Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum Suċċess għall-Mountain Bikers Maltin Sqallija minn Cristian Antony Muscat MARK Bonnici (Agones SFC), Maurice Formosa (The Cyclist) u Patrick Scicluna (FRM Racing Team Sicilia), uħud mill-aqwa ċiklisti lokali u membri tal- Malta Mountain Bike Association reċentement ikkompetew fix-XCO Castello Donnafugata, tellieqa li saret f 'Castello Donnafugata fil- provinċja ta' Ragusa. Ir-rotta li ċ-ċiklisti Maltin ikkompetew fiha kienet tikkonsisti f 'rotta b'dawra ta' 3.2km - in-numru ta' dawrien li kienu ħa jagħmlu ċ-ċiklisti kienet tiddependi fuq il-Kategorija li kienu qegħdin jikkompetu fihom. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li minkejja d-distanza qasira tad-dawra, din il- korsa tkun teknika ħafna, magħmula minn għoljiet u nżul wieqfa u bosta tidwir u dawriet qosra. Maurice Formosa, ir-rebbieħ preżenti tal-Mountain Bike ħa sehem fil-Kategorija Master 2 li rat kamp ta' dsatax-il parteċipant. Din il-kategorija kienet tikkonsisti minn korsa ta' seba' dawriet. Il-kategorija kienet miġġielda sew, magħmula minn uħud mill-aqwa ċiklisti ta' l-Italja. Formosa ta ġlieda tajba biex spiċċa fit-tielet post fil-kategorija tiegħu. Formosa spiċċa bi sprint tajba fl-aħħar parti tat- tellieqa biex jieħu t-tielet post. Formosa spiċċa f 'ħin ta' siegħa u 27 minuta. Sadanittant Patrick Scicluna, li tellaq għat-tim Sqalli FRM Racing Team Sicilia ħa l-unur għall- kuluri l-ġodda tiegħu meta simili għal Formosa kiseb it-tielet post fil- kateogrija tiegħu. Il- Kategorija Master 4 kienet ukoll miġġielda sew, tant li Scicluna kellhu battalja diffiċli. Scicluna ngħaqad mal-kollega Alessandro Spampinato biex jagħti lit-tim tagħhom żewġ postijiet fuq il-podju. Ir-rotta ta' ħames dawriet tlestiet minn Scicluna fi żmien siegħa u żewġ minuti. Għalkemm Mark Bonnici kellu bidu tajjeb ħafna, inċident fir-raba' dawra rriżulta fi ħsara fir-rota tiegħu li ġegħlitu jirtira. Patrick Scicluna Mark Bonnici Maurice Formosa Patrick Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019