Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
3 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum Jimmira għal 100,000 b'distakk ta' 50,000 Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tista' tiżvela żewġ miri ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej. Kemm qed jimmira li jġib voti u kemm qed jimmira li jġib voti anqas mill-Partit Laburista. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta u li huma viċin il-PN u t-tmexxija tal-partit qalu illi l-mira hija li l-partit iġib 100,000 vot b'kollox. Din il-mira hija 36,000 vot inqas mill-elezzjoni ġenerali tal-2017 u bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' voti daqs l-aħħar elezzjoni tal-MEPs, anke jekk f 'din l-elezzjoni se jiżdiedu madwar 8,000 vot ta' żgħażagħ li għandhom bejn 16 u 18-il sena u li allura se jivvutaw għall-ewwel darba. Fl-aħħar elezzjoni tal-MEPs, fl-2014, il-PN kien kiseb 100,700 vot u tilef b'distakk ta' 33,677 vot. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi l-PN qed jikkalkula distakk bejn il-partiti ta' bejn wieħed u ieħor 50,000 vot. Dan jiġi madwar 10,000 vot iktar mid- distakk tal-elezzjoni ġenerali tal-2017 u 17,000 vot aktar mid-distakk fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew fl-2014. Dan il-kalkolu huwa viċin ħafna ta' dak ikkalkulat fuq paġni 4 u 5 ta' din il-gazzetta f 'analiżi tan-numri tas- sondaġġ li kien ippubblikat bħal-lum ġimgħa fuq il- gazzetta Maltatoday. Jekk fil-fatt dan il-kalkolu jkun rifless f 'Mejju u allura l-PN ikun ġab madwar 100,000 vot u l-PL iġib madwar 150,000 vot, ikun ifisser li l-PL iżid madwar 16,000 vot mill-aħħar elezzjoni tal-MEPs (2014) imma madwar 20,000 vot inqas mill-elezzjoni ġenerali tal-2017. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li fil-ftit żmien li għad fadal ftit li xejn it-tmexxija tal-partit tista' tibdel biex it-telfa ma tkunx daqstant kbira, fil-fatt ikbar minn kull telfa elettorali li qatt sofra partit s'issa. Fl-artiklu li qed jidher f 'din il-gazzetta u li huwa bbażat fuq l-aħħar sondaġġ tal-Kamra tal-Aħbarijiet Mediatoday, jirriżulta li l-PN qed jitlef madwar 27,000 vot f 'appoġġ jekk tgħodd lil dawk li qed jgħidu li jixtiequ jivvutaw PL u dawk li ma jridux jivvutaw (u tassumi li dawk li qed jgħidu li 'ma jafux' kif se jivvutaw, fil-fatt se jerġgħu jivvutaw PN kif għamlu fl-2017). Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista qed jitlef 18,000 vot jekk tgħodd dawk li ma jridux jivvutaw u dawk li beħsiebhom jivvutaw lill-PN jew AD (u tassumi li dawk li qed jgħidu li 'ma jafux' kif se jivvutaw, se jerġgħu jivvutaw PL kif għamlu fl-2017). Dan jirriżulta f 'distakk ta' madwar 50,000 vot favur il-PL. Dan kollu jħalli lill-PN bi sfida oħra; kif se jipprova jżomm it-tielet siġġu li l-aħħar darba żamm bl-eżatt, meta din id-darba se jkunu aktar dawk li se jivvotaw. Nhar il-Ħadd 10 ta' Frar, din il-gazzetta rrapportat kif f 'Għawdex, ditsrett tradizzjonalment Nazzjonalist iżda li tilef fl-aħħar elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed ibati sew biex jiġbor l-appoġġ u anke kandidati. Minn dak l-artiklu 'l hawn kien deċiż li David Stellini, deputat li fil-fatt għadu kemm kien elett fl-aħħar elezzjoni, joħroġ f 'isem il-PN fuq dan id-distrett biex b'hekk kienet evitata sitwazzjoni fejn il-PN ma joħroġ lil ħadd fuq dan id-distrett għall-ewwel darba. Il-PN qed jimmira għal 100,000 vot f 'Mejju li jħallih fejn kien 5 snin ilu, imma b'madwar 50,000 vot minn taħt Kawtela fuq il-kandidatura prospettiva ta' Mizzi minħabba l-kwistjoni tal-Panama ...Tkompli minn paġna 1 FILFATT din il- gazzetta hija infurmata li minkejja li għandu l-appoġġ bħala Ministru, Mizzi m'għandux appoġġ għall-kandidatura għat-tmexxija tal-partit mill-aktar persuni qrib Muscat. Mingħajr l-appoġġ ta' Muscat ftit hemm tama li Mizzi jagħmel gwadann, anke jekk nies qrib ta' Mizzi jinsistu li huwa politiku determinat u ftit li xejn jaqta' qalbu. L-aktar kwistjoni li qed iżżomm lil Mizzi lura u li dwarha persuni fil-partit qed jibqgħu kawti hija dik tal-Panama. Bosta qed joqogħdu lura milli jesprimu lilhom infushom dwar possibilità ta' elezzjoni għal mexxej ġdid. Fil- fatt, għalkemm hemm kawtela partikolari fuq il-kandidatura prospettiva ta' Mizzi propju minħabba l-kwistjoni tal-Panama. Mhuwiex magħruf x'effett se jħalli Konrad Mizzi fuq il-kandidatura ta' Chris Fearne, Miriam Dalli u Ian Borg. Lanqas hu magħruf jekk Mizzi tefax ismu f 'din it-tiġrija ipotetika biex iservi ta' fus meta jiġu biex jagħżlu l-mexxej fit-tieni parti tal-votazzjoni u allura jekk Mizzi jkunx qed jippużizzjona lilu nnifsu biex ikun deputat mexxej ta' wieħed minn dawn. Konrad Mizzi