Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum tajjeb kapaċi jħalli affarijiet pożittivi. Taħseb li ċerti barranin li qed jiġu kemm Malta kif ukoll Għawdex huma inferjuri? Ħa ngħidlek hawn barranin li huma inferjuri u li jitħallsu bil-ftit iżda dawn l-aqwa li qed jilagħbu l-futbol. Madankollu f 'Għawdex qed naraw qabża fil-kwalità ta' ċerti barranin u dan kollu jirrifletti l-kampjonat fejn l-aqwa timijiet armati sew u r-riżultati juru dan kollu. Aktar qabel konna qegħdin nitkellmu u għedtli li int meqjus bħala barrani. Għaliex dan kollu meta tqis li int lgħabt għat-tim nazzjonali Malti? Is-sena l-oħra nbidlet regola partikolari li biha riedu jġibu l-livell tat-timijiet indaqs. Jien meqjus bħala barrani u għalhekk Xewkija kellhom jissagrifikaw wieħed sabiex jien inkun nista' nilgħab. Int kuntent bl-operat tal-GFA? Ifhem nista' ngħid li tjiebu ħafna fl-organizazzjoni tal-kampjonat u anke fil-kundizzjonijiet tal-grawnd. Bħala GFA għamlu pass 'il quddiem. Anke tara r-riżultati li qed ikun hemm fil-livell tal-youths. U tajjeb li jkun hemm il- kompetizzjoni. Għad baqa' ħafna xi jsir m'hemmx dubju iżda f 'Għawdex hemm realtà ta' futbol differenti minn Malta. Taħseb li wasal iż-żmien li timijiet Għawdxin jilagħbu ma' dawk Maltin f 'organizazzjoni waħda bħalma jiġri fl-Italja u Sqallija? Ifhem jien naqbel kieku magħha. Nasal biex ngħid li l-kampjonat Għawdxi huwa ħela ta' ħin għax nikkompetu biss kontra xulxin. Kif diġà għedtlek, hemm timijiet li kapaċi jilagħbu ma' timijet tal- Premier. Ngħidlek li huwa importanti li jsir dan il-pass għax finanzjarjament ser ikollok aktar sponsors u jkollok aktar flus fil-but. Madankollu għandek ċerta pika bejn xi timijiet bħal Nadur Youngsters u Xewkija Tigers fejn meta jilagħbu dawn il-klabbs ikun hemm attendenza kbira. Xi tgħidli dwar Victoria Hotspurs? Victoria huwa belt kbira li hi maqsuma bejn tliet timijiet Oratory Youths, Victoria Hotspurs u SK Victoria Wanderers. Hemm rivalità bejn dawn it-tliet timijiet iżda m'hemmx unjoni u l-grawnd ma jkunx ippakkjat daqs kemm ikun meta jilagħbu Xewkija u Nadur. Ara mbagħad jekk insemmu Għajnsielem. Dawn jitilgħu jekk ikunu sejrin tajjeb. X'tikkummenta dwar il-grawnds li hemm f 'Kerċem u s-Sannat? Sannat qed jibnu aktar faċilitajiet filwaqt li hemm bżonn jinbidel il-ħaxix u d-dressing rooms qed jiġu rranġati. L-aqwa faċilitajiet li hemm jinsabu f 'Kerċem għalkemm il-grawnd kif nafu huwa xi ftit żgħir biex nilagħbu ħdax kontra ħdax. Int lgħabt aktar minn 40 logħba għal Malta u skorjajt gowl wieħed biss. Xi tgħid fuq l-esperjenza mat-tim nazzjonali Malti? Esperjenza mill-isbaħ. Meta jsaqsuni liema kienu l-iktar logħbiet importanti fil-karriera tiegħi, jien ngħidilhom li kienu meta lgħabt ma' Malta. Dak huwa l-massimu li tista' tasal għalih. Kburi li lgħabt għal Malta u li ħadha kontra plejers ta' livell mondjali. Veru li meta lgħabt fl-Ingilterra kont qed nara l-aqwa futbol li tista' tara iżda meta tilbes il-flokk ta' Malta, dik hi emozzjoni li diffiċli tispjegaha. Kemm il-kowċ ilħaqt int? Ilħaqt lil Dusan Fitzel, Horst Heese, Sigi Held, John Buttigieg u Pietro Ghedin. Kollha kemm huma tawni pariri importanti u tgħallimt ħafna mingħandhom. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakar? Kollha niftakarhom għax huwa unur kif għedtlek li tilgħab għal Malta iżda fuq kollox il-logħbiet kontra Franza u l-Italja huma l-iktar li ngħożż f 'qalbi. Liema kien dak il-gowl li skorjajt u li tiftakar l-aktar fil-karriera tiegħek? Niftakar il-gowl kontra Levski Sofia meta kont nilgħab Lokomotiv Sofia fid-derby Bulgaru. Dak kien il-gowl li ta żvolta lill-karriera tiegħi. Int għandek 38 sena. Kemm fadallek tilgħab? Ifhem jien naħseb li fadalli x'nagħti lid-dinja tal-futbol. Jekk tara l-ispeed tests li għandi jien niġi minn tal-ewwel. Il-kundizzjoni fiżika tiegħi għadha tajba. Kapaċi nilgħab sagħtejn jew tliet sigħat fuq livell għoli. Dan kollu fl-isfond li kien hemm mumenti fil-karriera tiegħi meta weġġajt u fejn ċertu tobba qaluli li daqshek stajt nilgħab il-futbol. Illum il- ġurnata qiegħed hawn u kuntent li qed ikompli nilgħab il-futbol. Hemm xi ċans li narawk bħala kowċ fis-snin li ġejjin? Iva, fil-fatt meta nirtira bħala plejer beħsiebni naqbad il-karriera ta' kowċ. Ħajti hija l-futbol. Ħafna nies jgħiduli hekk ukoll. Jien il-ħin kollu nistudja għax irrid nitjieb. Kelli kuntatt ma' diversi kowċis u attendejt seminars fl- Ingilterra u fl-Italja. Jien inħoss li għandi don tal-futbol u lest li nkompli ninvesti fija nnifsi. Bħala kowċ tarak tmexxi tim f 'Malta jew f 'Għawdex? Ix-xewqa prinċipali tiegħi hi li mmur nikkowċja barra minn Malta. Jien bniedem ambizzjuż. Ħafna nies daħku bija meta għedtilhom hekk iżda jien naf x'irrid. Jien ser nipprova nagħmel li nista' biex inkun aħjar. Imbagħad bejn il-kwalifiki li ġġib u bejn kwistjoni ta' xorti naħseb li nistgħu nagħmluha. X'inhu s-sigriet sabiex plejer Malti jilgħab barra minn Malta? Meta int tilgħab barra minn Malta tkun għamilt il-qabża fil-karriera tiegħek. Plejers bħal Michael Mifsud, Carmel Busuttil, Andrè Schembri u John Buttigieg għamlu l-qabża għax kellhom iċ-ċans jilagħbu barra minn xtutna. Imbagħad jekk int trid tilgħab f 'dawn il-livelli trid tkun lest għas- sagrifiċċju u mhux toħroġ mal-ħbieb u tixrob filwaqt li ma tagħtix kas. Jien għaddejt minn ħafna problemi meta ġejt biex nilgħab barra iżda kont kapaċi negħlibhom għax kelli r-rieda li nirnexxi. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk li qed jaqraw din l-intervista. Kemm jgħinek il-futbol f 'ħajtek. Trid tieħu l-futbol bis-serjetà. Trid tipprattika l-motto favorit tiegħi fejn tiekol, torqod u tqum taħseb biss fil- futbol. Jekk tieħu dan l-isport bis-serjetà kapaċi tagħmel affarijiet kbar. torqod u tqum taħseb biss fil-futbol' Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti matul dawn l-aħħar snin. Għamel isem għalih kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra minn xtunta speċjalment ma' Sheeld United u Barnsley -Ingilterra. Huwa l-idolu ta' bosta ma' Xewkija Tigers f 'Għawdex. DANIEL BOGDANOVIC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019