Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
12 Intervista illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 I llum kulħadd jgħix ħajja mgħaġġla. Mid-dar għax- xogħol, mix-xogħol għad-dar u l-ħin kollu għaddejjin bla waqfien u bla mistrieħ. Jgħidu li l-problemi ta' saħħa mentali allura qed jiżdiedu hekk kif qed jiżdied l-istress. Imma vera qed jiżdiedu l-problemi ta' saħħa mentali? Jew sempliċiment aktar nies qed jersqu għall-għajnuna? Jew it-tnejn? Mariella Dimech, psikologa, tgħid li r-risposta għal dawn il-mistoqsijiet hija "t-tnejn"... "Illum hawn ħafna iktar għarfien fuq kull livell; tfal, adoloxxenti u anke adulti tal-problemi ta' saħħa mentali. Illum in-nies jafu x'inhi OCD, depression..." Dimech sotniet mal- ILLUM ukoll iżda li l-problemi nbidlu wkoll aktar milli żdiedu u tippunta subgħajha lejn żewġ fatturi; il-fatt li llum ħafna iktar nies qed jikkunsmaw ċerti drogi u anke alkoħol u t-tieni, il-fatt li llum hawn iktar ċans u attivitajiet li jwasslu lill-persuna jkollha vizzju, il-vizzju ta' Facebook, tal- internet... m'hemmx dak iċ-ċans li persuna tieqaf u taħseb fejn qiegħda ħajjitha." Hi tgħid mal-ILLUM li meta għandek soċjetà illi dejjem qed tagħmel iktar użu mid-droga, anke jekk min qed jagħmel dan l-użu jnaqqas jew jieqaf mid- drogi "xorta dak li jkun qed imiss il-bilanċ kimiku." Hi tgħid li aktar kemm persuna tagħmel użu mid- droga kmieni f 'ħajjitha aktar jikber iċ-ċans ta' ħsara. "Il-moħħ ta' persuna adoloxxenti ma jkunx żviluppat kompletament... inti tkun qed tabbuża minn sustanzi li jbiddlulek l-istat ta' moħħok, li jbiddlu l-iżvilupp emozzjonali tiegħek, li jbiddlu l-mod kif titratta problemi u kwistjonijiet f 'ħajtek," sostniet b'ċerta passjoni Dimech. 'Il-ħaxixa tista' tkun perikoluża ħafna' Imma ngħidilha tagħtini eżempju ta' kif, pereżempju l-kokaina tagħmel effett. Nirrimarka li soċjalment, illum jidher li l-kokaina hija l-aktar droga li qed tintuża. Imma l-psikologa hija kawta dwar jekk fil-fatt il- kokaina hijiex l-aktar droga li tintuża u tfakkar li ħafna mill-konklużjonijiet f 'dan is-sens ġejjin minn numri ta' kemm nies imorru għall- għajnuna u mhux kemm verament hemm nies li qed jagħmlu użu minn drogi. "Il-verità imma," tibda tispjega, "hija li l-istimulanti, bħall-kokaina, saru normalizzati mal- adulti. U qed nitkellmu fuq adulti li għandhom impjieg tajjeb, karriera, li għandhom xi negozju..." tgħid Dimech bħal donnha biex tmewwet il-perċezzjoni ta' xi wħud li l-użu tad-droga hija relatata ma' klassi. "Hemm stimulanti li huma normalizzati, imma hemm ukoll il-ħaxixa li ġiet dikriminalizzata," qalet mal- ILLUM qabel imbagħad fakkret li l-użu ta' din id-droga mhix sigura daqs kemm hemm min jgħid li hi, jew għall-inqas mhix sigura għal kulħadd. "Hemm ċerti nies li huma vulnerabbli imma li ma jafux, ma jafux li huma f 'periklu li jkunu psikotiċi... ħafna jaħsbu li l-ħaxixa ma tagħmilx ħsara għax hija 'soft drug', imma tista' tkun perikoluża ħafna," tinsisti. "Kelli klijenti li batew minn episodji psikotiċi meta użaw l-ismoke... għax dan ħadd ma jaf kif se taffettwak din, ħadd ma jaf x'inhu l-bilanċ kimiku tiegħu. Jiġifieri joqogħdu jgħidu li kollox sew l-użu tal-ħaxixa, imma inti lil ibnek jew lil bintek tagħtihom 'joint'? Le hux?" wieġbet rettorikament Mariella li kompliet tistaqsi mela allura la mhix tajba, għaliex tittieħed mill-adulti. 'Ħafna drabi jkun hemm min isir 'high' biex jaħarab r-realtà' "Hemm nies iqumu filgħodu u jkollhom bżonn smoke... li allura turi li din id-droga tista' ssir dipendenti fuqha wkoll. Li tagħmlek inqas fuq l-allert, li tnaqqaslek is-saħħa tas- sensi... Dak il-ħin tħossok tajjeb, imma wara jkollok problemi," tgħid Dimech mal-ILLUM. Hija ssostni illi l-problemi ma jidhrux meta tkun fuq l-effett tad-droga iżda wara, meta persuna tkun dipressata jew ikollha nuqqas ta' ħeġġa, dipendenti u bla motivazzjoni u dan biex ħafna drabi taħrab mir- realtà. "Ħadd ma jieħu drogi biex isir dipendenti. Ħafna drabi jkun hemm min isir 'high' biex jaħarab ir-realtà. Jiġifieri jaħrab mill- problemi kull darba li jkun hemm problemi, imbagħad meta jikber u jiżżewweġ x'se jagħmel, meta jkollu l-problemi? Jew jibqa' jieħu biex jaħrab mir-realtà jew inkella jkollu l-problemi għax dejjem ħarabhom, qatt ma ffaċċjahom" insistiet. Spjegat kif oħrajn jieħdu d-droga biex bħal donnhom ifejqu lilhom infushom għax meta jieqfu jieħdu d-droga u jibdew xi programm jibdew ħerġin il-vera problemi. Problemi bħall- ansjetà, id-dipressjoni jew diżordni tal-personalità, li fil-fatt dejjem kienu hemm imma kienu jinħebew wara d-droga. Huwa hawn li mbagħad persuna tibda tfieq." Jibdew jgħixu individwalment u separati minn xulxin u allura tonqos l-intimità Induru fuq ir-relazzjonijiet u ż-żwieġ. Kemm tiltaqa' ma' nies li forsi jħossuhom f 'nasba fiż-żwieġ tagħhom forsi għax m'għadhomx iħobbu lil xulxin jew għax hemm akkumulazzjoni ta' problemi u diżgwid? "Id-dinamiċi tal-familja qed jinbidlu," tgħid Mariella hekk kif l-irwoli tar-raġel u l-mara nbidlu. Tfakkar illi kemm ir- raġel u anke l-mara llum għandhom opportunitajiet biex jikbru bħala individwi. "Li jiġri huwa li jibdew jgħixu individwalment u separat minn xulxin u allura tonqos l-intimità, waħda mit-tliet fatturi ta' relazzjoni b'saħħtiha (intimità, impenn u passjoni). Ladarba l-initmità tonqos, iż-żwieġ jibda jbati." Hi appellat biex koppji li qed iħossu illi għandhom problemi biex ifittxu l-għajnuna professjonali, "l-ewwel nett għax nies madwarhom se jagħtuhom il-pariri skont il-valuri u s-sitwazzjonijiet tagħhom u t-tieni għax dawn se jkollhom iktar familjarità lejn naħa milli lejn oħra u allura jkunu inqas oġġettivi." 'Dawk abbużati ġeneralment jitilfu lilhom infushom' Minn problemi fiż-żwieġ, immorru għal relazzjonijiet abbużivi. Kemm hu ikrah l-effett fuq vittma ta' vjolenza domestika? U kif il-vittma ġieli terġa' tmur mal- persuna li tkun abbużatha? Dawk ta' madwarha mhux preparati u ħafna drabi meta l-vittma tmur lura mal- persuna li abbużatha tiġi mgħajra li hija 'injoranta' u li allura 'ħaqqha s-swat li qed taqla'. X'parir tagħti lil min ikollu din ir-rabja, forsi ġġustifikata, lejn il-vittma? "Frustrazzjoni tkun aktar minn kollox. Diffiċli vera din is-sitwazzjoni għax dawk abbużati ġeneralment jitilfu lilhom infushom, jitilfu l-indentità tagħhom u jitilfu s-sens tal-identità li issa ssir kompletament marbuta ma' dawk li qed jabbużawhom." Hi tgħid illi dawn il- każijiet jeħtieġu ħafna xogħol u paċenzja. "Biex tagħmel pass persuna jrid ikun hemm ħafna għajununa. Il-vittma tagħmel pass meta temmen u tagħraf min hi." Imma l-vittma ta' vjolenza domestika tispiċċa vittma għax għandha partikolarità fil-karattru jew minħabba sitwazzjoni tinħoloq? Dimech tgħid illi tista' tinħoloq, imma fil-fatt hemm ċerti kwalitajiet f 'persuna li tkun il- vittma li lejhom ikun attirat l-aggressur. "Min jabbuża huwa ġeneralment attirat lejn tip ta' karattru, inkonxjament, bħalma pedofelu lejn tip ta' tfal. L-aggressur ikun attirat lejn dak il-karattru li se jħalli l-abbuż għaddej." Hi sostniet illi ġeneralment il-vittma ma tkunx assertiva biżżejjed u allura biex ma tibqax tkun il-vittma ta' vjolenza tkun teħtieġ taħdem fuq id-dgħufijiet tagħha. U l-agressur ġieli fittex l-għajnuna? "Kelli klijenti li ġew fuqi għall-għajuna mela, nies li jkunu jabbużaw emozzjonalment," tgħid filwaqt li tispjega l-karattru ta' narċissist, persuna li tkun ġeneralment pussessiva u li tista' tkun agressur f 'abbuż fiżiku jew emozzjonali. Tgħid li biex tegħleb din il-problema persuna li hija agressur jeħtieġ tara għandhiex il-kapaċità li turi empatija u li turi illi taf Il-Psikologa Mariella Dimech titkellem mal-ILLUM dwar l-eett tad-drogi fuq ħajjitna u l-psikoloġija tagħna, l-eett tas-seperazzjoni l-mewt, l-eett taż-żwieġ għaddej minn żmien ħażin u kif m'għandniex nużaw persuni bi problemi ta' saħħa mentali għal skopijiet politiċi... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Persuni psikotiċi jistgħu jibdew jemmnu kollox, jisimgħu l-vuċijiet, jemmnu u jgħidu stejjer, jemmnu li huma 'chipped' jew li xi ħadd qed isegwihom " " In-nies iddeċidew jekk (Mario Portelli) għandux problemi