Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 15 Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum Opinjoni N har il-Ħamis li għadda, propju lejlet il-Jum Internazzjonali tal-Mara, tajt għall-ewwel darba x-xhieda tiegħi quddiem il-Qorti fil-kawża ta' libell li ressaqt fil-konfront ta' Godfrey Leone Ganado u Rachel Williams, wara l-kliem dispreġjattiv li kitbu dwari fil-midja soċjali. Iva, fl-2019, aħna n-nisa għadna nisfaw vittma ta' persuni li jżebilħuna u jirredikolawna, mhux minħabba dak li ngħidu jew dak li nemmnu fih, iżda għax aħna nisa. Ħafna jargumentaw li m'hemmx għalfejn niċċelebraw Jum il-Mara, għaliex jum il-mara għandu jkun kuljum. Huwa vera, bħalma huwa vera li l-mara għamlet avvanz f 'dawn l-aħħar snin. Iżda jekk wieħed ikun oġġettiv jirrealizza li apparti bidla fil-mentalità, għad hemm oqsma fejn għad baqa' ħafna x'niksbu, primarjament fil-politika. U huwa proprju għalhekk li dan il-jum għadu relevanti u neċessarju, mhux biss għalina n-nisa, iżda għal pajjiżna. Dan il-jum għandna niċċelebrawh mhux biss bħala jum fejn fih infakkru l-kisbiet tal-mara, grazzi għal dawk in-nisa kollha li, fi żminijiet iktar diffiċli, xorta rnexxielhom iħallu marka fid-dinja. Dan il-jum għandu jservi wkoll bħala jum li fih b'mod tanġibbli nindirizzaw l-isfidi li jqegħdilna quddiemna l-preżent. X'nistgħu nagħmlu aħna n-nisa biex ngħinu aktar nisa jirnexxu? X'hemm bżonn isir biex inkomplu nipproteġu lil dawk in-nisa vulnerabbli? X'nistgħu nagħmlu biex ikollna rappreżentanza femminili parlamentari aktar b'saħħitha? Il-Jum Internazzjonali tal- Mara huwa għalhekk jum ta' ċelebrazzjoni u ta' riflessjoni. Ċelebrazzjoni, għaliex kisbiet saru u qegħdin ikomplu jsiru, kif tixhed il-ġrajja tad-drittijiet indaqs f 'pajjiżna fl-aħħar snin. Riflessjoni, għax minkejja dawn il-kisbiet, it-tixrid ta' kliem ta' mibgħeda li jattakka mara fuq bażi tas-sesswalità tagħha għadna ma ħallejniehx warajna, kif jixhdu l-attakki ta' Godfrey Leona Ganado u Rachel Williams fil-konfront tiegħi u attakki fil-konfront ta' nisa oħrajn. Waqt li jiena kont qed nixhed b'rabta mal-kawża ta' libelli li ftaħt, żewġ nisa li kienu fl-awla, ħbieb ta' Ganado u Williams u li jattendu attivitajiet tal- Occupy Justice, irċevew ċanfira mingħand il-Maġistrat Rachel Montebello wara li bdew jidħku waqt ix-xhieda tiegħi. L-imġiba tagħhom ġegħlitni naħseb dwar kemm għandna bżonn, bil-fatti, nuru iktar solidarjetà bejnietna n-nisa. Il- movimenti tan-nisa madwar id- dinja kisbu d-drittijiet tagħhom għax urew solidarjetà sħiħa ma' xulxin, u fehmu li meta jġonġu l-qawwa tagħhom u jissieltu spalla ma' spalla għall-istess għan, ir-riżultati jkunu ferm iktar effettivi. Jidher ċar li l-gwerriera suppost feministi tal-Occupy Justice illi daħku bija fil-Qorti, dan il-kunċett storiku ta' solidarjetà ma jifhmuhx, jew aħjar għażlu li jerfgħu kejl differenti għalija - forsi għax bi twemmin politiku differenti?! Għadni sa issa ma nistax nifhem x'kien hemm daqshekk tad-daħk f 'xhieda li fiha bdejt nispjega dak li ħassejt bil-kliem dispreġattiv u misoġinist li ntqal fil-konfront tiegħi. Li ma fehmux huwa li bl- imġiba tagħhom fil-Qorti, ma naqsux biss lili mir-rispett, imma lil waħda mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż – il-Qorti, ironikament ukoll preseduta minn mara eċċellenti. Xi jfisser dan? Li għal xi wħud, fejn mhux politikament konvenjenti, l-empatija tintrema barra mit-tieqa. Insew il-ħafna kliem fierah dwar in-nisa u s-solidarjetà femminili. Insew il-kruċjata li għamlu meta ħaddieħor żeblaħ lilhom bħala nisa. Fuq livell emozzjonali, minkejja li nqis lili nnifsi bħala persuna, li għax qalgħat ħafna, tiflaħ għad-daqqiet, ikolli nistqarri x-xhieda fil-Qorti ma kinitx passiġġata ħelwa. Personalment qatt ma tajt xhieda f 'Qorti u nistqarr li kienet umiljanti u surreali għalija li nisma' kif ħaddieħor, sempliċiment għax jiena mara, u minħabba t-twemmin politiku tiegħi, għażel li jsejjaħli qaħba. Dan l-episodju fil-Qorti ġegħelni naħseb ukoll f 'dawk in- nisa vulnerabbli u nisa li ħafna drabi jkunu mistoħbija, iżda fuq kollox dwar l-importanza li aħna li ninsabu fil-politika, lil dawn il-persuni nagħrfuhom, ngħinuhom jirnexxu u niżguraw li ma jkunux esposti għal imġiba li tkisser ir-ruħ, bħal dik ta' Ganado, Williams u dawk li wrew disprezz ilbieraħ fl-awla u fil-preżenza ta' Maġistrat. Huwa proprju għalhekk li ftaħt dawn il-kawżi ta' libell. Irrid ngħaddi messaġġ mill-aktar ċar: lil ħuti nisa b'mod ġenerali, imma aktar u aktar lil dawk in-nisa li qed jaspiraw illum, jew għad jaspiraw għada, li jkunu fil-politika. Ħadd m'għandu jaċċetta li jiġi indirizzat b'dan il-kliem. Indipendentament mis-sess, twemmin politiku, klassi soċjali jew reliġjon! Inwegħedkom li dan il-front kontra l-abbuż u l-umiljazzjoni tan-nisa fil-ħajja soċjali u pubblika se nkompli nieħu ħsiebu. U fl-aħħar nett, ninnota wkoll b'sodisfazzjon id-diversi deċiżjonijiet riċenti li ħarġu mill-Qorti fil-konfront ta' individwi li użaw il-medja soċjali biex ikasbru, jinsulentaw u jkissru individwi oħra għal skopijiet tagħhom. Se nibqa' nistinka magħkom lejn Malta ta' għada: soċjetà li tikber mhux biss fil-ġid, imma fl-għarfien, fit-tagħlim, u fis- solidarjetà. Rosianne Cutajar hija Deputata Laburista ROSIANNE CUTAJAR Jum il-mara għandu jkun kuljum The Lands Authority receives requests to grant its consent for planning control applications which shall, or have been, submitted to the Planning Authority and which are partly/located on Government land for changes to the alignment of road and buildings, or for changes to the zoning, or for the establishment of zoning, building heights and alignment of roads and buildings. The Lands Authority Board of Governors gives notice that it is providing an opportunity for interested parties to make representations to the Board during a meeting with its representatives regarding the following requests: NOTICE IN TERMS OF ARTICLE 53(1)(E) OF THE LANDS AUTHORITY For further information kindly visit: www.landsauthority.org.mt/services/consultations/ Lands Authority St. Sebastian Street, Valletta a. PLA2/2018/0062 for change of building scheme alignment at 10, Triq il- Gilju c/w Triq il-Ponsjetta c/w Triqil-Fikus, Zabbar. b. PLA2/2019/0081 to establish building heights and road alignments of the rationalisation exercise site at Triq Familja Cumbo, Triq il- Ballata,TriqAlofjuWignacourt,Triqil-Mitħna,TriqDurumblatand Triq it-Torri, Mosta. c. PLA2/2019/0083 to adjust road alignment at Site il-Qortin, Corradino Industrial Estate, Paola. d. PLA2/2019/0084 proposal to shift part of building alignment at SiteatTriqDunGejtanuMannarino,Birkirkara. e. PLA2/2019/0085 proposal to shift part of building alignment Site at Triq l-Isqof Buhagiar, Paola. PUBLIC CONSULTATION The meeting will be held on the 22nd March 2019 at 14hrs at the Lands Authority, St. Sebestain Street, Valletta VLT2000. Any person with an interest to attend the meeting shall register his/her interest with the Secretary of the Board on anita.giordimaina@landsauthority.org.mt by not later than 20th March 2019.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019