Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet Minn Liam Carter WAQT li kien qiegħed jitkellem fl- inawgurazzjoni ta' flotta vetturi elettriċi ġodda li importaw Burmarrad Group, il-Prim Ministru Joseph Muscat indika li l-Gvern qiegħed iħares sabiex fil-futur joħroġ sussidji għal min jiċċarġja l-vettura tiegħu d-dar. Muscat spjega li kollox beda b'sempliċiment korrispondenza li bagħtu persuni li investew f 'vetturi ta' dan it-tip. "Tkellmu magħna u ilmentaw dwar kif xtraw vettura elettrika bl-għan li jiffranka però fl-aħħar mill-aħħar il- kont tad-dawl qed jiġihom ogħla sew minħabba li qed jiċċarġjaw il-vetturi. Għalhekk il-Gvern qiegħed iħares sabiex joħroġ bi skemi addattati biex min jinvesti f 'karozza elettrika ma jkunx penalizzat." Diversi vetturi elettriċi fosthom bħal dawk li ġew żvelati fl-inawgurazzjoni ta' Burmarrad Group tard il-Ħamis filgħaxija huma kapaċi li jiċċarġjaw minn 0% għal 80% propju fi 30 minuta. Dan meta jkunu mqabbda ma' waħda mill-punti fissi ta' enerġija madwar Malta. Min-naħa l-oħra, jekk wieħed jagħżel li jiċċarġja l-karozza tiegħu d-dar, din tieħu madwar tmien sigħat sabiex tkun lesta. Minkejja dan kollu, waqt l-istess diskors Muscat saħaq li, "il-bidla ma tistax issir f 'salt iżda jeħtieġ li l-ewwel naċċertaw li ċertu teknoloġija tkun affordabli." "Irridu naraw li ċertu teknoloġija innovattiva tkun affordabli mingħand kulħadd ħalli neliminaw l-effetti soċjali negattivi," saħaq Muscat. Intant il-Prim Ministru tenna li attwalment il- Gvern qiegħed jistudja u janalizza l-impatt finanzjarju fuq pajjiżna meta fil-ġejjieni nieqfu nimportaw vetturi konvenzjonali. Fl-ewwel xhur ta' din is- sena, il-Gvern permess tal- Ministeru tat-Trasport reġa' ġedded u introduċa skemi varji finanzjarji għal dawk li jinvestu f 'vettura elettrika; dan bl-għan li ssir bidla fil-kultura tat-trasport għal waħda aktar sostenibbli. Fost l-oħrajn, xi ħadd li jiskrappja karozza tat- tip M1 jew N1 u minflok jirreġistra vettura elettrika jingħata €7,000 għajnuna mill-Gvern. Filwaqt li jekk ma tiġix skrappjata l-vettura, il-Gvern jagħti l-għajnuna finanzjarja ta' €6,000. illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta Trinity Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Marsa Brown's Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke Chemimart Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pit- kali, Attard St. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr Qawra Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kotto- nera, Birgu St Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it- Torri, Gudja Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Vella Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira msaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir forza 6. Mal-lejl jdur mill-Majjistral forza 8 BAĦAR Ħafif għal moderat li jsir qawwi mal-lejl L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ TEMP: Sabiħ bi sħab għoli li jiżdied mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Sussidji għal dawk li jiċċarġjaw il- vetturi elettriċi d-dar,' jgħid Muscat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Il-futur jinsab magħna, hekk kif il-popolarità ta'vetturi elettriċi tidher li qed tiżdied. Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li l-Gvern qed iħares biex jibda jo ri sussidji Vettura Elettrika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019