Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 32 Minn Liam Carter ISSENA 2019 żgur li mhix se tkun nieqsa mill-elezzjonijiet hekk kif wara li l-maġġorparti tal-Maltin mistennija joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew f 'Mejju, xahar wara, il-membri tal- kunsill tal-akbar assoċjazzjoni sportiva lokali mistennija jeleġġu l-President il-ġdid. SORSI qrib sew id-dinja tal-futbol u l-isports lokali spjegaw fid-dettall ma' din il-gazzetta dettalji dwar din it-taqtigħa ħarxa. Id-Dede mistenni 'jċedi' postu lil Bjorn Vassallo Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-president attwali Norman Darmanin Demajo, mhux mistenni jikkontesta l-elezzjoni ta' Ġunju li ġej. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif sa ftit xhur ilu Darmanin Demajo kien lest biex jerġa' jikkontesta din l-elezzjoni però issa jidher li l-kandidatura ta' Chris Bonett bidlet daqsxejn id-deċiżjoni tiegħu. Oriġinarjament fl-2010, Darmanin Demajo kien wiegħed li bħala President prospettiv hu kien se jokkupa l-kariga għal żewġ termini biss, jiġifieri sitt snin, però tliet snin ilu huwa kien reġa' ġie fdat bi tliet snin oħra ta' tmexxija tal- MFA b'hekk huwa s'issa għamel disa' snin. Fil-ġranet ta' qabel l-aħħar elezzjoni, dik tal-2016, Darmanin Demajo kien stqarr li għadu wisq kmieni biex jitbiegħed mill-ogħla kariga fl-MFA, dan minħabba li l-istess Assoċjazzjoni kien għad fadlilha diversi proġetti u programmi prospettivi pendenti. L-istess sorsi qrib sew l-MFA spjegaw li, "tliet snin oħra ta' Darmanin Demajo taf tfisser li l-istorja kalċistika tista' terġa' tirrepeti ruħha, hekk kif fl-2010 Joe Mifsud kien tilef b'mod qawwi kontra Darmanin Demajo wara propju tmintax- il sena sħaħ bħala President tal-MFA." Bonett vs Vassallo - żewġ eks viċi presidenti ras imb ras Fil-passat kemm Bonett kif ukoll Vassallo okkupaw il-kariga ta' Viċi President fl-MFA, sakemm f 'Ottubru 2016, Bjorn Vassallo rreżenja mill-kariga tiegħu bħala segretarju ġenerali tal-Malta Football Association biex jieħu pożizzjoni fil-FIFA. Fl-istess xahar Chris Bonett irreżenja mill-kariga tiegħu bħala Viċi President tal-MFA wara li aċċetta offerta biex jieħu l-kariga ta' uffiċjal tal-integrità tal- UEFA. Għalkemm m'hemm l-ebda konferma uffiċjali fuq l-imsemmija kandidaturi hu mifhum li żewġ kandidati prospettivi jinsabu għaddejjin bil-ħidma tagħhom għall- elezzjoni ta' Ġunju li ġej. Kif jiġi elett President tal-MFA? Sabiex jiġi elett President ġdid tal- MFA, jeħtieġ li l-ewwel nett ikun ikkontestat. Ġaladarba l-president attwali jkun ġie kkontestat fl- elezzjoni, il-membru tal-Kunsill u d-delegati huma intitotali li jivvutaw fil-Laqgħa Ġenerali Annwali. Fost dawn hemm żewġ membri rappreżentattivi minn kull klabb lokali mid- diviżjoni Premier sal-aħħar diviżjoni flimkien mal-voti tal-assoċjazzjonijiet membri oħrajn. Elezzjoni MFA - Darmanin Demajo mistenni jċedi postu għal Bjorn Vassallo F'Lulju li ġej se ssir elezzjoni għal president ġdid tal-MFA, elezzjoni taħraq daqs dik tal-MEPs qabilha, jekk mhux aktar. L-ILLUM tiżvela l-aħħar żviluppi l-preparazzjoni għal tiġrija ħarxa Chris Bonett Bjorn Vassallo Darmanin Demajo