Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
Sports 28 illum Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Kayleigh Busuttil Fitzpatrick ... L-istilla tal-futur tat-tennis f'pajjiżna minn Cristian Antony Muscat KAYLEIGH Busuttil Fitzpatrick - tennista li għalkemm għad għandha biss disa' snin qed turi biċ-ċar li għad tkun waħda mill-aqwa tennisti f 'pajjiżna tant li tista' tiġi deskritta bħala l-istilla tal-futur tat- tennis. F'dan l-artiklu se nkunu nafu aktar. Sa minn ċkunitha Kayleigh kienet issib ruħha tara lil ħuha jilgħab it-tennis waqt li hi kienet tkun bilqiegħda fil-pushchair b'xi ballun f 'idha. Saħansitra fil- quċċija tagħha l-għażla tagħha ma kienet xejn ħlief rakketta tat-tennis. Iżda l-ewwel darba li qabdet rakketta u esperjenzat id-daqqa tal-ballun fuqha kien meta kella 5 snin u nofs. U minn hemm nibtet l-imħabba. Għall-ewwel kienet tilgħab darba fil-ġimgħa ma' tfal oħra imma dan ma kienx biżżejjed... il-ħin kien jgħaddi malajr wisq u ftit li xejn kienet tissodisfa x-xewqa tagħha li tilgħab. Ftit ftit il-lezzjonijiet tagħha żdiedu għal tliet darbiet fil-ġimgħa fejn kien ikollha iktar ħin tilgħab u titħarreġ one-to-one. Bdiet ukoll tipparteċipa f 'tournaments u iktar ma tmur bdiet tieħu l-logħba iktar bis-serjetà. Fis-sajf tal-2016 marret ġimgħa tilgħab ġo klabb rinomat ġewwa Spanja. Kienet l-iċken waħda fosthom u l-unika Maltija. Hemmhekk ġabet iktar esperjenza u skopriet xi jfisser li tilgħab barra minn pajjiżha ma' plejers oħra minn madwar id-dinja. Hemmhekk skopriet ukoll is- sodisfazzjon tar-rebħa. Illum il-ġurnata Kayleigh, li għandha biss disa' snin, tilgħab sitt darbiet fil- ġimgħa u tagħmel taħriġ ieħor fiżiku diversi drabi fil-ġimgħa. Hija timpenja ruħha u jirnexxielha żżomm bilanċ bejn il-passjoni tagħha għat- tennis, l-iskola u darba fil-ġimgħa anke tmur titgħallem tiżfen il-hip hop. It-tennis huwa parti integrali mill- ħajja tagħha, u kull okkażjoni dejjem issib kif jgħaqqadha ma' dan l-isport li tant tħobb. Saħansitra f 'jum għeluq sninha dejjem tkun ħerqana biex tmur tilgħab u tilbes xi ħaġa iktar speċjali għall-okkażjoni. Fost ir-rigali li tkun qed tistenna fil-Milied dejjem ikun hemm xi rakketta, żarbun jew basket tat- tennis. It-tennis sar parti mil- ħajja mhux biss tagħha imma tal-familja kollha. Kull meta jmorru xi btala barra minn xtutna, dejjem ikun hemm il- ħsieb ta' fejn tista' tilgħab u titħarreġ. Sal-lum Kayleigh lagħbet ġewwa Spanja, Sqallija u Dubai. Id-dixxiplina hija element importanti ħafna u għal qalbha speċjalment il- kunċett tal-fair play kemm mill-plejers l-oħra kif ukoll mill-ġenituri tagħhom. Għalkemm li tirbaħ huwa sabiħ, hi tifhem li bħalissa huwa ż-żmien li titgħallem u tikber fil-logħob. Ir-rebħ importanti jiġi iktar 'il quddiem. Ix-xewqa ta' Kayleigh hija li tkompli taħdem u tistinka biex 'il quddiem tkun tista' tirrappreżenta lil pajjiżna f 'tournaments importanti. Kayleigh għandha libsa tat-tennis imsemmija għaliha bil- kuluri abjad u aħmar għall-bandiera Maltija li tinbiegħ ġewwa l-Ingilterra. It-tennista favorit tagħha huwa Roger Federer. Dawk li jixtiequ jsegwu lil Kayleigh jistgħu jagħmlu hekk permezz ta' Instagram fuq @kayleigh_tennisgirl. titgħallem tiżfen il-hip hop. It-tennis huwa żarbun jew basket tat- tennis. kunċett tal-fair play kemm mill-plejers l-oħra importanti. Kayleigh