Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Minn Albert Gauci Cunningham LOPINJONI pubblika hija importanti ħafna biex partit ikun fil-gvern u allura s-sondaġġi qed joħorġu b'aktar frekwenza minn qabel, mhux biss meta tkun ġejja xi elezzjoni imma wkoll matul il- leġiżlatura. Il-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna tat ħarsa lejn l-opinjoni pubblika permezz ta' sondaġġi kważi kull xahar fl- aħħar xhur u huma dawn flimkien li jagħtuna stampa iktar ċara ta' fejn jinsabu ż-żewġ partiti. Din il-gazzetta għalhekk qed tagħti ħarsa partikolari lejn in-numri f 'dak li għandu x'jaqsam il-Partit Nazzjonalista. Il-voti li qed jitlef, kemm qed jitlef u kemm irid jirbaħ biex tal- anqas jerġa' jkun parti mil- logħba elettorali u jidħol fiċ- ċans li jnaqqas id-distakk bejnu u l-Partit Laburista. 'Partit' ta' Nazzjonalisti orfni ... L-aktar aspett interessanti li jirriżulta meta tħares lejn is-sondaġġ mil-lat ta' numri minflok persentaġġi huwa illi hemm eluf ta' nies li fl-2017 ivvutaw PN imma li llum qed jgħidu li m'għandhomx fiduċja f 'Delia. Fl-2017, 135,696 persuna vvotaw lill-Partit Nazzjonalista. Minn dawn f 'Awwissu 34.3% jew 46,543 qalu illi kellhom fiduċja f 'Adrian Delia. L-oħrajn jew m'għandhomx fiduċja fih jew inkella ma kinux kapaċi jwieġbu jew inkella saħansitra qalu li għandhom iktar fiduċja f 'Joseph Muscat. Fl-istess stħarriġ li kien sar dakinhar iżda 55.1% tal-istess Nazzjonalisti li vvutaw fl-2017 qalu li jerġgħu jivvutaw lill-partit kieku kellha ssir elezzjoni dakinhar. Dan juri differenza kbira li tiġi kkalkuata għal 28,225 persuna li f 'Awwissu qalu li se jivvutaw PN iżda ma qalux li għandhom fiduċja f 'Delia. Dan in-numru ta' nies, li nistgħu nsejħulu grupp ta' Nazzjonalisti mhux "ma' Delia" kiber u ċkien fl-aħħar sitt xhur billi tela', niżel u laħaq il-quċċata fl-aħħar sondaġġ. Fil-fatt id-differenza fil- persentaġġi bejn dawk li għandhom fiduċja f 'Delia u dawk li lesti jivvutaw PN huma hekk; Settembru: 24,289, Ottubru reġa' tela' għal 30,531 biex imbagħad f 'Novembru d-differenzi naqsu b'mod drastiku u kien hemm 6,920 persuna biss f 'differenza bejn dawk li jafdaw lil Delia u dawk li kienu lesti jivvutaw PN kieku kellha ssir elezzjoni dakinhar. Dakinhar kienu 17.8% biss tal-parteċipanti li qalu illi lesti jivvutaw PN, b'44.7% tal-votanti Nazzjonalisti fl-2017 jgħidu li jafdaw aktar lil Delia u 49.8% jgħidu li lesti jivvutaw PN. Fl-istħarriġ ta' Diċembru u Jannar, id-differenza baqgħet madwar 14,500 biex fl-aħħar stħarriġ id- differenza laħqet rekord ta' 40,000 hekk kif 68.4% ta' dawk li vvutaw PN fl-2017 qalu li lesti jagħmlu l-istess illum, filwaqt li 38.9% minnhom biss qalu li jafdaw lil Delia aktar minn Muscat. 'Switchers' ġodda ... Fl-2008 kien hemm l-ewwel mewġa, anke jekk żgħira ta' switchers mill-PN għall-PL. Fl-2009 iżda u allura l-ewwel elezzjoni ta' Joseph Muscat kien hemm l-ewwel mewġa enormi ta' switchers kontra l-PN u favur il-Labour. F'dik l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-PL kien rebaħ b'distakk ta' 35,431. Fl-2017, il-PL ġab 35,280 vot aktar mill-voti tal-PN u allura kważi 40,000 aktar mill-PN u l-PD flimkien. Issa jekk inħarsu lejn dawn l-aħħar seba' sondaġġi naraw illi hemm persentaġġ ta' votanti Nazzjonalisti fl- 2017 li mill-ġdid qalu li lesti jivvutaw PL kieku kellha ssir elezzjoni meta kienu qed jipparteċipaw. F'Awwissu dan l-ammont kien tela' għal 21.2% jew 28,767 vot Nazzjonalist fl- 2017. Iżda din kienet l-unika darba li dan l-ammont tela' daqshekk u meta tħares lejn dan il-grupp ta' votanti, il-persentaġġ jitla' u jinżel sa massimu ta' 5% f 'Marzu (6,784) u minimu ta' 1.6% fi Frar (2,171). Potenzjal li l-PN jitlef aktar għal Muscat Minkejja allura li l-ammonti ta' switchers lejn il-PL huma żgħar wieħed jeħtieġ jieħu żewġ kunsiderazzjonijiet. L-ewwel nett; kull vot tal- PN fl-2017 se jonqos minn sitwazzjoni fejn id-distakk kien diġà kbir ħafna. It-tieni kunsiderazzjoni hija illi fl-istess stħarriġ, persentaġġi konsiderevoli ta' votanti Nazzjonalisti qalu illi għandhom iktar fiduċja f 'Muscat milli f 'Delia. Hawnhekk l-ammonti jvarjaw ħafna għalkemm ħlief għal darba dejjem kien bejn minimu ta' 7% u sa mhux iktar minn massimu ta' 10%. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar seba' sondaġġi tal-Mediatoday u tħares lejn in-numri li qed jitlef il-PN, kif qed jitlifhom, il-prospetti tal-partit għal Mejju u kif inħadem id-distakk ta' 51,000 vot -aħħar stħarriġ... Distakk ta' madwar 50,000 u kif Delia se jġib lura eluf ta' voti sa Mejju Kważi 10% tal-vontanti PN iktar jafdaw lil Muscat milli lil Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019