Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat NHAR is-Sibt 2 ta' Marzu 2019, Christian 'Ċoqqos' Schembri rnexxielu jagħmel dak li pprova jagħmel fis-sentejn ta' qabel imma ma kienx irnexxielu. Irnexxielu jirbaħ l-ewwel taqbida tiegħu tas-sena u l-ewwel titlu professjonali internazzjonali tiegħu kontra avversarju ta' livell u esperjenza mill-Georgia, Paata Varduashvili. Schembri kien ġej minn tliet rebħiet konsekuttivi f 'għeluq is-sena 2018, u kien determinat li jkompli b'dan l-andament pożittiv fl-2019 ukoll. Għalhekk kemm waqt u wara l-festi, hu baqa' għaddej bit-taħriġ tiegħu biex ikompli jtejjeb it-teknika u l-forma tiegħu. Dan sewa ta' ġid, għaliex meta Supreme Boxing Promotions ikkuntattjawh biex jiġġieled fix-show tagħhom tliet ġimgħat biss qabel għat-titlu Intercontinental tal-Universal Boxing Organization, huwa kien ippreparat u lest biex jaċċetta u jiġġieled. L-avversarju tiegħu kien il- Ġorġjan Paata Varduashvili, veteran ta' ħamsin ġlieda li kellu 34 rebħa (27 KO's) u 17-il telfa, ferm aktar esperjenzat miċ-Ċoqqos li din kienet se tkun l-għoxrin taqbida tiegħu. Ta' min jgħid ukoll li Varduashvili kien ikkompeta kontra avversarji ta' livell għoli ħafna drabi oħra, u kien test ferm tqil għaċ-Ċoqqos. Iċ-Ċoqqos ipprepara għal din it-taqbida mal-kowċ tiegħu Quendar Pena u għamel sparring ma' diversi boxers professjonali ta' kwalità li jgħixu hawn Malta bħal Niclas Elfstedt, Rakhim Khasanov, Brandon Borg u Sisqo Yussof. Barra dan, huwa mar jitħarreġ ukoll ġimgħa l-Iżvezja ġewwa Stokkolma mal-kowċ Luis Lagerman, li huwa kowċ ta' esperjenza kbira li għamel il-maġġoranza tal-karriera tiegħu l-Amerka, u sparrja ma' boxers ta' livell professjonali bħal Ahmed Rossi u Costas Mutemba- Mbumba. It-taqbida kienet diffiċli għaċ-Ċoqqos u eċitanti għall-ispettaturi. Huwa ħareġ u beda b'pass tajjeb, fejn beda jipprova jżomm lil Varduashvili fuq barra bil-jab u cross tiegħu, peressli l-avversarju kien iqsar minnu, u jħalli lilu jipprova jippressah. Kellu suċċess b'dan il- mod għall-ewwel round u nofs, iżda lejn l-aħħar tat-tieni round Varduashvili ħasad liċ-Ċoqqos b'left hook u waqqgħu. Iċ-Ċoqqos qam fuq irkopptejh mill-ewwel u wara l-count tar-referee qam u spiċċa r-round b'mod aggressiv fejn wera lill-avversarju u lin-nies li ma kienx imweġġa' mid- daqqa tal-avversarju tiegħu. Mit-tielet round 'l hemm iċ-Ċoqqos bidel it-tattika fejn beda juża daqqiet twal u distanza xorta waħda imma beda jitfa' pressjoni u jimbutta lill-avversarju lura bl-attakki tiegħu. Beda bil-jab u jsegwi bil-cross jew jagħlaq id-distanza u jinżel għall-body b'hooks u uppercuts. Varduashvili ma bediex jiflaħ għad-daqqiet taċ- Ċoqqos u beda viżibilment jgħejja, tant li naqqas ħafna d-daqqiet li beda jitfa', ma baqax sod fuq saqajh u beda jimxi lura fil-maġġoranza tal-ħin. Wara s-sitt round, Varduashvili u t-team tiegħu avżaw lir-referee li ma riedx ikompli u rtira fuq il-banketta, parti mir-raġuni kienet li ma setax jieħu nifs minn imnieħru li nkiser bil-jabs u crosses sodi taċ- Ċoqqos. B'din ir-rebħa, iċ-Ċoqqos kiseb it-titlu Interkontinentali tal-Universal Boxing Organization, u qiegħed f 'pożizzjoni li jmur jikkompeti fuq livell professjonali u jirrappreżenta lil Malta barra l-pajjiż. Bħalissa huwa għaddej bit-trattattivi biex aktar tard din is-sena jmur jikkompeti ġewwa l-Iżvizzera għal ċintorin internazzjonali ieħor. Huwa jixtieq jirringrazzja lin-nies kollha li għenuh jasal sa hawnhekk. Donny Lalonde, il-manager Quendar Pena, il-kowċ tiegħu li jittrenjah kuljum, il-boxers kollha li jgħinuh fit-taħrġ tiegħu fl-isparring, il-partitarji kollha tal appoġġ li jtuh f 'kull taqbida li jkollu, il- familja u t-tfajla tiegħu tal-appoġġ li jtuh fil-ħajja ta' kuljum tiegħu. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-isponsors tiegħu li jgħinuh dejjem ikompli u jgħolli l-livell tal-karriera tiegħu: Fort Fitness, Virgata Holdings, Remax Alliance, Highscore Academy, Sports of the Day u Doma Korean Restaurant. Christian 'Ċoqqos' Schembri jkompli jimpressjona u jirbaħ l-ewwel titlu professjonali internazzjonali Christian 'Ċoqqos' Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019