Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
11 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum NHAR il-Ġimgħa li għadda d-dinja kollha ċċelebrat Jum il-Mara. Ġurnata fis-sena ddedikata għan- nisa kollha tad-dinja. Din il-ġimgħa wkoll, l-Eurostat, li hi l-fergħa responsabbli mill-ġabra u ħażna ta' statistika fl-Unjoni Ewropea (UE), ippubblikat diversi statistiċi rigward ir- rappreżentazzjoni tan-nisa fil-gvernijiet madwar il- pajjiżi kollha tal-UE. Skont din l-istatistika jidher li bi 12%, Malta kklassifikat it-tieni mill-aħħar fejn tidħol rappreżentazzjoni ta' nisa fil-Parlament. L-uniku pajjiż li għandu rappreżentazzjoni agħar minn tagħna kien dak tal-Ungerija, b'7% tal-persuni fil-Gvern ikunu nisa. Il-Partit Laburista Il-kwoti ta' nisa li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet ġenerali kienet parti mill- manifest elettorali tal-Partit Laburista. Is-sena l-oħra, il- Prim Ministru Joseph Muscat kien saħaq li mhix se ssir diskussjoni dwar jekk dawn humiex se jkunu introdotti, imma se ssir biss diskussjoni dwar kif se jkunu introdotti l-kwoti abbażi ta' ġeneru. Dakinhar Muscat kien fakkar illi l-poplu diġà ddeċieda dwar din il-materja meta ta mandat lill-Partit Laburista fl-elezzjoni tal- 2016. Intant din il-ġimgħa, il- Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli ddeskriviet dawn il-kwoti bħala 'a neccesary evil'. F'artiklu li deher f 'gazzetta lokali, Dalli ħolqot paragun bejn l-istorja akkademika fuq is-suġġett tal-Fiżika u n-nuqqas ta' nisa fil-Parlament, "meta s-suġġett tal-Fiżika ma kienx obbligatorju, l-istudenti tfajliet kienu jmorru ħażin fih. Meta dan sar obbligatorju l-istudenti tfajliet bdew imorru ħafna aħjar mill- ġuvintur," sostniet il-Ministru Dalli. L-Alternattiva Demokratika F'kummenti li ta lil din il-gazzetta, iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal, "l- AD ma taqbilx ma' kwoti fuq bażi tal-ġeneru f 'konnessjoni ma' elezzjonijiet kemm parlamentari kif ukoll oħrajn. Il-kwoti huma miżura ta' umiljazzjoni." Skontu, l-aħjar soluzzjoni tkun elezzjoni bbażata fuq listi tal-partiti. Lie-ma listi jkunu bilanċjati bejn il- ġeneru, mhux biss bejn nisa u rġiel imma li jinkludu wkoll persuni li ma jidentifikaw ruħhom ma' ebda ġeneru kif anke hu rikonoxxut diġà mil- liġijiet Maltin. Ix-xahar li għadda Mina Tolu (li tippreferi l-pronom 'they'), attivista LGBTIQ u kandidata ta' Alternattiva Demokratika għall-Parlament Ew-ropew, enfasizzat li "mhix xi aħbar ġdida li Alternattiva Demokratika qed tinsisti għal bilanċ bejn il-ġeneri fil-Parlament. Dan għandu jkun bilanċ mhux biss bejn in-nisa u l-irġiel, imma wkoll ta' persuni li ma jidentifikaw ruħhom mal-ebda wieħed minn dawn il-ġeneri." Il-Partit Demokratiku Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Partit Demokratiku saħaq li l-introduzzjoni tal-kwoti għan-nisa tkun tfisser pass lura mill-progress li laħqu s'issa, minflok pass 'il quddiem. Fl-istqarrija oriġinali, il-PD kien tenna jgħid, "in-nisa mhumiex tonn," saħaq il-Partit Demokratiku. Din il-forma ta' diskriminazzjoni pożittiva hija inġusta, degredanti, u fundamentalment mhix demokratika,"qalet l-istqarrija. Intant f 'kuntatt ma' din il-gazzetta, il-mexxej tal- Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia saħaq li, "għadu wisq kmieni sabiex il-PD jieħu pożizzjoni finali, irridu nistennew ir-riżultat aħħari tal-green paper." Żied jgħid li, "jekk dawn il-kwoti jibqgħu bħalma kien wiegħed Muscat oriġinarjament, il-PD jibqa' kontra. Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel, il- bidla ma tistax issir f 'daqqa," saħaq Farrugia. Il-PN kien għadu ma bagħatx risposta sal-ħin li morna għall-pubblikazzjoni lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Malta bit-tieni l-anqas nisa fil-Gvern fl-UE iżda l-PL biss jidher entużjast għall-kwoti Għandna nuqqas ta' nisa l-Parlament, l-istatistika tikkonferma dan. Il-Gvern favur il-kwoti imma l-partiti politiċi l-oħra x'jaħsbu? Favur jew kontra l-implimentazzjoni tal-kwoti abbażi ta' ġeneru? Joseph Muscat Carmel Cacopardo Godfrey Farrugia