jibqa' wieħed għoli, anke jekk ir-ritmu ekonomiku mistenni jnaqqas xi ftit. Spjegat kif din il- klassifikazzjoni ta' Malta ġejja partikolarment mid- dipendenza baxxa tagħha fuq il-finanzjament estern, il-livell dejjem jonqos tad-dejn pubbliku u anke l-qagħda finanzjarja tal-familji. Dwar is-suq tax-xogħol, id- DBRS tinnota l-qgħad baxx u anke kif il-ħaddiema barranin qegħdin jikkontribwixxu għall- ekonomija u għall-kompettività billi qed iżommu l-pressjoni fuq il-pagi. L-analisti, ibassru wkoll li l-pajjiż mistenni jibqa' jkollu surplus ta' madwar 1% sal- 2021. Dan il-bilanċ fil-finanzi tal-Gvern flimkien mat-tkabbir ekonomiku jkomplu jbaxxu r-rata tad-dejn paragun mal- prodott domestiku gross. Ikomplu jgħidu li dan ir-rating mhux probabbli li jkompli jikber jekk ma jonqos aktar id-dejn tal-Gvern u li l-qagħda finanzjarja tal-Gvern marret tajjeb anke minħanbba l-programm taċ-ċittadinanza b'investiment. Dwar l-Air Malta u l-istrutturar tagħha, l-analisti jisħqu li kompetizzjoni fis- settur tal-avvjazzjoni tista' toħloq sfidi ġodda lil-linja nazzjonali tal-arju. L-Aġenzija waslet għall-evalwazzjoni mill- indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ma jgħidx jekk il-PN hux se jkun qed jitlef it-tielet siġġu fi l-Parlament Ewropew