Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646
2 Aħbarijiet MALTA tinsab fil-viċin li sa tmiem is-sena 2020 tilħaq miri stabbiliti mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-ġlieda tagħhom kontra l-marda tal-AIDS u li kienu ddikjaraw li jtemmuha sa tmiem is-sena 2030. Ġew stabbiliti tliet miri li jridu jintlaħqu sa tmiem is-sena 2020. Sa tmiem is-sena 2020 huwa ppjanat li 90% tal-persuni li jkollhom l-HIV ikunu jaf b'dan; 90% ta' dawk milqutin ikunu qegħdin jingħataw trattament; u li l-istess persentaġġ ta' dawk li jingħataw it-trattament ikollhom suċċess tant li l-virus tal-HIV fid-demm ikun iddgħajjef b'tali mod li ma jkunx aktar possibbli li jiġi trasmess minn persuna għal oħra. Jirriżulta li Malta qed tilħaq riżultati eċċellenti fl-aħħar żewġ miri imma fadal xi jsir fuq l-ewwel mira u filfatt ġiet introdotta miżura li permezz tagħha jista' jkun magħruf b'aktar preċiżjoni kemm jista' għandna persuni milqutin bl-HIV. Minn Rapport Speċjali maħruġ mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) rriżulta li Malta hija l-uniku pajjiż minn fost 39 pajjiż mill-Ewropa u l-Asja Ċentrali, fejn il-persuni kollha li għandhom il-virus tal- HIV qegħdin jingħataw kura medika. Il-medja reġjonali f 'dan ir-rigward hija ta' 64% filwaqt li l-mira globali hija li 90% tal-persuni bl-HIV ikunu qegħdin jingħataw il-kura. Mill-istess rapport jirriżulta wkoll li Malta qabżet il-medja reġjonali fejn jirrigwarda li t-trattament ta' persuni bl-HIV ikun effettiv tant li l-virus fid-demm jitbaxxa ħafna bir-riżultat li ma jkunx aktar possibbli li jiġi trasmess minn persuna għal oħra. Il-medja reġjonali hija ta' 86% filwaqt li l-mira globali hija ta' 90%. Jirriżulta wkoll li Malta tirreġistra 'l fuq mill-medja reġjonali fejn jirrigwarda persuni milqutin mill-HIV, jafu biha, qegħdin fuq kura u li l-kura ħadmet fuqhom bir-riżultat sodisfaċenti tant li l-virus f 'demmhom tbaxxa tant li ma jkunx aktar possibbi li jiġi trasmess minn persuna għal oħra. Il-medja reġjonali f 'dan it-tragward huwa ta' 43% ta' dawk milqutin. F'Malta dan il-persentaġġ jilħaq 68% u qed joqrob lejn il-mira globali ta' 73%. Il-kriterji li fuqhom inbena r-rapport huma erbgħa: in- numru ta' persuni bl-HIV; in- numru/persentaġġ tal-persuni li sarilhom dijanosi; in-numru/ persentaġġ li qeħdin jingħataw trattament; in-numru/ persentaġġ tal-persuni bl- HIV li fuqhom ħadem b'mod sodisfaċenti t-trattament. Mitlub jikkummenta dwar dawn ir-riżultati, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan "huwa riżultat sodisfaċenti u inkoraġġanti ħafna. Iqawwilna qalbna u jistimulana biex inkomplu nagħtu sehemna fil-ġlieda kontra l-AIDS. Bħalissa għaddejjin bi proċess maħsub biex iwassal għal bidla fit- trattament kurrenti għal terapija differenti kif qiegħed ikun issuġġerit minn linji gwidi kliniċi internazzjonali. Allokajna miljun ewro għal dan il-proġett. Apparti hekk qegħdin nipprovdu wkoll HIV kits biex persuna tkun tista' teżamina lilha nnifisha." Fir-rigward tal-proċess imsemmi mid-Deputat Prim Ministru ftit tal-ġimħat ilu s-Central Procurement Supplies Unit (CPSU) fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa ħarġet talba għal proposti mingħand kumpaniji interessati. CPSU għandha l-għan li tipprovdi servizzi integrati li joffru varjetà ta' trattamenti, jiġu segwiti medikament u anke bħala kunċett edukattiv. Min-naħa tiegħu, il- konsulent Tonio Piscopo qal li: "it-tim ta' tobba, infermiera u spiżjara li jieħdu ħsieb dawn in-nies fil-klinika tagħna, huma sodisfatti ħafna b'dawn ir-riżultati. Bi pjaċir nilqgħu l-aħbar illi t-trattament ta' din il-kundizzjoni se jkun immodernizzat sabiex tkun tista' tingħata l-kura skont l-aħħar linji gwida internazzjonali biex b'hekk ukoll inkomplu ntejbu dawn ir-riżultati. L-HIV kits li se jingħataw se jkunu importanti biex dik il-mira li għadna lura fiha, jiġifieri illi nies li ma jafux li għandhom l-HIV isiru jafu, ukoll intejbuha. Iktar ma tkun taf li għandek l-HIV kmieni, iktar tista' tgħix ħajja normali." L-HIV Kits, li wkoll saret referenza għalihom mid- Deputat Prim Ministru, jagħmluha possibbli biex persuna tagħmel dan it- test bl-aktar mod diskret u għall-konvenjenza tagħha. Madankollu testijiet bħal dawn jistgħu jsiru wkoll mingħajr ħlas fil-GU Clinic tal-Isptar Mater Dei bir-riżultat jingħata fi żmien 20 minuta. Fil-preżent hawn 450 pazjent bl-HIV li qegħdin ikunu segwiti mill-HIV Clinic tal-Isptar Mater Dei bi 362 minnhom qegħdin jingħataw trattament. illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 5 għal 6 li jsir forza 6 BAĦAR Moderat li jsir qawwi L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibilment bir- ragħad aktar tard mal-jum VIŻIBILITÀ: Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 5 BAĦAR: Ħafif għal moderat agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Malta viċin li tilħaq miri Ewropej fir-rigward tal-HIV SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Miljun ewro għal trattament aħjar għall-pazjenti bl-HIV