Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 Minn Cristian Antony Muscat NIKOL Micallef - fost l-aqwa triatleti li pproduċa t-triathlon f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif tħajjart tibda tipprattika t-triathlon? Bdejt minn xi sport ieħor? L-isport minn dejjem kien f 'qalbi u wara li ppruvajt il-futbol u t-tennis, sibt ruħi nagħti aktar attenzjoni lill-atletika. Kevin Zammit, l-għalliem tal-edukazzjoni fiżika tiegħi minn dejjem kien jinkoraġġini fl-isport u waqt waħda mil-laqgħat tal-iskola, kien organizzalna taħdita fuq it-triathlon. Kellimna Shaun Galea fuq l-esperjenzi tiegħu fit-triathlon u minn hemm bdiet ix-xewqa li nipprova dan l-isport. Kevin irreferieni għall-MYTA (Malta Youth Triathlon Federation) u minn hemm ikkonċentrajt biss fuq it-triathlon. Illum ngħid li din kienet l-aħjar deċiżjoni ta' ħajti għax fil-MYTA sibt l-ambjent perfett biex insir inħobb dan l-isport u bil-mod il-mod, it-triathlon sar parti integrali minn ħajti u ħajjet il-familja tiegħi. X'tinvolvi eżatt it-triathlon? It-triathlon tinvolvi tliet dixxiplini - l-għawm, ir-rota u l-ġiri. L-għawm, kienet l-akbar sfida għalija, imma llum, bl- għajnuna ta' diversi kowċis, l-għawm sar jogħġobni ħafna. X'unuri prinċipali rbaħt fil- karriera tiegħek? Fil-MYTA tgħallimt l-ewwel nett biex nieħu gost u biex nitgħallem il-bażi u t-teknika tat-triathlon - tal-għawm, tar-rota u tal-ġiri. Tgħallimt inħalli l-isport tat-triathlon jgħinni fil-ħajja ta' kuljum u nħoss li dan kien l-akbar unur li qatt irbaħt! Bdejt nieħu sehem fi tlielaq ta' dixxiplini differenti, fosthom tlielaq tal-ġiri tal-MAAA, għawmiet organizzati minn BSJ u tlielaq tar-roti minn diversi klabbs. Is-sena 2017 kienet l-aktar waħda ta' suċċess għalija meta rbaħt il-kampjonat nazzjonali tat-triathlon u duathlon ta' taħt il-15-il sena u l-kampjonat nazzjonali tar-roti, kemm tar-road bike kif ukoll tat-time trial. Li kont champion nazzjonali ta' żewġ federazzjonijiet differenti kienet għalija xi ħaġa li nibqa' ngħożż għal dejjem! Is-sena l-oħra bdejt għall- ewwel darba ntellaq mal-kbar. Kelli riżultati tajbin f 'diversi tlielaq fosthom fl-aħħar sprint triathlon tas-sena, organizzata mill-Malta Triathlon Federation f 'Ottubru li għadda. F'Ġunju ħadt sehem għall-ewwel darba fi sprint triathlon tal-Eurpoean Championship fi Glasgow fl-Iskozja. Kienet esperjenza sabiħa ħafna li mlietni bil- kuraġġ. Fis-sajf li għadda, il-MCF, tellgħu grupp ta' żgħażagħ l-Italja għal training camp ma' ċiklista professjonali Valerio Agnoli u din kienet esperjenza mill-isbaħ. Fis-sajf ukoll kelli training camp fil-Bulgarija, taħt il-gwida tal-kowċ Barry Farrugia u tgħallimt ħafna minn din l-esperjenza. Din is-sena, irnexxieli nirbaħ l-ewwel tellieqa tal-istaġun tat-triathlon tar-reġjun tat- Tramuntana. Ilkoll nafu kemm it- triathlon huwa sport li fih trid tkun aġli immens. X'tikkummenta? It-triathlon jinvolvi tliet dixxiplini u ovvjament trid tkun totalment dedikat. Mhux dejjem ikollok aptit tqum mis- sodda fil-5.30am biex tmur tgħum u mhux dejjem ikollok aptit tmur is-sessjoni tar-rota waqt il-brejk mill-istudju. Biex issegwi tliet programmi ta' sport u tlaħħaq mal-iskola, trid tqassam il-ħin tajjeb, dedikazzjoni u dixxiplina. Ġieli sofrejt xi injury f 'dan l-isport? Kull min jipprattika l-isport b'serjetà, ikun suġġett għal xi injury partikolari. Bir-rota, fit-toroq Maltin tkun ukoll espost għall-periklu kbir, imma meta ssegwi programm u meta titgħallem 'tisma' lil ġismek', tkun qed tnaqqas dan ir-riskju. Fl-Itajla kont waqajt bir- rota u ġieli kelli xi injuries li fortunatament ma kinux serji. L-injuries huma parti mill-isport u huwa importanti ħafna li timxi bil-għaqal meta dawn jitfaċċaw. Rigward riżorsi biex titħarreġ f 'dan l-isport hemm biżżejjed f 'pajjiżna meta kkumparati ma' pajjiżi oħra? Inħoss li f 'pajjiżna għandna dak li hu bżonjuż biex tipprattika dan l-isport. Għandna numru mhux ħażin ta' pixxini (qed tinbena waħda f 'Għawdex ukoll), baħar sabiħ għall-għawm u temp tajjeb għall-ġiri. Ir-rota hi l-aktar parti fejn aħna nbatu għax it- toroq huma qosra, traffikużi u perikolużi. Issibu għajnuna fosthom dik finanzjarja minn SportMalta? Kulħadd jaf bir-riżorsi limitati li għandna Malta u nzerta wkoll li t-triathlon huwa sport għoli ħafna biex tipprattikah. Trid l-apparat tal-għawm, tar-rota u tal-ġiri. Trid tħallas miżati ta' gym, pixxina u assigurazzjoni fost oħrajn. Trid tipprova ssiefer kemm tista' biex tkabbar l-esperjenza u biex tipprattika r-rota f 'toroq aħjar. Fortunatament, inħoss li nies li jħobbu l-isport qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinuna kemm jistgħu. Insibu għajnuna minn SportMalta, MOC u fuq kollox mill- MTF. Azjendi privati oħra li jisponsorjaw atleti u tlielaq ukoll jgħinu bis- sħiħ biex it-triathlon ikompli miexi 'l quddiem. Xi pjanijiet għandek għal dan l-istaġun? Għal dan l-istaġun nixtieq li nkompli nibni fuq l-istaġun l-ieħor. F'kull tellieqa li nagħmel, dejjem nitgħallem xi ħaġa ġdida. Ovvjament, l-akbar sfida għalija hija dik li nkompli ntejjeb il-ħinijiet tal-isprint triathlon filwaqt li nkompli nżomm attivi l-impenji tal-iskola. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw dan l-isport. Inħeġġeġ lit-tfal ta' kull livell biex jagħmlu xi tip ta' sport. Sport bħal triathlon, jippremja ħafna lil min hu dedikat u jaħdem iebes aktar minn min għandu xi talent speċjali. Ukoll, l-atleta jkun hemm jikkompeti l-aktar mal-ħin tiegħu nnifsu u għalhekk dan l-isport, kapaċi jibqa' jtik sodisfazzjon kbir. Fil-grupp tal-MYTA, konna tfal minn kull età u livell u kull persuna jista' jkejjel il-progress skont kemm jaħdem għalih. Inħeġġeġ lill-ġenituri, biex ma jibżgħux li l-isport ħa jinterferixxi mal-istudju, anzi għandhom jgħinu lit-tfal biex isibu l-isport addattat għalihom u jinkuraġġuhom. Rigward l-esperjenza tiegħi, l-isport mhux talli tellifni mill-iskola, iżda talli għenni biex intejjeb ir-riżultati u nkun aktar konsistenti. Nixtieq minn hawnhekk ngħid prosit lil kull sportiv f 'Malta u Għawdex, għax flimkien qed inkunu ta' eżempju u ispirazzjoni għal nies oħra u minbarra li qed nagħmlu unur lil Malta, qed nagħmlu wkoll lil Malta aktar b'saħħitha. illum Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Minn Cristian Antony Muscat Minn Cristian Antony Muscat karriera tiegħek? Fil-MYTA tgħallimt l-ewwel Fis-sajf ukoll kelli training camp fil-Bulgarija, Nikol Micallef 'Tgħallimt inħalli l-isport tat-triathlon jgħinni fi l-ħajja ta' kuljum u nħoss li dan kien l-akbar unur li qatt irbaħt!' Nikol Micallef training camp fil-Bulgarija, f 'pajjiżna meta kkumparati xi ħaġa ġdida. Ovvjament, training camp fil-Bulgarija,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019