Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
Sports 30 illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Kollox beda meta kont insegwi lit-tim favorit tiegħi AC Milan fi żmien meta dan it-tim kellu plejers kbar bħala Marco Van Basten u Dejan Savicevic. Minn dakinhar bdejt nimita ħafna l-mossi tagħhom u kelli ħolma; dik li nsir plejer tajjeb u nilħaq livelli għoljin. Missieri kien jilgħab il-futbol ukoll u għalhekk iktar ikkontribwixxa sabiex inkompli din in-namra f 'dan l-isport tant sabiħ. Int lgħabt futbol fis-Serbja? Le, jien qatt ma lgħabt futbol hemmhekk. Twelidt l-Afrika u għext ukoll għal ftit żmien fis-Serbja. Kif spiċċajt Malta? Konna ġejna flimkien bħala familja f 'Malta għal btala. Kull membru tal- familja tagħna ħassu ferm kuntent fil-gżejjer Maltin tant li wara ftit iddeċidejna li niġu noqogħdu hawn. M'hemmx dubju li l-istaġun 2006/2007 jibqa' wieħed mill-aqwa għalik anke għax skorjajt 31 gowl ma' Marsaxlokk. X'tiftakar minn dak iż-żmien? Bħala kampjonat lokali naħseb li għandek raġun. Dak kien l-aqwa staġun tiegħi. Għandi memorji ferm sbieħ ma' dan it-tim. Konna grupp ta' plejers ferm magħqud, bi dressing room tajba u atmosfera sabiħa bejn kulħadd. U meta tirbaħ il-kampjonat ma' Marsaxlokk mhux xi ħaġa komuni iżda ferm speċjali. Ara li kieku tgħidli li ħadu l-kampjonat Valletta qed ngħidu li hija xi ħaġa normali. Iżda li raħal bħal Marsaxlokk jieħu l-kampjonat, dak iż-żmien kienet xi ħaġa kbira. Imbagħad mort tilgħab barra minn Malta. Kif kienet l-esperjenza fl-ewwel snin tiegħek barra minn xtutna? Fil-verita' kien spiċċali l-kuntratt minn max-Xlukkajri u ttantajt xortija barra minn Malta. Kelli żewġ esperjenzi fil- Bulgarija li ma tantx kienu daqshekk pożittivi. Forsi wkoll għax ma kontx daqshekk fortunat. Madankollu għamilt żmien ukoll nilgħab fl-Italja ma' Cisko Roma fejn hemmhekk komplejt niżviluppa l-ħiliet tiegħi. Wara kellek iċ-ċans tmur il-Bulgarija ma' Lokomotiv Sofia. Xi tgħidli dwar dan it-tim? Ma' Lokomotiv Sofia kellna ċ-ċans nikkwalifikaw għall-UEFA Europa League. Kelli aktar offerti minn diversi timijet iżda kien proprju magħhom li ħassejtni komdu. Aktar tard ingħaqadt ma' Barnsley. Kif ħassejtek ma' dan it-tim? Niftakar li skawts minn dan it-tim ġew jaraw xi plejers. Konna lgħabna d-derby tant akkanit kontra Levski Sofia. Jien kont spiċċajt irbaħt l-unur tal-aqwa plejer tal-partita. Konna rbaħna 1-0 u skorjajt il-gowl rebbieħ. B'sorpriża iżda b'sodisfazzjon kbir kienu kkuntattjawni għax kienu impressjonati bija. B'hekk spiċċajt l-Ingilterra. Hemmhekk ħadt sehem f 'kampjonat interessanti u dan kollu tani aktar kuraġġ f 'din il-karriera ta' plejer tal-futbol. Imbagħad kont mort ma' Sheffield United. Ilħaqtu hemm lil Justin Haber? Le, Justin kien telaq ftit qabel. Sheffield United kienet esperjenza tajba ħafna. Vera li ġejna relegati u kellna ħafna tlugħ u nżul f 'dak l-istaġun partikolari minħabba tibdil ta' kowċis iżda fuq kollox kienet esperjenza ferm sabiħa għalija. Minn Sheffield United bqajt l-Ingilterra u mort ma' Blackpool... Ma tantx kont bdejt l-esperjenza b'mod pożittiv ma' dan it-tim minħabba li weġġajt u kelli nagħmel seba' ġimgħat barra. Kien daħal ħaddieħor minfloki u għalhekk meta rkuprajt mill-injury kelli mmur b'self ma' Notts County. Spiċċajt l-istaġun magħhom għalkemm kelli wkoll offerti minn Rochdale u Portsmouth. Imbagħad ġejt lura Malta. Kif kienet dik l-esperjenza? Ma' Valletta kelli intopp ma' Mark Miller u għalhekk kont mort ma' Floriana. Niftakar li dik ma kinitx esperjenza sabiħa minħabba li għamilt ħames xhur ma tħallastx u għalhekk bdiet takkumula fija ħafna frustrazzjoni. Dak iż-żmien il-president kien Steven Vaughan u ma kienx ħallas ċenteżmu għal ċertu perjodu taż-żmien lill- plejers. Meta ħareġ iċ-ċekk skoprejt li l-kont li kien hemm kien ineżistenti. Minn dakinhar 'l hawn bdejt ngħarbel x'għandi nagħmel u hekk iddeċidejt li mmur nilgħab Għawdex. Ma' min lgħabt f 'Għawdex? Niftakar li għamilt sitt xhur nilgħab ma' SK Victoria Wanderers għal sitt xhur. Fl-istaġun ta' wara riduni Xewkija Tigers u aċċettajt bil-qalb kollha għax naf li għandhom klabb serju u organizzat. Ninsab għal qalbi tant li bqajt hawn u f 'dawn l-aħħar erba' snin irbaħt 16-il tazza. M'hemmx dubju li l-president Jeffrey Farrugia għandu fiduċja fik... Nista' ngħidlek li Xewkija Tigers qishom il-familja tiegħi. Ili hemm issa u kuntent b'dan il-klabb ferm organizzat. Huma ma jiddejqux jitolbu l-parir tiegħi wkoll u kien hemm pass 'il quddiem f 'ħafna oqsma. Illum il-ġurnata stabbilixxew ruħhom bħala wieħed mill- aqwa timijiet Għawdxin. Intom għandkom tim b'saħħtu fejn apparti lilek għandhom ukoll plejers oħra bħal Claudio Antunes u Shaun Bajada... Ifhem irid ikollok skwadra b'saħħitha biex tiġġieled kontra timijiet rinomati bħal Nadur Youngsters u Victoria Hotspurs. Hija ġlieda bejn tlieta għal dan l-istaġun. Taħseb li dawn it-timijiet jistgħu jagħmluha għall-kampjonat Premier? Nemmen li iva, nistgħu nagħmluha f 'dan il-kampjonat. Ma rridx inkun prużuntuż u ngħidlek li nistgħu nisfidaw għat-titlu iżda faċilment nistgħu nikkompetu mat-timijiet li jinsabu lejn in-naħa t'isfel tal-klassifika. Jien u Shaun Bajada konna nilagħbu mat-tim nazzjonali Malti. Jiġifieri nġorru dik l-esperjenza neċessarja. Meta lgħabna fl-FA Trophy tinsiex li aħna jkollna erba' barranin u tim tal-Premier ikollu sebgħa. Jiġifieri dik ukoll tagħmel differenza. Taqbel li jkun hemm aktar barranin fil-kampjonat Malti? L-ewwel nett klabbs Għawdxin ma jdaħħlux daqs dawk Maltin. Jien ngħid li jekk ikun hemm Maltin u barranin ta' klassi, il-kampjonat Malti jogħla. L-impatt tal-plejers barranin jekk ikun 'Biex tasal fejn wasalt jien trid torqod Cristian Antony Muscat Daniel Bogdanovic - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti matul dawn l-aħħar snin u li għamel isem għalih kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra minn xtunta speċjalment ma' Sheeld United u Barnsley - Ingilterra. Ix-xewqa prinċipali tiegħi hi li mmur nikkowċja barra minn Malta... Ħafna nies daħku bija meta għedtilhom hekk iżda jien naf xi rrid " " Meta int tilgħab barra minn Malta tkun għamilt il-qabża l-karriera tiegħek. Plejers bħal Michael Mifsud, Carmel Busuttil, Andrè Schembri u John Buttigieg għamlu l-qabża għax kellhom iċ-ċans jilagħbu barra minn xtutna " "