Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum problemi mentali jew le skont l-iskopijiet politiċi tħoss, fost oħrajn. Tisħaq illi għalhekk tħoss li hemm ċerti nies li mhux la kemm toħroġhom minn istituzzjoni, għax trid tara illi dawn mhumiex periklu serju fuq is-soċjetà. 'Persuni psikotiċi jistgħu jibdew jemmnu kollox, jisimgħu l-vuċijiet, jemmnu u jgħidu stejjer' Nistaqsiha allura f 'liema stat persuna trid tkun biex tiddaħħal f 'isituzzjoni fejn isir trattament ta' saħħa mentali. Tibda billi tfakkar li hemm żewġ tipi ta' problemi ta' saħħa mentali: problemi newrotiċi u problemi psikotiċi. Tispjega illi dawk newrotiċi għandhom x'jaqsmu ma' dippressjoni jew OCD filwaqt li dawk psikotiċi huma differenti u jitrattaw it-telfien tal-kuntatt mar- realtà. B'hekk dawn tal- aħħar jinkludu paranoja u skizofrenija u oħrajn. "Persuni psikotiċi jistgħu jibdew jemmnu kollox, jisimgħu l-vuċijiet, jemmnu u jgħidu stejjer, jemmnu li huma 'chipped' jew li xi ħadd qed isegwihom jew inkella ma jafdawx... jirreżistu u ma jaċċettawx li jingħataw il-mediċina u allura jkollhom jintbagħtu l-isptar." Tgħid illi llum ma tidħolx fi sptar tas-saħħa mentali għal ħajtek, "imma l-proċess huwa twil u l-persuna għandha bżonn il-kura u l-familja," tfakkar Dimech li ssostni wkoll imma li l-wens u l-għajnuna mhux dejjem tista' tingħata. 'Pillola waħedha mhix se tbiddillek ħajtek' Indur fuq xi ħaġa differenti. Mhux neċessarjament kulħadd jaf id-differenza bejn psikologa u psikjatra. Tista' tispjega aħjar? Il-Psikologa tfakkar illi l-psikjatra huwa t-tabib li jispeċjalizza primarjament fuq is-saħħa mentali. "Jiġifieri meta jkollok bżonn mediċina għand psikjatra trid tmur...imma l-psikologa u l-psikjatra jaħdmu ħafna flimkien. Inti pillola waħedha mhux se tbiddillek ħajtek, trid titgħallem kif taħseb, kif tħobb lilek innifsek, kif iġġib ruħek, kif tikkontrolla ħajtek u kif tibni l-fiduċja fik innifsek," tgħid Mariella Dimech mal- ILLUM. 'L-ansjetà twassal għall- ossessjonijiet' Imma persuna kif se tkun taf li dipressata u mhux sempliċiment naqra dwejjaq ta' mument? "Ikunu jafu, mela imma ħafna drabi jaħbu dak li qed iħossu, speċjalment meta jbatu minn ansjetà." U x'inhi ansjetà? "L-ansjetà twassal għall- ossessjonijiet, impulsività, telf ta' kunfidenza u stima tiegħek innifsek, toħloq l-istress u ġġiegħel persuna ma tħosshiex tajba." Tgħid illi l-akbar tħassib tagħha huwa s-solitudni li ħafna drabi jsibu ruħhom fiha dawk li qed ibatu minn problemi ta' saħħa mentali. "Għandhom bżonn relazzjonijiet u li jkunu jafu li hemm min jimpurtah. Inħoss li dan kollu huwa nieqes." 'M'għandniex nużaw persuna li għandha problemi ta' saħħa mentali għal skopijiet politiċi' Mingħajr ma nistaqsiha Dimech tagħmel punt partikolari, punt pjuttost b'saħħtu dwar dak il-famuż filmat ta' Mario Portelli, eks uffiċjal tal-Pulizija. Ċara fi kliemha tgħid li "m'għandniex nużaw persuna li għandha problemi ta' saħħa mentali għal skopijiet politiċi... dak il-filmat weġġa' lill- persuna (Portelli) u kieku jinduna sew, lil hinn mill- episjodju psikotiku li kien qed jagħmel iweġġa', weġġa' lill-familja tiegħu... imma tant nies f 'dan ma ħasbux. Ħasbu biss fil-bżonnijiet personali tagħhom," sostniet fir-rigward tal-aġenda politika. Fil-fatt dak li qal Portelli kien emmnut jew diskreditat fuq il-bażi tal- affiljazzjoni politika tal- persuna li qed tirreaġixxi; jekk dak li qed jgħid idoqqlok għal widnejk mela m'għandux problemi mentali, imma jekk ma jdoqqlokx għal widnejk, mela hemmhekk iva għandu problemi mentali. "Dejjaqni li n-nies iddeċidew jekk dan il- bniedem għandux problemi jew le skont l-iskopijiet (politiċi)." Imma kellhom jintużaw il-Pulizija? "Missieru ċempel lill- Pulizija. U għaliex taħseb? Għax xi ħadd li jkollu episodju psikotiku jirrifjuta l-għajnuna u jirrifjuta l-mediċina. Sfortunatament mhux sabiħ taraha u wisq inqas ikun hemm filmat tagħha." 'Mit-twelid nibdew bil- firda... il-firda mill-ġuf ' U allura ngħalqu bil- mistoqsija dwar il-mewt u l-firda. Kemm tħalli effett psikoloġiku qawwi s-separazzjoni minn ma' xi ħadd li tant inħobbu? Mariella Dimech tgħid illi fit-twelid stess nibdew bis-separazzjoni. "Is- separazzjoni tal-omm mill- ġuf, noħorġu nibku għax m'għadniex fil-kumdità tal-ġuf." Filwaqt li qalet illi s-separazzjoni dejjem se ġġib magħha d-dwejjaq, uħud jistgħu jittoleraw is-separazzjoni iktar minn ħaddieħor. "Skont it-trobbija. Jekk meta kont għadek żgħir is-separazzjoni kienet tfisser sensazzjoni ta' vojt u trawma mela allura s-separazzjoni se tbeżżgħek aktar meta tkun adult. Min- naħa l-oħra jekk titgħallem li minkejja s-separazzjoni l-ħajja jeħtieġ tkompli u tkun indipendenti, mela allura tkun tgħallimt l-iktar ħaġa importanti f 'ħajtek." Mariella Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019